Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tal-Affarijiet tal-Konsumatur — każijiet reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ġie reġistrat mad-Dipartiment tal-Affarijiet tal-Konsumatur matul is-sena 2006, 2007 u 2008? Kemm minn dawn il-każijiet ġew riżolti permezz tal-intervent tad-dipartiment konċernat? Kemm minn dawn il-każijiet ġew riferuti lit-Tribunal tal-Konsumatur?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond Artiklu 23 (4) (a) ta’ l-Att Dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, qabel ma każ jidher quddiem it-Tribunal, il-konsumatur irid jirreferi l-każ lid-Direttur sabiex jippruva jwassal lill-partijiet fi ftehim. Għalhekk fid-Direttorat għall-Affarijiet tal-Konsumatur, tad-Divżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni ġew irreġistrati dawn l-ilmenti: Sena Każijiet 2006 829 2007 965 2008 1,587 Permezz tal-medjazzjoni tad-Dipartiment bejn il-konsumatur u l-kummerċjant, ġew riżolti dawn il-każijiet: Sena Każijiet 2006 262 2007 318 2008 468 Meta ma jintlaħaqx ftehim bejn il-konsumatur u l-kummerċjant fi żmien ħmistax-il jum ta’ xogħol minn meta l-konsumatur ikun irrrefera l-każ lid-Direttur, il-konsumatur jista’ jagħżel li jressaq it-talba quddiem it-Tribunal. Matul l-aħħar tliet snin ġew imressqa dawn il-każijiet quddiem it-Tribunal: Sena Każijiet 2006 404 2007 457 2008 694

Litter Act — ħruġ ta' ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar kemm ħarġu crimes lill-Pulizijia matul ix-xhur Ottubru 2008 sal-aħħar ta' frar 2009 fuq nuqqas ta' ħruġ ta' ċitazzjonijiet taħt il-Litter Act? Jista' jgħid ukoll kemm-il ċitazzjoni inħarġet taħt il-Litter Act bejn Jannar 2008 u April 2008 xahar b'xahar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' crimes li ngħataw lill-Pulizija fuq nuqqas ta' ħruġ ta' ċitazzjonijiet taħt il-Litter Act minn Ottubru 2008 sa Frar 2009 kienu kif ġej:- Ottubru 173 Novembru 128 Diċembru 153 Jannar 158 Frar l-informazzjoni għadha qed tinġabar. Infurmat ukoll illi ċ-ċitazzjonijiet għall-ksur tar-regolamenti dwar Żibel u Skart li nħarġu mill-Pulizija matul Jannar, Frar, Marzu u April tal-2008 kienu 16, 9, 11 u 18 rispettivament.
Leg 11 PQ #7183 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kottonera — Ċentri ta' detenzzjoni immigranti illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu xi ċentri oħra ta' detenzjoni għall-immigranti illegali? Jista' jserraħ ras in-nies tal-Kottonera li mhux ser jinfetaħ xi ċentru simili f'dawn in-naħat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall- Mistoqsija Parlamentari numru 6306.

Junior Lyceum — eżamijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn liema sena skolastika hu maħsub li ma jitkomplewx l-eżamijiet għall-Junior Lyceum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Skond kif ġie ppublikat fid-dokument għad-diskussjoni fuq ir-riforma, l-aħħar eżami tal-Junior Lyceum se jsir f’Mejju 2010. Għadha ma tħabbret l-ebda data, b’mod uffiċjali, kuntrarju għal dan.

Forzi Armati ta' Malta — Maritime Squadron - ilbies protettiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jara jekk jistax jitjieb l-ilbies protettiv tal-Maritime Squadron tal-Forzi Armati ta' Malta minħabba r-riskji ta' mard infettiv waqt il-qadi ta' dmirhom mal-immigranti illegali li jkunu ilhom f'dgħajjes mingħajr faċilitajiet sanitarji għal ħafna sigħat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għal mistoqsija parlamentari numru 7186 ninsab infurmat li kull patrol boat tal-Forzi Armati hi mgħammra b’first aid box, diżinfettant personali kif ukoll għat-tindif tal-gverta ta’ l-istess patrol boat, disposable gloves, disposable face masks, over-all protective suits u body bags għal meta jinġabar xi kadavru. Għalkemm dejjem hemm lok għal titjib l-apparat imsemmi jissodisfa l-ħtiġijiet neċessarji sabiex jipproteġi l-membri tal-Forzi Armati għal dak il-perjodu li huma jkunu f’kuntatt ma’ l-immigranti it-traġitt tagħhom sakemm jaslu l-art.
Leg 11 PQ #7187 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qrati ta' Malta — applikazzjonijiet għall-promozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru promozzjonijiet fil-Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta? Jista' jgħid x'kienu l-gradi f'kull każ, kemm kien hemm applikazzjonijiet għal kull każ, u kemm saru promozzjonijiet għal kull każ? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jingħataw aktar promozzjonijiet? Jekk fl-affermattiv, f'liema grad se jkunu dawn il-promozzjonijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Għar-rigward ta' l-ewwel żewġ partijiet ta' din il-Mistoqsija Palamentari, nitlob lill-Onorevoli Membru jispeċifika l-perjodu li qed jirreferi għalih sabiex inkun nista' nagħtih tweġiba. Fir-rigward ta' l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi matul is-sena 2009, il-Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta bi ħsiebhom joħorġu applikazzjonijiet għal promozzjonijiet fi tlett gradi li huma: Purtiera, Marixxalli Anzjani u Assistent Reġistratur.

Fidi ta' ċnus — Dewmien

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kawza tad-dewmien għall-fidi taċ-ċens tal-persuna li dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament? Jista' jgħid kemm ġew mifdija ċnus f'dawn l-aħħar 12-il xahar, xahar b'xahar?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

serqiet minn djar residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati serqiet minn djar residenzjali fl-aħħar ħames snin, sena b'sena f'dawn il-lokalitajiet: i) Valletta ii) Ħamrun iii) Pietà u G'Mangia iv) Marsa v) St.Venera Kemm trescqu każijiet il-Qorti u f'kemm-il każ instabu persuni ħatja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija huwa kif ġej: Belt 2004 2005 2006 2007 2008 Valletta 25 23 30 16 23 Hamrun 27 33 21 8 12 Pieta 7 11 6 5 5 Marsa 16 21 8 6 2 Sta Venera 10 33 7 5 6 Għar-rigward l-aħħar parti tad-domanda ninforma lill-Onorevoli Membru li l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ammont kbir ta' ħin biex tinġabar.

ċentri ta' detenzjoni — mard infettiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni f'ċentri ta' detenzjoni bħalissa? Kemm minnhom ġew screened għal mard infettiv? Kemm minnhom instabu li kellhom xi waħda minn dawn il-mardiet u liema huma? X'inhi l-prevalenza ta' kull marda infettiva f'kull ċentru?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għall-ewwel parti tad-domanda ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari numru 6527. Għar-rigward tad-domandi l-oħra, nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferihom lill-Ministru kkonċernat.

Furjana — proġett ta' bini ta' appartamenti

Question

Peress li l-proġett ta' bini ta' appartamenti fi Triq Argotti, kantuniera ma' Triq l-Iljun Furjana ilu wieqaf għal madwar sentejn, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta hu maħsub li jitkompla dan ix-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-proġett ta’ bini ta’ appartamenti fi Triq Argotti l-Furjana mistennija jitkomplew fil-ġranet li ġejjin.
Leg 11 PQ #7195 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għawdex — Employment Aid - Kumpanniji li bbenefikaw

Question

B’referenza għal paragrafu (ċ) tat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5789, jista’ l-Ministru jgħid il-264 persuna kif kienu ngaġġati xahar xahar u skond il-kumpannija li ngaġġathom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Nefqa kapitali f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid in-nefqa kapitali f’Għawdex mill-Fond Konsolidat kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali mill-istess Fond kull sena mill-1999 sal-2008? Jista’ jgħid ukoll in-nefqa kapitali f’Għawdex ta’ fondi Ewropej kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali ta’ fondi Ewropej matul l-istess snin?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Nefqa kapitali f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa kapitali f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-2008 tal-entitajiet Governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid din in-nefqa f’Għawdex kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa totali tal-istess entitajiet? Jista’ jagħti l-istess tagħrif dwar in-nefqa rikorrenti? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub skond l-entità?

Response (GATT, AUSTIN)

"Ma narax il-ħtieġa li nuża r-riżorsi umani limitati li għandna sabiex niġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant peress li din trid ammont kbir ta` ħin sabiex tinġabar. Jekk l-Onoroevoli Membru jixtieq informazzjoni dwar xi progett partikolari, m'għandiex diffikulta li niġborlu d-dettalji."
Leg 11 PQ #7203 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Nefqa kapitali f'Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienet in-nefqa kapitali f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-2008 tal-entitajiet Governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid din in-nefqa f’Għawdex kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa totali tal-istess entitajiet? Jista’ jagħti l-istess tagħrif dwar in-nefqa rikorrenti? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub skond l-entità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma narax il-ħtieġa li nuża’ r-riżorsi umani limitati li għandna sabiex niġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant peress li din trid ammont kbir ta’ ħin sabiex tinġabar. Jekk l-Onorevoli Membru jixtieq xi informazzjoni dwar xi proġett partikolari, m’għandhiex diffikultà li niġborlu d-dettalji.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Nefqa kapitali f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa kapitali f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-2008 tal-entitajiet Governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’jgħid din in-nefqa f’Għawdex kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa totali tal-istess entitajiet? Jista’ jagħti l-istess tagħrif dwar in-nefqa rikorrenti? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skond l-entità?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ma narax il-ħtieġa li nuza r-risorżi umani limitati li għandna sabiex niġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant peress li din trid ammont kbir ta` ħin sabiex tinġabar. Jekk l-onoroevoli membru jixtieq informazzjoni dwar xi proġett partikolari, m'għandix diffikulta li niġborlu d-dettalji.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Nefqa kapitali f'Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet in-nefqa kapitali f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-2008 tal-entitajiet Governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha? Tista’ tgħid din in-nefqa f’Għawdex kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa totali tal-istess entitajiet? Tista’ tagħti l-istess tagħrif dwar in-nefqa rikorrenti? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skond l-entità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma narax il-ħtieġa li nuża r-riżorsi umani limitati li għandna sabiex niġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant peress li din trid ammont kbir ta` ħin sabiex tinġabar. Jekk l-Onorevoli Membru jixtieq l-informazzjoni dwar xi proġett partikolari, m'għandix diffikulta’ li niġborlu d-dettalji.

Inkjesta dwar il-mewt ta' gunner

Question

Issa li l-inkjesta tal-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera dwar il-mewt ta' gunner li ismu qed jintbagħat separatament ingħalqet 15-il ġurnata ilu u qiegħda għand l-Avukat Ġenerali, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-konklużjonijiet u jekk il-pulizija jew il-qorti hux ser iressqu lil xi ħadd sabiex iwieġeb għal dak li ġara?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari numru W 13.
Leg 11 PQ #7221 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-pulizija — charges fuq nuqqas ta' taħrikiet fuq il-litter act

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-ġustifikazzjoni taċ-charges li jingħataw membri mill-Korp tal-Pulizija f'Għawdex għar-raġuni li dawn ma jagħtux ammont suffiċjenti ta' taħrikiet taħt il-Litter Act?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fost id-dmirijiet li għandha l-Pulizija skont il-liġi, hemm dawk tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' reati. Dawk il-membri tal-Korp li jonqsu li jirrapurtaw ksur ta' liġi, fosthom il-ksur tar-Regolamenti dwar iż-Żibel u Skart, ikunu meqjusa li naqsu mid-doveri tagħhom u għalhekk ikunu soġġetti għal passi dixxiplinarji.
Leg 11 PQ #7222 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dħul ta' flus mill-multi tal-wardens

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6946 u 6713 u jagħti rendikont (breakdown) ta' kemm daħħal flus mill-multi tal-wardens għas-snin 2006, 2007? Jista' jagħti dan it-tagħrif ukoll għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-30 ta' Marzu 2008, bejn l-1 ta' April 2008 u l-31 ta' Diċembru 2008 u bejn l-1 ta' Jannar 2009 u t-28 ta' Frar 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ħal Luqa — Toroq li għandhom bżonn it-tarmak

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6948 u 6705 u jgħid liema huma t-toroq ġo Ħal Luqa li ser jingħataw resurfacing u tarmak, peress li tista' tgħid it-toroq kollha interni ġo Ħal Luqa huma mkissrin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.