Legislature:
Category:
Reset
Active:

The Eden and Razzett Foundation — iffirmar ta' ftehim

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6647 u jgħid jekk iffirmax xi ftehim finanzjarju mal-Fondazzjoni l-ġdida The Eden and Razzett Foundation? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji? Jekk fin-negattiv, xi ftehim hemm bejn il-Ministru u dawn iż-żewġ fondazzjonijiet separatament?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7026 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta — permess għat-tħaffir tat-trinek

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għat-tħaffir tat-trinek fit-toroq tal-Belt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, ħarġet 24 permess għal tħaffir ta' trinek fil-Belt Valletta. Dan sar sabiex jitqegħdu mains ta' ilma, drenaġġ u cables taħt l-art. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn il-permessi. Dawn il-permessi ġew approvati mill-Kummissjoni għall-Kontroll tal-Iżvilupp. Madanakollu, hemm permessi oħrajn li jinħarġu min-naħa tal-Awtorità dwar it-Trasport b'konsultazzjoni mal-MEPA.
Leg 11 PQ #7027 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Ċirkewwa - terminal ġdid

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti n-numru tal-applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għad-disinn ġdid tat-terminal taċ-Ċirkewwa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru tal-applikazzjoni sottomessa mill-Malta Maritime Authority bil-proposta: To demolish existing building and construct a ferry terminal hu PA 6148/08.

Skola Sekondarja Ġuże D'Amato — manutenzjoni

Question

Tista' l-Ministru tara li jsir maintance fl-iskola sekondarja Ġuże D'Amato, Paola fejn hemm il-poġġaman se jinqala' u t-taraġ imkisser? Tista' tara li jinfetħu toilets il-ġurnata kollha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ġewwa l-iskola Sekondarja tas-subien Ġuże’ D’Amato, Paola, fit-taraġ ta’ fuq nett, il-ħadid tat-taraġ hu marbut permezz ta’ viti ma’ kolonna tal-konkos. Vit minnhom, perjodikament jerħi. Meta l-iskola tinduna li dan beda jerħi, jerġa’ jiġi ssikkat. Fl-istess turġien ta’ ġewwa l-iskola, m’hemm l-ebda tarġa jew taraġ imkisser. Biss, tlett tarġiet li hemm fis-daħla tal-iskola, għandhom ix-xifer imxellef. Dan ġara meta xi ħaddiema daħħlu għamara għall-laboratorji. Il-problema hija estetika u mhux ta’ periklu. F’kull sular tal-iskola fejn hemm il-klassijiet tal-istudenti, il-ħin kollu hemm toilet miftuħ. Dawn jammontaw għal ħames clusters ta’ toilets , fejn il-klassijiet huma biss sittax.

Awtorità dwar it-Trasport — brochure - prezzijiet tat-tours

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif l-Awtorità dwar it-Trasport qed tippermetti li l-operatur tas-servizzi li jidhru fil-brochure li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, hemm imniżżla l-prezzijiet tas-servizzi l-oħra li l-istess operatur joffri, però ma hemmx imniżżla l-prezzijiet tat-tours offruti bl-open top double decker buses hekk kif mitlub jagħmel ukoll fil-kuntratt iffirmat mal-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — brochure - validità tat-tickets

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif l-Awtorità dwar it-Trasport qed tippermetti lill-operatur tas-servizzi li jidhru fil-brochure li qed jintbagħat separatament u lanqas fuq it-tickets li jagħti lill-passiġieri m'għandhomx indikat li l-istess ticket hu validu għal 24 siegħa hekk kif stipulat fit-tender u fil-kuntratt li ġie ffirmat mal-Awtorità dwar it-Trasport? Jista' jippreżenta kopja tat-ticket li l-Awtorità dwar it-Trasport approvat lill-operatur biex jingħata lill-passiġieri li jixtru sightseeing tours - North jew South?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Xatt ta' Tas-Sliema - double decker

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif l-Awtorità dwar it-Trasport qed tippermetti li fix-Xatt ta' Tas-Sliema ikun hemm wieqfa wara xulxin mill-inqas erba' double decker buses meta din suppost titlaq double decker waħda skond il-ħin stipulat u qed tibblokka spazju għall-vetturi oħra kif jidher fir-ritratt li qed jintbagħat separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat mill-ADT li mill-istħarriġ tagħha jirriżultalha li l-operatur mhux konformi mal-kuntratt li għandu ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport fuq dan is-servizz. Għaldaqstant tajt struzzjonijiet lill-ADT biex tieħu l-passi kollha fil-kompetenza tagħha biex din is-sitwazzjoni tiġi ndirizzata skond il-kuntratt u skond il-liġi.

Pulizija u uffiċjali tad-dwana

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5745 li oriġinarjament tlabt lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern u issa ġiet riferuta lilu u jagħti indikazzjoni ta' kemm-il darba matul l-2008, il-pulizija kienet mitluba biex tgħin uffiċjali tad-dwana li kienu qabdu materjal suspettuż at point of entry fl-airport jew portijiet Maltin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2008 kien hemm 14 il-okkażjoni fejn uffiċjali tad-Dwana talbu l-assistenza tal-Pulizija minħabba li kien hemm materjal suspettuż. Fi 13 il-każ il-materjal suspettuż irriżulta li kien droga filwaqt li fl’okkażjoni l-oħra il-materjal kien logħob tan-nar.
Leg 11 PQ #7089 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Numru ta' persuni li ilhom jirreġistraw għax-xogħol aktar minn ħames snin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn ħames snin? Minn liema lokalitajiet, maqsuma lokal, b'lokal, huma ġejjin dawk li qed jirreġistraw għal aktar minn ħames snin?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fl-aħħar ta’ Jannar 2009 in-numru ta’ persuni li ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn ħames snin kien ta’ 448 persuna. It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #7090 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

numru ta' persuni li attendew polikliniċi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li attendew il-polikliniċi differenti li għandna f'Malta, kull xahar, bejn Awwissu 2008 u Frar 2009? Kif jitqabbel dan in-numru man-numru ta' persuni li attendew fl-istess xhur is-sena ta' qabel?

Response (DALLI, JOHN)

Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi n-numru ta’ persuni li attendew iċ-Ċentri tas-Saħħa bejn Awwissu 2008 u Jannar 2009 u bejn Awwissu 2007 u Jannar 2008. L-istatistika għax-xahar ta’ Frar 2009 għadha qed tinġabar.
Leg 11 PQ #7091 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

numru kawżi ta' libelli pendenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru u liema huma l-kawżi ta' libell, li ilhom pendenti quddiem il-qrati tagħna għal aktar minn ħames snin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej:- Qorti Ċivili Malta 40 Qrati ta' Ġurisdizzjoni Kriminali Malta 4 Qorti tal-Maġistrati Għawdex 1 Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra d-dettalji dwar dawn il-kawżi ta' libell.
Leg 11 PQ #7092 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Isptar Mater Dei — Emerġenza - numru ta' nies

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li attendew (bħala pazjenti) fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei, kull xahar, bejn Awwissu 2008 u Frar 2009? Jista' jagħti indikazzjoni dwar jekk il-kampanja li saret biex ma tintużax l-emerġenza minn min m'għandux veru emergenza kellhiex xi effet biex tnaqqas in-numru ta' persuni li jattendu l-emerġenza?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ta' Qali — Crafts Village - titjib fl-inħawi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif jistgħu l-persuni li għandhom xi attività artiġjanali fil-Crafts Village ta' Ta' Qali, fil-fatt itejbu l-inħawi ta' madwarhom? Jista' jindika jekk hemmx deċiżjonijiet finali min-naħa tal-Gvern, għal dawn l-inħawi?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi bħalissa jinsab f’kuntatt dirett ma’ rappreżentanti ta’ l-artiġjani li bħalissa qed joperaw f’dan il-villaġġ. F’dawn l-aħħar jiem, kien hemm inpenn konkret mill-Gvern li flimkien mal-Malta Industrial Parks, beda jwettaq xogħol ta’ tindif u tijib fl-inħawi ta’ madwar il-huts li minnhom, persuni qed iwettqu xi attività artiġjanali. Immedjatament wara li jispiċċa dan il-proċess ta’ tindif, uffiċċjali mill-Malta Industrial Parks ser ikunu qed iżuru lill-istess artiġjani, sabiex magħhom jiġi deċiż il-pass li jmiss sabiex ikompli jsir it-titjib neċessarju għal dan il-villaġġ.
Leg 11 PQ #7094 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Buġibba, Qawra, u San Pawl il-Baħar — żieda fil-patrol tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk matul ix-xhur tas-sajf jistgħux jiżdiedu l-patrols tal-pulizija (ukoll jekk ikunu plain clothed) fl-inħawi ta' Buġibba, l-Qawra u San Pawl il-Baħar, matul ix-xhur tas-sajf, biex jgħinu lill-Pulizija tad-distrett?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bħal ma sar fis-snin preċedenti, anke matul ix-xhur tas-sajf li ġej, il-Pulizija ser issaħħaħ il-preżenza tagħha f'lokalitajiet turistiċi u ta' villeġġatura kif ukoll ma' xtajtiet, fosthom l-inħawi ta' Buġibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar.

Direttur Ġenerali  tad-Divizjoni għal-Konsumatur u Kompetizjoni — permess biex taħdem xogħol privat

Question

Filwaqt li nirreferi għal risposta li ħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru lill-gazzetta "Illum" li dehret f’artiklu taħt it-titlu “il-Każ ta’ Veterinarja maċ-Ċivil” li ġie ppublikat il-Ħadd 22 ta’ Frar 2009, jista’ l-Ministru jikkonferma id-dati ta’ meta d-Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għall-Konsumatur u Kompetizjoni (il-Veterinarja) ngħatat il-permessi biex taħdem xogħol privat? X’kundizzjonijiet kien hemm ma' dawn il-permessi u jekk kien hemm, kenux jippermettulha li tagħmel xogħol privat waqt il-ħin li suppost taħdem mal-Gvern?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Direttur Ġenerali  tad-Divizjoni għal-Konsumatur u Kompetizjoni — xogħol privat - permessi validi

Question

B’referenza għall-artiklu li deher fil-gazzetta "Illum" taħt it-titlu “Il-każ ta’ Veterinarja maċ-Ċivil” li ġie ppublikat il-Ħadd 22 ta’ Frar 2009, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-permessi li ħarġu lid-Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għall-Konsumatur u Kompetizzjoni (il-Veterinarja) biex tagħmel xogħol privat għadhomx validi minħabba li skond l-Uffiċċju tal-Prim Ministru dawn il-permessi ngħataw taħt il-leġislatura l-oħra?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Kummissjoni Ewropea — tisħiħ fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni

Question

Wara li l-Kummissjoni Ewropea riċentement (Jannar 2009) qalet li trid tara tisħiħ fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni ġewwa Malta, jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-passi li beħsiebu jieħu dwar dan anke minħabba li preżentament l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qed jitmexxa minn veterinarja li tipprattika l-professjoni tagħha fl-istess ħin li tmexxi dan l-uffiċċju li hu meqjus tant importanti mill-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Agriculture Waste Management Plan — persuni involuti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6588, jista' l-Ministru jgħid min ikkontribwixxi fl-istess rapport u jindika min hu/hi/huma l-firmatarji tal-istess rapport?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Park tal-Majjistral — chairman

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma meta inħatar chairman tal-Park tal-Majjistral l-persuna li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament? Meta issottometta r-riżenja tiegħu? Meta irriżenja, kemm kien ilu ma jattendi board meeting tad-diriġenti tal-proġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ħal Luqa — Triq ir-Rixtellu - xogħol fuq it-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq ir-Rixtellu, f'Ħal Luqa se ssir u dan għaliex mimlija ħofor u għaldaqstant huma ta' periklu kemm għal pedestrians kif ukoll għal vetturi li jgħaddu minnha?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.