Legislature:
Category:
Reset
Active:

Policy fuq żbir

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi policy dwar iż-żbir tas-siġar kemm fir-rigward l-operat tiegħu nnifsu kif ukoll bħala gwida għall-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex, billi spiss jaslu rapporti u jkun hemm min anke kkritika u kkummenta fil-media indipendenti li ħafna drabi iż-żbir isir b'nuqqas t'għaqal?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — ground tal-football

Question

Tista' l-Ministru tgħid huwiex minnu li hemm oġġezzjonijiet tas-surmast tal-iskola dwar il-ground tal-football li għandhom aċċess għalih l-Msida St. Joseph F.C.? Jekk iva, tista' tintervjeni f'dan il-każ billi allegatament din l-oġġezzjoni tal-kap tal-iskola qiegħda xxekkel il-ħruġ tal-permess relevanti mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mhux il-kaz li l-ħruġ tal-permess tal-MEPA qiegħed jinżamm għax hemm xi oġġezzjoni formali minn-naħħa tas-surmast dwar il-ground tal-football ġewwa l-iskola li l-Msida St Joseph F.C. juża għat-training. Hemm kwistjoni dwar bini ta kwartieri għall-istess football club li għad trid tiġi riżolta.

Sejħa għall-Offerti għall-ex Drydocks

Question

Peress li s-sejħa għall-offerti tal-ex Drydocks ilhom li għalqu, jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess ta' privatizzazzjoni? Jista' jgħid jekk saritx xi shortlist? Jista' jgħid jekk il-Gvern hux qed jagħmel xi revalwazzjoni mill-ġdid tal-evalwazzjoni li huwa stess għamel qabel ma ħareġ it-talba għall-offerti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-sejħa għall-offerti għalqet fit-12 ta’ Frar, 2009. Immedjatament beda l-proċess ta’ evalwazzjoni fuq l-14 l-applikazzjonijiet li ntbagħtu għal erba’ faċilitajiet. Dan il-proċess għadu għaddej u għad ma saret l-ebda ‘shortlist’.

Problema f'għalqa minħabba l-ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jitkellem ma' dawk konċernati mill-proġett ta' toroq sekondarji li bosta minnhom jinsabu mdawrin bir-raba' u jara li f'ċerti postijiet jingħata widen għall-ħteġijiet tal-bdiewa li f'ċerti każi minħabba kif jinsab il-livell tat-triq qed ikollhom problemi serji fejn għandu x'jaqsam l-ilma tax-xita li qed jaqleb l-ilma ġo l-għalqa tagħhom u dan b'referenza partikolari għal għalqa li tinsab f'kantuniera bejn Triq San Tumas, Żejtun u Triq iz-Ziju, Marsaskala?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Familji li għadhom ma rċevewx il-kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex għad hawn familji li għadhom ma rċevew l-ebda kont tad-dawl u ilma għalkemm għaddew tmien xhur mill-aħħar wieħed tad-29 ta’ Lulju, 2008 filwaqt li oħrajn irċevew tnejn diġà? Huwa sew li dawn issa jintalbu biex iħallsu somma qawwija f’daqqa'?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Użu għall-ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jilqa' l-ilma tax-xita u b’hekk ikun jista' jerġa' jużah u ma jħallix li dan jintilef fil-baħar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Industriji li ilhom ma jħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm hemm industriji stabbiliti f’Malta li ilhom aktar minn sena ma jħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma? Jista' jagħti l-ammont globali ta’ kemm irid jitħallas? Hemm min ilu aktar minn sentejn, tlett snin jew aktar? Kemm ilu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kumpanniji — Ħlas tal-bolla tan-National Insurance tal-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji li waqgħu lura fil-ħlas tal-bolla tan-National Insurance tal-impjegati tagħhom? Kemm minnhom ma ħallusuhiex fl-2008? F’liema ammonti? Hemm minn ilu aktar minn sentejn u tliet snin? Meta jiġri dan, l-impjegati huma koperti jekk ikunu jridu jitolbu xi benefiċċju?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Età għad-dħul f'postijiet ta' divertiment

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-emenda fejn l-età telgħet minn 16 għal 17-il sena għal dawk li jidħlu f’postijiet ta' divertiment daħlitx fis-seħħ? Jekk le, għaliex? Jekk iva, meta? Il-Ministeru għandu informazzjoni dwar pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u l-età li dawn jistgħu jidħlu f'postijiet ta' divertiment u dwar pajjiżi bħal Franza, fejn se jgħollu l-età għal 18-il sena minħabba x-xorb żejjed u l-perikli li joħloq għaż-żgħażagħ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-emenda msemmija mill-Onorevoli Interpellant ma daħlitx fis-seħħ.
Leg 11 PQ #7146 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Interim From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitati konġunti dwar id-dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar kemm hemm kumitati konġunti dwar id-dawl fit-toroq? Kif inhuma komposti? Kemm-il darba iltaqgħu? Kemm isir infieq b'mod dettaljat f'kull kumitat minn meta inħolqu? Min hu l-kordinatur jew project manager ta' kull kumitat u kemm jaqla' flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Importazzjoni ta' karozzi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6943 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar kemm ġew importati karozzi f'pajjiżna mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u minn liema pajjiżi ġew sena b'sena mill-2005 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7148 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Applikazzjoni pendenti

Question

Jista' l-Ministru jipproċessa l-applikazzjoni li qed tingħata separatament, li ilha pendenti għal żmien twil?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar rċeviet it-talba mill-persuna konċernata, fl-14 ta’ Novembru 2007 sabiex jiġi rikonoxxut fil-post mikri mill-Gvern minflok missieru li ġie nieqes. Fis-27 ta’ Novembru, 2007 l-Awtorita’ tad-Djar bagħtet l-ewwel ittra lis-sinjur biex tistaqsih x’inhu l-istat ċivili tiegħu. Peress li huwa ma weġibniex intbagħtet ittra oħra fit-18 ta’ Diċembru, 2007 u għal darba oħra reġa ma weġibx għal din l-ittra. Fil-11 ta’ Jannar, 2008 reġgħet intbagħtet l-aħħar ittra, din id-darba reġistrata, iżda din ġiet lura unclaimed. Għalhekk fid-29 ta’ Lulju, 2008 dan il-każ ġie rreferut quddiem il-Panel li jiddiskuti każijiet simili fi ħdan l-Awtorita’ tad-Djar fejn il-membri tal-Penel iddeċidew li ssir spezzjoni fil-post. Din l-ispezzjoni saret fl-20 t’Awissu, 2008 u l-każ reġa’ instemgħa u ġie deġiż li terġa ssir spezzjoni oħra sabiex jiġi diterminat jekk din il-persuna qegħda verament tgħix hemm jew le. L-ispezzjoni għandha issir f’qasir żmien

Public Broadcasting services — Extended Public Service Obligations

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6614, huwa possibli li l-Ministru telenka liema kienu dawk il-programmi f'kull kategorija msemmija, li xxandru fuq il-Public Broadcasting Service bejn Ottubru 2008 u Settembru 2009 li għalihom ġew stanzjati l-fondi indikati u li kienu parti mill-vot tal-EPSO (Extended Public Service Obligation)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-programmi li potenzjalment huma eliġibbli għall-vot tal-EPSO jaqgħu taħt dawn il- ġeneri: · Programmi tat-tfal · Programmi ta’diskussjonijiet u ġrajjiet kurrenti · Drama · Programmi edukattivi, kulturali u ta’informazzjoni ġenerali · Programmi Għawdex/Maltin ta’barra · Trasmissjonijiet ta’ ġrajjiet ta’ karattru nazzjonali · Programmi reliġjużi · Transmissjonijiet tal-Parlament Iżda f’dawn l-aħħar snin il-PBS mhux dejjem talbet fondi għal kull programm li jaqa’ taħt dawn il-kategoriji. Il-fondi jiġu allokati skond il-ġeneri msemmija. Matul is-sena jsiru diskussjonijiet biex jaraw l-andament tal-programmi u minn żmien għal żmien isir aġġornament minn ġeneru għal ġeneru. Il-lista finali tal- programmi tiġi pprovduta wara li jiġi ffinalizzat l-awditjar.

Policy fuq refurbishing ta' skejjel tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tispjega x'inhi l-policy dwar xogħol ta' refurbishing fl-iskejjel tal-Gvern, fis-sens jekk dan ix-xogħol għandux isir waqt li l-iskejjel ikunu bil-vaganzi jew le? Il-Ministeru huwa konxju li fl-aħħar ġimgħat meta l-iskejjel ma kienux bil-vaganzi, sar xogħol ta' manutenzjoni fl-iskola primarja ta' Ħal Għaxaq? Jekk dan jirriżulta fl-affermativ, tista' tara li jekk dan ix-xogħol mhux urġenti, jitwaqqaf u jitkompla fil-vaganzi biex jiġi evitat kull tip ta' periklu għat-tfal?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-policy dwar ix-xogħol ta’ refurbishment fl-iskejjel hija din: Jekk ix-xogħol ikun meħtieġ minħabba periklu għas-saħħa, jsir b’mod immedjat; Jekk ix-xogħol hu żgħir u jista’ jsir mingħajr ma jtellef it-tagħlim, isir fi żmien l-iskola; Jekk ikun xogħol kbir li jtellef it-tagħlim, isir fis-sajf. Fil-każ tal-iskola ta’ Ħal Għaxaq, ix-xogħol fil-kurituri se jsir fil-vaganzi. Biex sar ix-xogħol tal-klassijiet, kien hemm spustjar tat-tfal minn klassi għal oħra u ma kien hemm l-ebda telf ta’ lezzjonijiet jew periklu għat-tfal. Wieħed jifhem li ma tistax tħalli x-xogħol ta’ refurbishment meħtieġ kollu għas-sajf.
Leg 11 PQ #7159 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — financial statement

Question

Jista' l-Prim Ministru jħid mis-sena 2000 sena b'sena, liema huma l-kunsilli lokali li ma ssottometewx il-financial statement?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-nuqqas li l-Kunsill japprova l-financial statements mhux ikkunsidrat taħt il-mezzi punittivi li jitnaqqsu flus mill-allokazzjoni finanzjarja. Nuqqas persisteni jista’ biss iwassal għall-mezz punittiv ta’ xoljiment tal-Kunsil skond l-Artikolu 22 ta’ l-Att dwar Kunsill Lokali.
Leg 11 PQ #7162 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — devoluzzjoni ta' proprjetà

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kunsilli lokali li għamlu talba biex tiġi devoluta proprjetà pubblika lilhom? Liema huma dawn il-kunsilli lokali? Meta għamlu t-talba? X'inhu l-iskop tad-devoluzzjoni ta' kull kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Civil Protection Department — numru tal-membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-membri tas-Civil Protection Department fl-aħħar ta' Frar tas-sena 2009?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru tal-membri fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-aħħar ta' Frar tal-2009 kien kif ġej:- 7 Station Officers 29 Leading Assistance and Rescue Officers 82 Assistance and Rescue Officers
Leg 11 PQ #7165 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Attivitajiet kulturali u turistiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6564 u jgħid kemm intnefqu flus fuq attivitajiet kulturali u turistiċi imtella' separatament fil-Birgu, Bormla, Isla u Kalkara mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mis-sena 2000 sal-lum, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 6564.

Riabilitazzjoni tal-Kottonera — Kumitat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6563 u jgħid min huma l-membri tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera? Kemm-il darba ltaqgħu matul is-sena 2008? Kemm kellhom flus ivvutati? Liema proġetti saru matul is-sena 2008 u f'liema lokalità? Kemm kienet l-ispiża f'kull każ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Tribunal tal-Konsumatur — kawżi pendenti u deċiżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem it-Tribunal tal-Konsumatur? Kemm-il kawża ġiet deċiża matul dawn it-tliet snin mit-Tribunal tal-Konsumatur sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur hemm 308 każ pendenti. Fosthom hemm 131 kawża li ġew diferiti u 177 qegħdin fil-proċess tas-smiegħ. L-ammont ta’ sentenzi mogħtija mit-Tribunal bejn is-sena 2006 sat-18 ta’ Marzu, 2009 huwa kif ġej: Sena Sentenzi 2006 227 2007 270 2008 222 2009 93