Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #5482 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

taħrikiet fuq rimi ta' skart

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm taħrikiet fuq rimi ta' skart matul is-sena 2008 xahar b'xahar? Kemm inġabru flus minn dawn? Jista' jaqsamhom skond ir-raġuni tat-taħrika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli (A u B) bit-taħrikiet fuq rimi ta skart matul is-sena 2008. Tabella A turi kemm ingħataw ċitazzjonijiet xahar b’xahar waqt li tabella B turi kemm minhom kienu tħallsu sad-data indkikata.
Leg 11 PQ #6199 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Urban Improvement Fund

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inġabru fondi mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-fondi ta' l-Urban Improvement Fund, EIPP u CPPS? Fil-fondi tal-UIF, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-bilanċ ta' proġetti li ġew approvati u se jingħataw il-fondi inklużi dawk li diġa' ngħataw il-fondi? Fl-EIPP jista' l-Prim Ministru jgħid min ibbenefika jew se jibbenefika minn dan il-fond? X'kienu l-ammonti? Mis-CPPS hemm xi entita' li bbenefikat minn dan il-fond? Jekk iva, liema entita' kienet u kemm kien l-ammont? Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandhiex aktar fondi u min ibbenefika minnhom s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-31 ta' Jannar 2009 il-flus li nġabru għall-fondi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar huma hekk kif ġej: UIF (net of refunds to applicants) - €8,702,092.59 EIPP (net of refunds to applicants) - €2,763,877.52 CPPS (net of refunds to applicants and as at 31/12/2008) - €10,657,429.90 Il-fondi li ġew komessi mill-fond ta' l-UIF jammontaw għal €4,059,239 mifruxa fuq 135 proġett. Minn dawn, diġà ingħataw €2,382,154. – Tabella A. Il-fondi li diġà tqassmu mill-EIPP sal-31 ta’ Jannar 2009 jammontaw għal €715,513.57 u tqassmu hekk kif - Tabella B. Tabella B1 turu l-informazzjoni ta’ min se jibbenefika minn dawn il-fondi. L-entitajiet li bbenefikaw mis-CPPS sal-31 ta' Jannar 2009 u l-ammonti rispettivi, huma hekk kif ġej: - Tabella C. L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha wkoll l-iskema tal-galleriji ta' l-injam. Minn din l-iskema sal-31 ta' Jannar 2009, tqassmu €515,374.08. Fondi oħrajn huma kif dettaljati f’Tabella D.

Divizjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni — ksur tal-liġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ilmenti li rċeviet id-Divizjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni bejn Jannar 2007 u Diċembru 2008, sena b'sena dwar ksur tal-liġi dwar il-Kompetizzjoni? Jista' jgħid kemm minnhom ġew investigati u kemm minnhom l-investigazzjonijiet dwarhom ġiet konkluza? X'kienu d-deċiżjonijiet li ttieħdu? Kemm minnhom kieu dwar abbuz ta' dominanza u kemm minnhom kienu dwar ftehim illegali bħal kartelli?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ilmenti li d-Diviżjoni irċeviet għal ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni huma ta’ tmintax fl-2007 u tnax fl-2008. Kull ilment li jiġi sottomess jiġi investigat. Id-deċiżjonijiet mehuda fis-sena 2007 kienu ħamsa: F’żewġ ċirkustanzi rigward l-Artikoli 5 u 9 instab li kien hemm ksur tal-Att fis-settur tal- vending machines mentri f’settur konċernanti il- yacht marinas ma nstabx li kien hemm tali ksur. Min-naħa l-oħra f’każ wieħed instab li kien hemm abbuż ta’ dominanza taħt Artikolu 9 fis-settur tad-dqiq mentri f’żewġ setturi oħra, cioe’ dak tat-trasport u fl-ivjaġġar, l-uffiċċju ma sabx ksur ta’ dan l-artikolu. Min-naħa l-oħra, id-deċiżjonijiet mehuda fis-sena 2008 kienu tlieta: f’żewġ ċirkustanzi l-uffiċċju ma sabx li kien hemm ksur tal-liġi a bażi ta’ Artikolu 9 fis-settur tal-provvista ta’ ticketing services u spare parts ; u fit-tieni lok l-uffiċċju ma sabx li kienx hemm la ftehim ipprojbit u lanqas abbuż ta’ dominanza fil-qasam tal-kommunikazzjoni.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — skemi

Question

Peress li l-Korporazjoni għax-Xogħol u Taħriġ ħadmet numru ta' skemi biex tgħin lil dawk li jkunu qed iffitxu x-xogħol jidħlu fid-dinja tax-xogħol u dawn l-iskemi jinkludu skemi għaż-żgħażagħ, għan-nisa, għal persuni fuq l-età ta' 40 sena u għall-persuni b'diżabilità, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-iskemi kienu mħaddma f'Għawdex? Kemm persuni ġew imħarrġa f'kull skema?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li fl-aħħar sena finanzjarja tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (Ottubru 2007 – Dicembru 2008), kien hemm 4 skemi mħaddma f’Għawdex. F’dawn l-iskemi kien hemm dan l-ammont ta’ persuni li kienu mħarrġa: SKEMI NIES MĦARRĠA Gozo Employment Aid Programme 240 Job Experience Scheme 29 Work Start Scheme 1 Bridging the Gap 4
Leg 11 PQ #6348 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — attivitajiet kulturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-kunsilli lokali jingħataw l-għajnuna meħtieġa biex jorganizzaw attivitajiet kulturali u dan biex l-element kulturali u l-potenzjal turistiku tal-lokalitajiet Maltin u Għawdxin ikun inkoraġġut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond kif ġie imħabbar fid-diskors tal-baġit 2009, il-Gvern ħabbar policy għall-Kunsilli Lokali li permezz tagħħa ġew imnedija diversi skemi. Qed nirreferi għall-Policy dwar Lokalitajiet sostennibbli li fil-qafas tagħha ġew ivvotati aktar minn € 6.5 miljun. Għar-rigward ta’ skemi kulturali u turistiċi ġew imnedija l-iskema dwar Attivitajiet Kulturali f’Diċembru 2008, liema skema għalqet u li għaliha daħlu tmienja u tletin (38) applikazzjoni minn tletin (30) Kunsilli Lokali, kif ukoll l-iskema għall-Premju EDEN 2009 (European Destination of Excellence), maħruġa fi Frar 2009, li hi immirata biex tagħti rikonoxximent għall-karatteristiċi tad-diversità tad-destinazzjonijiet turistiċi.
Leg 11 PQ #6349 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — premises tal-poliklinika

Question

Peress li wieħed jinnota li l-premises tal-poliklinika ta' Għawdex m'għadhomx adegwati għad-domanda u għas-servizzi li joffru, tista' l-Ministru tikkonsidra li jinstab premises li huwa iktar kompatibbli mas-servizzi li jingħataw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li s-servizzi offruti fil-preżent fil-poliklinika ta' Għawdex huma servizzi tajbin, pero' il-Ministeru għal Għawdex mhux qed jiskludi li 'l quddiem jinstab premises ieħor.

Għawdex — intrapriżi - fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-intrapriżi f'Għawdex li fis-snin 2007 u 2008 flimkien mal-Malta Enterprise ingħataw assistenza finanzjarja taħt il-fondi tal-Unjoni Ewropea għan-negozji żgħar u self-employed?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fis-snin 2007 u 2008 intrapriża waħda Għawdxija ingħatat assistenza finanzjarja taħt l-iskema “ERDF Eco-Innovation Actions Grant Scheme” ikkofinanzjata minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropea. Din l-intrapriża bbenefikat minn €31,088. Fis-snin 2005 u 2006, wieħed u għoxrin intrapriżi Għawdxin ibbenefikaw minn €96,422 taħt l-iskemi “ERDF Market Entry Grant Scheme” u “ERDF Operations Upgrade Grant Scheme” ikkofinanzjati minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għawdex — remote gaming

Question

Peress li settur ġdid għal pajjiżna li permezz tiegħu qed jinħolqu aktar impjiegi f'Malta hu dak tal-logħob permezz tal-internet, jista' l-Ministru jintervjeni biex xi operaturi internazzjonali tar-remote gaming jiġu mħajra jinvestu f'Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji — tħaddim tas-servizzi finanzjarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed tieħu l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji biex ikompli jsir magħruf il-qafas li għandha Malta għat-tħaddim tas-servizzi finanzjarji ma' operaturi internazzjonali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji hija responsabbli mill-iżvilupp tal-qafas legali u regolatorju għat-tħaddim tas-servizzi finanzjari. F’dan ir-rigward l-Awtorita’ tħaddan strateġija ta’ komunikazzjoni li, tiffoka fost oħrajn, fuq l-operaturi internazzjonali. Din hija intiża biex tgħin kemm fl-iżvilupp ta’ dan il-qafas skont il-ħtiġijiet tas-suq, kif ukoll fil-komunikazzjoni tal-qafas innifsu u tal-iżviluppi li qed isiru kontinwament fi ħdanu. Din l-istrateġija titħaddem permezz ta’ seminars u laqgħat oħra ta’ natura informattiva u teknika mal-operaturi konċernati, kif ukoll ma’ membri tal-media speċjalizzata. Fost għodda oħra li jintużaw hemm pubblikazzjonijiet apposta, website fejn wieħed jista’ jsib informazzjoni dettaljata jew jistaqsi għal informazzjoni speċifika u newsletter publikata u ċirkolata kull xahar. Id-domanda parlamentari qiegħda tistaqsi speċifikament fuq l-MFSA imma tajjeb li wieħed jiftakar ukoll ir-rwol ta’ Finance Malta li huwa aktar iffokat fuq ir-reklamar u l-promozzjoni tal-aspetti ġenerali ta’ Malta bħala ċentru finanzjaru.

Għawdex — Qasam Industrijali - Riabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi xogħlijiet maħsuba li jsiru għar-riabilitazzjoni tal-qasam industrijali t’Għawdex fl-2009-2010? Jekk fl-affermattiv, x’inhuma dawn ix-xogħlijet? Kemm hija stmata l-ispiża kull sena għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tenders għal xogħolijiet relatati mar-riabilitazzjoni tal-qasam industrijali t’Għawdex ser jinħarġu din is-sena u x-xogħolijiet jibdew isiru fl-2010. Il-valur tax-xogħolijiet iqarreb l’€1.6 miljun, VAT eskluż, u ser jiġu ffinanzjati mill-‘ERDF 2007–2013 Program’. Ix-xogħolijiet jikkonsistu f’dawn li ġejjin: · titjieb tal-infrastruttura tat-toroq · titjieb tas-servizzi ġenerali · titjieb fid-dawl tat-toroq · ġbir ta’ ilma tax-xita · rinnovazzjoni u tisbieh tal-partijiet komuni. · Żvilupp ta’ ċentru tal-amministrazzjoni li ser jinkludi Childcare Facility
Leg 11 PQ #6612 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Għaxaq — Triq it-Telleritu - Servizz tad-drenaġġ

Question

Peress li l-mistoqsija parlamentari 4469 għadha mhux imwieġba minkejja li għaddew tliet xhur, jista' l-Prim Ministru jagħti tweġieba għal din il-mistoqsija u jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq din is-sitwazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA irċeviet applikazzjoni - 'Sewer main extension at Ta' L-Andar and Il-Hareb areas' f'Triq Ta' Telleritu u mhux Triq it-Telleritu f’Ħal Għaxaq kif ġie indikat fil-mistoqsija parlamentari PQ 4469. Ir-rapport fuq din l-applikazzjoni wasal biex jiġi magħluq, u f'qasir żmien ser jintbagħat kopja ta' dan ir-rapport lil perit u lill-applikant.
Leg 11 PQ #6632 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Group 4 - xogħol klerikali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema tal-Group 4 jagħmlu xogħol klerikali fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk fl-affermattiv, kemm jitħallsu fis-siegħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6942.

Joint Office — Fidi ta' ċens

Question

B'referenza għall-iskema ta' fidi ta' ċens ta' proprjetà residenzjali tal-Joint Office, jista' l-Ministru jgħid b'liema mod ġew magħżula l-proprjetajiet li diġà sar il-fidi taċ-ċens tagħhom? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista bl-indirizzi tal-proprjetajiet li l-kuntratt tal-fidi taċ-ċens sar bid-data tal-applikazzjoni ta' meta saret it-talba għall-fidi taċ-ċens?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikazzjonjiet għall-fidi ta’ ċnus ta’ proprjetajiet residenzjali li kien jirċievi l-Uffiċċju Konġunt kienu jinżammu f’ordni kronoloġiku u f’din l-ordni l-applikanti kienu jiġu mgħarrfa bil-prezz tal-fidi. Il-kuntratti kienu jiġu ppublikati hekk kif kull każ partikolari kien ikun iffinalizzat. Sa llum saru 1,712 –il kuntratt taħt din l-iskema u sabiex wieħed jagħti d-dettalji mitluba fit-tieni parti tad-domanda, wieħed ikollu jiċċekkja dawn il- files wieħed wieħed. It-Taqsima Proprjetà tal-Gvern m’hiex f’pożizzjoni li tagħti l-lista mitluba mill-Onorevoli Interpellant, peress illi jinħtieġ ħafna ħin u riżorsi biex tinġabar din l-informazzjoni.

Mosta — Triq id-9 ta' April - water culvert

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5814 u 5151 u jieħu l-passi neċessarji biex il-problemi tal-ilma tax-xita fi Triq id-9 ta' April il-Mosta, liema ilmijiet jinġabru ġo l-istess triq b'inkonvenjent kbir għar-residenti tal-inħawi, jiġu solvuti permezz tat-tkabbir tal-culvert eżistenti jew isir xi intervent ieħor ħalli dak l-ilma li jinġabar f'din it-triq jimxi u ma jibqax qiegħed?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6703 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Hotels, villa, restaurtants u appartamenti minbinija fuq art tal gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5705 u jgħid kemm il-hotel, villa, restaurant u appartamenti kienu mibnija fuq art tal-Gvern u wara li nbnew, ġew regolarizzati fl-aħħar 20 sena? Jista' jsemmi kemm saru minn dawn l-każijiet sena b'sena fl-aħħar 20 snea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Klandestini — spejjeż għall-Gvern Malti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 5667 u jgħid kemm nefaq il-Gvern Malti bejn Jannar u Diċembru 2008 sabiex iżomm il-klandestini f'Malta? Kemm minn dawn l-ispejjeż huma ġejjin minn għajnuna tal-Unjoni Ewropea u kemm minnhom irid iħallashom il-Gvern Malti? Kemm huwa kkalkulat li jiġi jiswa kull klandestin kull jum? Jista' jgħid kemm għandna persuni fi status ta' klandestin illum il-ġurnata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-ispejjeż għall-Gvern Malti dwar iż-żamma tal-immigranti bejn Jannar u Diċembru 2008 hi stmata kif gej: Centri Miftuha € 4,907,236.91 Detenzjoni € 8,277,697.24 Spejjez Rikorrenti Totali: € 13,184,934.15 Dawn jinkludu €77,739.69 bħala l-ko-finanzjament li l-Gvern ħareġ biex jitwettqu proġġetti Ewropej ta’ natura mhux kapitali biex isiru inizjattivi u jinxtraw servizzi u provizjon għaċ-Ċentri; in-nefqa totali fuq dawn il-proġetti kienet tammonta għal €267875.76. Spejjeż Kapitali: Ċentri Miftuħa fondi lokali €126,380 Spejjeż Kapitali Progetti Ewropej (Totali): Detenzjoni €339,743.76 Ċentri Miftuħa €137,821 ------------------ Totali €477564 ------------------ Għar-rigward ta’ l-aħħar żewġ domandi nirreferi nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għal-mistoqsijiet parlamentari numri 6717 u 6527 rispettivament.

Żebbuġ — Produzzjoni taż-żejt

Question

Filwaqt li ninforma lill-Ministru li l-perijodu li qed nitlob it-tagħrif dwaru huwa bejn Diċembru 2007 u Diċembru 2008, jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5566, 4687, 4197, 3430 u 2637 u jgħid kemm-il kilo ta' żebbuġ huwa stmat li jiġi prodott f'Malta? Kemm-il litru ta' żejt jiġi maħdum minn dan? Hemmx xi pjanijiet sabiex din l-industrija tiżviluppa iktar? X'targets irid jilħaq il-gvern f'dan s-settur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Gambling Halls — spezzjonijiet

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5200, 4455, 3917, 2867, 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilagħbu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Gambling Halls — spezzjonijiet

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5200, 4455, 3917, 2867, 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilagħbu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ara tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1932

Kaxxi tal-logħob — Qliegħ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5090, 4229 u 3514 u jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilita milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jistà jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.