Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6504, 5926 u 5595 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tipika tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali u l-Gvern li permezz tiegħu s-sidien kellhom jingħataw il-proprjetà tagħhom b'ċens u huma joħorġu l-flus għall-iżvilupp tal-proprjetà tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5595.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6607 u jikkonsidra li jabolixxi t-taxxa l-ġdida li mill-1 ta' Jannar 2010 kull turist iħallas €0.50 għal kull lejl li joqgħod Malta? Jista' jgħid jekk jikkonsidrax ukoll li jerġa' jiftaħ l-uffiċini tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu barra minn Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6607.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6611 u jiddikjara jekk jaqbilx li f'żoni residenzjali ma jkun qatt aċċettat li jinfetħu ħwienet ġodda tal-logħob tal-azzard? X'għandu xi jgħid għall-applikazzjoni ta' ftuħ ta' ħanut tal-azzard fi Vjal il-25 ta' Novembru, ż-Żejtun, f'żona residenzjali?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6263 u jgħid jekk huwiex sodisfatt li immigranti illegali li jingħataw il-freedom mid-detention centres u dawn ibatu mill-HIV, Hepatitis u Tuberculosis u jkunu fuq il-kura, ikomplu jieħdu l-kura neċessarja sabiex ma jkunux ta' periklu għal-ħaddieħor? Kemm-il direct order ingħata biex isiru xogħlijiet fid-detention centres ta' Ħal Safi u Ħal-Far din is-sena 2008 u fl-ewwel xahar ta' Jannar 2009? Lil min ingħataw dawn id-direct orders u kemm huwa l-ammont ta' flus ta' kull direct order? Fuq liema kriterju ingħata l-kuntratt ta' nurses tad-detention centres ta' Ħal-Safi u ta' Ħal-Far? Jista' jgħid jekk il-casuals li jaħdmu mad-detention centres u li ġew ikkmandati jidħlu l-għassa mal-immigranti ġewx ittestjati, jekk humiwx imlaqma kontra it-TB, l-Hepatitis u l-HIV, jekk huwiex minnu li dawk il-casuals li ma riedux jiffirmaw li jidħlu fl-għassa ma' l-immigranti ġew mgħedda li jitkeċċew mix-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment ghall-Promozjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard għandu arrangamenti biex meta immigranti fid-detention centres li jbagħtu mit-tuberkulozi jkunu waslu biex jingħataw il-freedom dawn jitpoġġew f’kuntatt ma' social worker jew community worker fiċ-ċentru miftuh fejn ikunu sejrin. Is-social worker jew community worker tkun responsabbli li tara li dan l-immigrant ikun qed jieħu l-mediċini kif suppost. Id-dipartiment jara dokumentazzjoni kull ħmistax dwar jekk dan hux qed isir. Fejn ikun hemm problemi, is-social worker jew community worker jinforma lid-dipartiment minnufih u dan jinvestiga. Dwar mard ieħor infettiv, jekk il-konsulent li jikkura l-immigrant jara li dan mhux qed jieħu l-mediċini kif suppost jew mhux qed jattendi għal-viżti kif suppost, il-konsulent jista jikkuntattja lid-Dipartiment għall-Promozjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard biex isiru iktar investigazzjonijiet.
Id-Dipartiment għall-Promozjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard jirrakkomanda li persuni li jaħdmu f’
detention centres
jiġu mlaqqmin kontra t-Tuberkulozi, l-
Hepatitis B
u mard ieħor infettiv bħall-
Polio
u t-tetnu, (għadu ma jeżistix tilqim kontra l-HIV).
Għar rigward tal-partitjiet l-oħra tal-Mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6253, 5852, 5642, 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6253, 5852, 5642, 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6252, 5929, 5624, 5278, 4694 u 3520 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Tista' l-Ministru tagħti lista' tal-isponsorships li ngħataw mill-bidu tas-sena 2008 sal-lum mill-Arts Council? Tista' tgħid kemm u liema minnhom ġew rifjutati, flimkien mal-kriterji applikati fl-aċċettazzjoni u fir-rifjut ta' talbiet simili? In oltre, napprezza wkoll jekk ningħata l-ammonti ta' l-isponsorship involut.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 6856, Seduta 90.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispecifications tal-membrane li qiegħed jintuża fl-istrutturi li qegħdin jinbnew fuq it-tempji ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra? Tista' tagħti spjegazzjoni kif dan il-membrane tqatta' fil-maltemp meta dan suppost iddisinjat sabiex jiflaħ għall-irjieħ li għandna Malta? Tapprezza l-Ministru li dan it-tqattiegħ tal-membrane jista' jwassal għal kollass ta' parti mit-tinda b'konsegwenzi mill-aktar serji fuq it-tempji li huma meqjusa wirt dinji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-dokumenti relatati mall-Mistoqsija Parlemantari numru 7011 qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-ispeċifikazzjonijiet tal-
membrane
jinsabu fid-Dokument A.
Kif diġa’ ġie spjegat lill-pubbiku permezz tal-medja, mhux korrett li wieħed jaħseb jew jgħid li l-
membrane
installat ġarrab xi ħsara. Kif spjegat aktar fid-dettal fid-Dokument B iż-żewġ panewijiet biss li ġarrbu xi ħsarat. Dawn iż-żewġ panewijiet kienu għadhom fil-proċess li jitwaħħlu u jiġu stirati, proċess li jieħu madwar għaxart’ijiem għal kull panew. Fit-tieni każ, l-irjieħat li ħakmu il-gżejjer laħqu Forza 11, jiġifieri forza ħafna ogħla minn dik prevista, u b’hekk il-prekawzjonijiet li kien ħa l-kuntrattur biex iħares il-panewa li kienet qiegħdha fil-proċess li titwaħħal ma kienux biżżejjed.
Wieħed għandu jżid li dawn iż-żewġ panewijiet qegħdin jinbidlu mill-kuntrattur, għas-spejjeż tiegħu.
Dan il-fatt ma jista’ bl-ebda mod jittieħed bħala xi indikazzjoni li l-materjal meta installat muhiex tas-saħħa meħtieġa. Minħabba s-
safety factors
ta’ dawn l-istruttuti, huma disinjati biex jifilħu kondizzjonijiet ħafna aktar estremi minn dawk li kellna dan l-aħħar. Tant hu hekk, illi l-ħames panewijiet li kienu kompletament installati, li jinkludu l-akbar panewijiet mit-18-il panewa li flimkien jiffurmaw it-tinda tal-Imnajdra, ma saritilomx l’anqas l-iċken ħsara mill-irjieħat ta’ Forza 11 li kellna ftit ilu.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti msejħa Original Survey Reports magħmula mill-konsulenti mqabbda mill-WasteServ fir-rigward tal-istudji in konnessjoni mal-E.S. dwar il-proċess tal-Impjant għar-riċiklaġġ ta' Sant' Antnin f'Wied il-Għajn? Jista' jagħti r-raġunijiet għala dawn l-Original Survey Reports tal-konsulenti, li qed issir referenza għalihom, ma ġewx ippubblikati kif jitolbu l-E.I.A. Regulations 2001 Art. 20(4)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Art. 20(4) tar-Regolamenti dwar l-Istudju fuq l-Impatt Ambjentali tal-2001 jirreferi għall-'Original Environmental Survey Reports' li fil-proċess tal-EIA ifissru l-istudji tal-baseline li jkun saru biex janalizzaw l-impatti tal-iżvilupp.
Fil-każ tal-Environmental Impact Statement li ġie ikkommissjonat mill-Wasteserv għar-rigward ta' l-Impjant tar-Riċiklaġġ ta' Sant'Antnin, dawn l-istudji ġew inkorporati fil-Coordinated Assessment Report li sar b'konnessjoni ma' dan l-iżvilupp. Għalhekk f'dan il-każ, l-informazzjoni essenzjali kollha mitluba biex tittieħed deċiżjoni infurmata kienet tinsab ġewwa l-EIA fil-forma ta' kapitli differenti.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin — Studji bażiċi fuq Terms of Refence
Question
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-istudji bażiċi (baseline studies) li jidhru hawn taħt u li huma ndikati fit-Terms of Reference (TOR) li abbażi tagħhom saru l-istudji in konnessjoni mal-proċess rigward l-impjant għar-riċiklaġġ ta' Sant' Antnin f'Wied il-Għajn, baqgħu ma sarux:
a) TOR Art.4.9:
prevailing background on noise levels
b) TOR Art 4.10: the current background levels of pollution. Details on prevailing wind and climate conditions shall also be included, amongst other relevant parameters
ċ) TOR Art 4.11: An assessment of current levels of odours; An assessment of current levels of dust; Odour panel should be also considered
d) TOR Art. 4.12: Existing rodent population around the site
e) TOR Art. 4.13: The Existing level of contamination of the site shall be investigated?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-każ tal-Environmental Impact Assessment relatat ma' l-iżvilupp tal-Impjant ta' Sant'Antnin, il-baseline studies (studji bażiċi) ġew inkorporati bħala parti integrali fil-kapitli differenti ta' dan ir-rapport. Għaldaqstant, l-istudji imsemmija fil-Mistoqsija Parlamentari 7013, jinsabu f'dawn il-kapitli tal-EIA:
a)
Prevailing background on noise levels
- Dawn l-aspetti ġew studjati f'Kapitlu 12 tal-EIS;
b)
Current background levels of pollution. Details on prevailing wind and climate conditions shall also be included, amongst other relevant parameters
- Dawn l-aspetti ġew studjati f'Kapitlu 13 tal-EIS;
c)
An assessment of current levels of odours; an assessment of current levels of dust; Odour panel should be also considered
- Dawn l-aspetti ġew studjati f'Kapitlu 13 tal-EIS;
d)
Existing rodent population around the site
- Dawn l-aspetti ġew studjati f'Kapitlu 14 tal-EIS;
e)
Existing level of contamination of the site shall be investigated
- L-aħħar kummenti li ġew traċċati fil-
file
juru li dan l-istudju baqa' ma sarx, anke wara it-tieni
round
ta' kummenti fuq l-EIS.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5251 u jgħid meta l-Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin se jkun komplut u jibda jiffunzzjona in toto? Jista' jgħid ukoll:
a) Jekk huwiex beħsiebu jagħmel studju dwar l-impatt li l-Impjant jista' jkollu fuq is-saħħa tar-residenti qabel ma jgħaddi għat-tieni fażi?
b) Jekk jaqbilx li l-espert tal-WasteServ Dr. Monks kien iddikjara pubblikament fit-22 ta' Settembru 2005 waqt il-laqgħa pubblika għall-approvazzjoni tal-Outline Development li dan l-istudju ma kienx sar għax iqum ħafna flus?
ċ) Jekk jistax ippoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull studju, rapport li l-Ministru għandu dwar il-potenzjal ta' impatt tal-Impjant fuq is-saħħa tar-residenti? Jaħseb li l-parti tal-EIA/S tas-soċjetà SLR li tittratta dwar dan hijiex assolutament inkonklussiva, rudimentali u mhux tad-depth li dan is-suġġett jimmerita?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li sa ftit ġimgħat oħra hu maħsub li l-impjant jkun komplut u jibda jiġi kkumissjonat. L-istudji kollha neċessarji saru qabel ma nħarġu l-permessi għall-bini skond kif rikjest mill-awtoritajiet konċernati, u dawn ġew approvati mill-istess awtoritajiet. Ma hemmx ħsieb li jkun hemm tkabbir ta’ dan l-impjant u għaldaqstant mhux maħsub li jkun hemm it-tieni fażi.
Għat-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lil Onor interpellant li kwalunkwe studju mitlub minn kwalunkwe awtorità ġie kkummisjonat u approvat u ma hemm l-ebda studju li ma sarx minħabba spejjeż relatati.
Id-dokumenti kollha kienu għad-disposizzjoni tal-pubbliku waqt il-proċess wiesa` ta’ konsultazzjoni marbut ma’ l-istess applikazzjoni u permess.
Nirrepeti li l-istudji li saru kollha inkluż il-parti tal-EIA/S tas-soċjetà SLR ġew approvati mill-awtoritajiet konċernati wara li ħarġu għall-konsultazzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4875 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' inkjesta maġisterjali u xi rapporti oħra jekk saru, rigward l-isplużjonijiet li seħħew fl-Impjant ta' Sant'Antnin f'Lulju 2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi mir-records ta’ l-inkjesti Maġesterjali miżmuma fir-Reġistru tal-Qrati ta’ Ġurisdizzjoni Kriminali, ma jirriżultax li kien hemm xi inkjesti Maġisterjali fuq l-allegati splużjonijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6155 u jara li jitmexxa l-każ mal-Awtorità tad-Djar tal-persuna li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernat applikat ma’ l-Awtorita’ tad-Djar għall-akkomodazzjoni soċjali fi Frar ta’ din is-sena. Saret spezzjoni meħtieġa biex naraw f’liema kondizzjoni huwa dan il-post u jekk hemm xi periklu. Jidher li l-applikant jikkwalifika għal post alternattiv u għalhekk ser ikun qed jiġi ikkunsidrat mal-lista ta’ l-applikanti l-oħra skond il-meritu tagħhom.
B'referenza għall-inċineratur li nbena fil-Marsa, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6691 u jgħid:
i) meta nħarġet it-
tender
għal dan l-inċineratur
ii) min rebaħ din it-tender u b'liema prezz
iii) meta beda jaħdem dan l-inċineratur u kemm ġie jiswa finalment meta tlesta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fl-2003 kien ġie deċiż li l-proġett tal-inċineratur ikun wieħed mill-proġetti ffinanzjati mill-Hames(5) Protokoll Taljan skond il-kriterji ta’ dan il-programm finanzjarju. Il-kuntratt, li kien ipproġettat li jiswa 10.8 miljun ewro ingħata lil Barbieri & Tarozzi Group fid-19 ta Frar tal-2004. Meta wieħed iżid l-ispiża li saret biex ġie nstallat l-upgrade, is-somma finali kienet ta’ madwar 13-il miljun ewro.
L-inċineratur beda jaħdem f’Diċembru 2007 u għadu taħt perjodu ta’
commissioning
.
B'referenza għall-iskema ta' fidi ta' ċens ta' proprjetà residenzjali tal-Joint Office, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6693 u jgħid b'liema mod ġew magħżula l-proprjetajiet li diġà sar il-fidi taċ-ċens tagħhom?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista bl-indirizzi tal-proprjetajiet li l-kuntratt tal-fidi taċ-ċens sar bid-data tal-applikazzjoni ta' meta saret it-talba għall-fidi taċ-ċens?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6693.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6698 u jiddikjara jekk il-ħlas hekk imsejjaħ late payment fee li kumpannija tiċċarġja fuq kontijiet li ma jitħallsux fi żmien tlett ijiem li jiġu rċevuti, liema pagament ġieli jkun daqs jew akbar mill-ammont dovut hux legalment korrett u ġust? Jaħseb li dan l-aġir huwa forma ta' użura?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.