Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #7230 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każ ta' vot

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6985 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jispjega għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, m'ghandhiex vot?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Pitkalija — Pagament dwar sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser isir il-pagament rigward is-sussidju dovut lil tal-pitkalija għas-sena 2008, stante illi sal-lum dawn għadhom ma rċevew xejn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Applikazzjoni għal akkomodazzjoni soċjali — Dewmien

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ tal-familja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, dwar housing soċjali, liema familja ilha mifruda madwar tmien snin u dan għaliex m'għandhomx akkommodazzjoni diċenti fejn jgħixu, bil-konsegwenza li l-istess ulied, kellhom jinfirdu fejn min qed jorqod mal-missier u min qed jorqod mal-omm u dan wara li ilhom li applikaw madwar 11-il sena mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u llum mal-Awtorità tad-Djar?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-każ qed jiġi kkunsidrat u qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa. Fil-preżent l-Awtorita’ tad-Djar m’għandiex appartamenti bi tlett kmamar tas-sodda fil-lokalitajiet ta’ Fgura, Luqa, Paola u Santa Luċija kif xtaq dan is-Sinjur. Ninsab informat ukoll li l-persuna konċernata tista tikri mingħand il-privat u tingħata sussidju mill-Awtorita’ tad-Djar skond id-dħul tagħha.

Melamine — Periklu għal nisa tqal

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kimika melamine, għall-finijiet ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, hijiex ikkonsidrata mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà bħala perikoluża għal nisa tqal?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7234 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjeta' skedata

Question

Jista’ l-Prim Ministru jghid kemm giet skedata propjeta’ sena b’sena mill-1993 sa l-2008 u din kif kienet maqsuma bħala kategoriji bejn bini storiku, siti arkeoloġiċi, siti ta’ interess ekoloġiku, siti ta’interess xjentifiku u siti ta’ valur panoramiku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7235 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet għal permessi ambjentali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jghid kemm daħlu applikazzjonijiet għal permessi ambjentali sena b’sena mill-2002 sa l-2008 u kif kienu mqassma bħala waste management, nature protection, VOCs, transboundary movement of waste, CITES u IPPC? Kemm minn dawn ġew approvati sena b’sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7236 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environment enforcement notices

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu environment enforcement notices mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Reġistru Pubbliku u Reġistru tal-Artijiet — Approvazzjonijiet lill-Ministeru għal Għawdex

Question

No question text.

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-kopja tat-talba tal-Ministeru għal Għawdex u l-approvazzjoni maħruġa minn dan il-Ministeru mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 11 PQ #7269 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każ fuq kumpens

Question

No question text.

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti il-kunsens tagħha bil-miktub.
Leg 11 PQ #3556 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Local Enforcement Systems

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mit-twaqqif tal-Local Enforcement Systems x'kien, sena b'sena, l-ammont ta' flus dovut lil kull kunsill lokali? Kemm f'total irċevew il-kunsilli lokali u x'inhu l-ammont li kull kunsill lokali għandu jdaħħal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3556, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tenħtieġ numru ta’ riżorsi umani sabiex tinġabar. Għaldaqstant nitolbu sabiex ikun aktar speċifiku, u jien ma nsib l-ebda diffikultà li ngħaddilu l-informazzjoni.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3996 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3996.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4525 u 3996 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3996.

Impjegati sponsorjati fid-dekasteru tal-Edukazzjoni

Question

PQ Text: Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 3832 u tgħid kemm ġew sponsorjati mpjegati taċ-ċivil u għalliema li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Liema kienu il-ħaddiema jew għalliema li kienu sponsorjati? F'liema qasam jew speċjalizzazzjoni ingħata l-i sponsorship ? Kemm sewa kull taħriġ jew sponsorship ieħor? Liema kienu l-entitajiet li ipprovdew it-taħriġ? Kif ibbenefika minn dan it-taħriġ il-Ministeru, id-Direttorati tal-Edukazzjoni u dipartimenti jew sezzjonijiet oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Supply Teachers

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija 3835 u tgħid xi ħtiġijiet kien hemm għal supply teachers matul dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena u suġġett suġġett? Kemm kien hemm applikazzjonijiet għal supply teachers li ngħataw il-possibilità li jkunu supply teachers u f'liema suġġetti? Kemm hemm supply teachers f'Għawdex u f'Malta u f'liema skejjel qegħdin? Kemm kienet in-nefqa annwali fuq dawn is-supply teachers sena b'sena matul dawn l-aħħar tliet snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCAST — Diretturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma d-diretturi tad-disa’ istituti tal-MCAST f’Malta? Min imexxi ż-żewġ ċentri ta’ Għawdex? F’kull każ, x’inhuma l-ħlasijiet li jieħdu kull wieħed u waħda minn dawn id-diretturi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata hekk: Istitut Direttur Salarju fis-Sena Building and Construction Engineering James Pearsall €27,137.00 Electrical and Electronic Engineering John Sciberras €27,137.00 Art & Design Stephen Vella €25,623.00 Maritime Reuben Lanfranco €27,137.00 Community Services Dorothy Meli €27,137.00 Mechanical Engineering Emmanuel Zahra €27,137.00 Agribusiness Maria Salvina Camilleri €27,137.00 Information and Communications and Technology Juan Borg Manduca €66,492.00 Business and Commerce Yvonne Pulis €27,137.00 Gozo Godwin Grech €27,137.00

MCAST — Programm vokazzjonali

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal ix-xogħol tal-MCAST biex jintroduċi programm vokazzjonali f'livell ta' degree? F'liema oqsma se jibdaw dawn il-programmi u meta? Ma' liema universitajiet u entitajiet ta' akkreditazzjoni qed jaħdem l-MCAST fit-tfassil ta' dawn il-programmi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-MCAST impennja ruħu li joffri l-ewwel degrees vokazzjonali f’Settembru/Ottubru tas-sena 2010. Dawn se jkunu offruti l-ewwel fl-istituti tal-ICT, tal-Arti u d-Disinn, tan-Negozju u l-Kummerċ, u ta’ l-Elettronika u l-Inġinerija Elettrika. Għal dawn l-aħħar xhur l-awtoritajiet tal-MCAST kellhom taħdidiet ma’ ħames istituzzjonijiet f’pajjiżi ewropej u li potenzjalment jistgħu jissieħbu miegħu fl-iżvilupp u għotja ta’ degrees vokazzjonali. Peress li għad m’hemmx ftehim finali, mhux għaqli li jitħabbru l-ismijiet ta’ dawn l-istituzzjonijiet.

MCAST u l-iskejjel sekondarji

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal ix-xogħol biex l-MCAST u l-iskejjel sekondarji jdaħħlu programmi vokazzjonali komuni biex ma nibqgħux nitilfu ħafna studenti li fil-programmi edukattivi preżenti mhumiex isibu oqsma vokazzjonali fejn jistgħu jirnexxu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-MCAST diġa’ hu inklussiv u joffri varjeta’ sħiħa ta’ korsijiet f’livelli differenti, fosthom korsijiet bażiċi fuq livell ta’ Foundation f’kull wieħed mid-disa’ Istituti f’Malta u ċ-Ċentri t’Għawdex għal studenti li jtemmu l-kors ta’ edukazzjoni sekondarja mingħajr kwalifiċi formali iżda b’livell ta’ edukazzjoni sekondarja. Ninforma ukoll lill-Onor Interpellant li bħalissa għaddejja reviżjoni tal-kurrikulu Minimu Nazzjonali biex ikun stipulat qafas Nazzjonali ġdid tal-kurrikulu Nazzjonali.

MCAST — Tracer studies

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal ix-xogħol ta’ tracer studies li kellu jagħmel l-MCAST biex jara f’liema oqsma qed jaħdmu l-istudenti li jagħmlu korsijiet fil-kulleġġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Sas-sena d-dieħla l-MCAST se tkun f’pożizzjoni sabiex tkun tista’ tagħmel tracer study wara li tkun kisbet is-software neċessarju ħalli dan l-eżerċizzju jkun jista’ jsir b’mod li jħalli r-riżultati mixtieqa.
Leg 11 PQ #5030 Sitting 94 2009-03-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kontravvenzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inġabru flus minn kontravvenzjonijiet tat-traffiku matul is-sena 2008, maqsuma xahar, xahar u skond il-lokalità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.