Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5595 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tipika tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali u l-Gvern li permezz tiegħu s-sidien kellhom jingħataw il-proprjetà tagħhom b'ċens u huma joħorġu l-flus għall-iżvilupp tal-proprjetà tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5595.
Peress li l-intrapriżi ż-żgħar jibqgħu ċ-ċavetta għas-suċċess ekonomiku ta' Għawdex u potenzjal kbir għall-ħolqien ta' iktar xogħol għall-Għawdxin f'Għawdex stess, jista' l-Ministru jikkonsidra l-introduzzjoni ta' Free Permit Zones li jkunu kumplimentati b'linjin gwida għall-ħolqien ta' intrapriżi ġodda?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jiċċara l-mistoqsija tiegħu, u jispeċifika x’qed jifhem eżattament b’free permit zones.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — talbiet għax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm bejn l-2006 u l-2008 mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ f'Għawdex:
a) Kien hemm talbiet biex jimtlew postijiet tax-xogħol?
b) Kemm persuni instabilhom xogħol?
ċ) Kemm inqadu persuni jaħdmu b'mod illegali?
d) Kemm ġew imħarrġa persuni?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li minn Jannar 2006 sa Diċembru 2008 mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ f’Għawdex kien hemm:
a) 865 talbiet biex jimtlew postijiet tax-xogħol (
vacancies
),
b) 272 persuni nstabilhom xogħol (
placements
),
ċ) Minn Jannar 2006 sa Diċembru 2008, is-sezzjoni tal-ispettorat tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, għamlet 874 spezzjoni fuq postijiet tax-xogħol f’Għawdex, fejn ġew intervistati 1,835 persuna. Minn dawn, 389 kienu b’xi mod qed jaħdmu irregolarment, fosthom 14 li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol u jaħdmu.
d) Kien hemm 1,869 persuni li bdew jattendu għal xi kors f’Ghawdex.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — unit li tintervjeni meta jsiru sensji
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għandhiex xi unit li tintervjeni meta jkun hemm sensji ta' numri kbar ta' ħaddiema? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhu r-rwol ta' din il-unit?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li f’ każ li l- Korporazzjoni tax- Xogħol u Taħrig tiġi nfurmata bis-sensji qabel isiru hija toffri dawn is- servizzi :
- Tintervista lill- impjegati kkonċernati (ħafna drabi fuq il-post tax-xogħol bi ftehim mal- Management u jekk l- impjegati ssensjati jkunu għadhom fuq il-post tax-xogħol)
- Tieħu d- dettalji tagħhom bħal kwalifiki, esperjenza, ħiliet u preferenzi għax-xogħol
- Tirreġistra lil dawn il- persuni fuq it- tielet parti tar- reġistru
- Tirreferihom għall-impjiegi alternattivi
- Tirreferihom għal taħrig sabiex itejbu l- ħiliet tagħhom
- Tirreferihom għal skemi li jista jkollha l- ETC minn żmien għal żmien
- Tfissrilhom id-diversi servizzi tal-Korporazzjoni fosthom is-servizzi tal-website tal- ETC, is-servizzi tal-job centres u diversi servizzi u proċeduri oħra
Informat ukoll li f’ każ li n-numru ta’ ħaddiema jkun sostanzjali jiġi wkoll organizzat
'one stop shop registration service'
flimkien mad- Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali.
Health Promotion Unit — kampanja edukattiva fuq bażi reġjonali
Question
Tista' l-Ministru tikkonsidra li f'sinerġija mal-Health Promotion Unit titnieda kampanja edukattiva fuq bażi reġjonali fuq kif wieħed jieħu ħsieb saħħtu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tal-Health Promotion and Disease Prevention ilu jorganizza programmi u jieħu inizjattivi ġewwa Għawdex. Fost dawn wieħed jista' jsemmi inizjattivi li jittieħdu regolarment fl-iskejjel u postijiet oħra bħall-Kunsilli Lokali bil-għan li tiżdied l-awareness dwar is-saħħa.
L-uffiċċju tal-Health Promotion f'Għawdex li jinsab fl-Isptar Ġenerali jikkordina dawn il-diversi inizjattivi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5926 u 5595 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tipika tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali u l-Gvern li permezz tiegħu s-sidien kellhom jingħataw il-proprjetà tagħhom b'ċens u huma joħorġu l-flus għall-iżvilupp tal-proprjetà tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5595.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq attivitajiet kulturali u turistiċi imtella' separatament fil-Birgu, Bormla, Isla u Kalkara mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mis-sena 2000 sal-lum, sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jikkonsidra l-Prim Ministru li jabolixxi t-taxxa l-ġdida li mill-1 ta' Jannar 2010 kull turist iħallas €0.50 għal kull lejl li joqgħod Malta? Jista' jgħid jekk jikkonsidrax ukoll li jerġa' jiftaħ l-uffiċni tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu barra minn Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6541.
Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu għadha topera
network
ta’ uffiċini barra minn Malta li jkopri l-istess swieq li kienu koperti fl-2004. Inżammu wkoll uffiċini fi swieq kunsidrati bħala importanti ħafna bħar-Renju Unit, il-Ġermanja u l-Italja. L-MTA m’għadhiex tħaddem impjegati fl-uffiċini ta’ Moska, Pariġi, Stokkolma u Amsterdam iżda għandha kuntratt ta’ servizz mar-rappreżentanti f’dawn is-swieq. L-uffiċċju fl-Istati Uniti kien ingħalaq fl-2003 għal raġunijiet strateġiċi, l-istess kif ġara fil-każ tal-uffiċċju li kien jinsab fl-Ambaxxata Maltija f’Beijing. F’dawn iż-żewg każi, il-
fixed cost
assoċjat maż-żamma ta’ l-uffiċini kien kunsidrat għoli wisq meta mqabbel mal-ammonti ta’ turisti attirati minn dawn iż-żewġt iswieq.
Malta Enterprise — Market Entry and Internationalisation u Operations Management and Upgrade
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm fl-aħħar erba' snin l-Malta Enterprise ivvutat flus għall-intraprizi Għawdxin taħt l-iskema l-Market Entry and Internationalisation u Operations Management and Upgrade? Kemm kien l-ammont li kopriet l-Unjoni Ewropea għall-istess għan taħt il-Fondi Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif mogħtija hawn taħt.
Scheme
No. of Gozo Beneficiaries
Claimed Value (€)
ERDF Contribution (58%)
ERDF Operations Upgrade Grant Scheme
18
89,411.41
51,858.62
ERDF Market Entry Grant Scheme
3
7,011.41
4,066.62
Total
21
96,422.82
55,925.24
Fondi Soċjali Ewropew — ċentri li benefikaw minn dawn il-fondi
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema proġetti b'risq ir-riżorsi umani f'Għawdex ġew kofinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew taħt il-Fondi Strutturali għal Malta? Tista' tgħid liema kienu ċ-ċentri li benefikaw minn dawn il-fondi? Kemm kien in-numru ta' individwi li bbenefikaw minnhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika l-perjodu tal-programm li qiegħed jirreferi għalih.
Peress li s-settur turistiku huwa element determinanti li jaffetwa l-andament tal-ekonomija f'Għawdex, tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont li bbenefika minnu l-bini taċ-Ċentru ġdid għat-taħriġ turistiku taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Unjoni Ewropea? Tista' l-Ministru tgħid x'kien jirrikjedi ix-xogħol fuq dan iċ-ċentru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari Nru. 6429, inżid ngħid li x-xogħol fuq dan iċ-Ċentru kien jikkonsisti fil-bini mill-ġdid taċ-ċentru u l-attreżżar tiegħu.
Kontribuzzjonijiet Finanzjajri mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5091, 4228 u 3692 u jgħid kemm kienu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Gvern Malti ħa mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2008? Kemm ġew fondi globalment mill-Unjoni Ewropea proġett proġett fl-2008?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni mitluba għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm flus fil-Fond għall-Kawzi Ġusti fl-1 ta’Jannar 2008? Kemm daħlu flus fil-fond matul l-2008 u minn fejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi flus fil-Fond għall-Kawżi Ġusti fl-1 ta’ Jannar 2008 kien hemm €295,954.68.
Matul l-2008 il-Fond kellu dħul ta’ : €925,109.61 mill-Gaming Tax ; €722,250.14 minn Unclaimed Prizes u ta’ €8,763.26 mill-Interessi ġenerali fuq il-kont.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4652 u 4027 u jgħid jekk l-filters fiċ-ċmieni tal-power station tal-Marsa tpoġġewx f'posthom? Kemm ilhom li tpoġġew, jekk tpoġġew? Jekk għadhom ma tpoġġewx f'posthom, meta pjana li dawn l-filters sejrin jitwaħħlu ħalli gassijiet valenużi ma jibqgħux joħorġu iktar fl-arja? Kemm ġew jew ġejjien jiswew dawn il-filters u jekk aħniex bħal pajjiżi marbutin li suppost dawn il-filters jkunu ma' kull ċumnija li hawn fil-power stations?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Elezzjoni ġenerali — Nies li ġew minn barra biex jivvutaw
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5158 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ivvutaw nies fis-siegħa żejda li ngħatat fl-aħħar elezzjoni ġenerali? Jista' jgħid kemm ivvutaw nies li ġew minn barra minn Malta bl-ajruplani apposta biex jivvutaw? Minn fejn kienu dawn in-nies u fi x'ħin illandjaw l-ajruplani li kienu qed iġorru n-nies? X'ħin għamlu iċ-checkout dawn il-passiġġieri? Minn liema pajjiżi ġew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali żżomm biss statistika dwar kemm ivvutaw nies fl-elezzjonijiet ġenerali fis-2.00pm u f'għeluq il-votazzjoni. Għaldaqstant m'hemmx informazzjoni oħra dwar numru ta' votanti f'ħinijiet oħrajn. L-anqas ma jinżammu ammonti dwar kemm ivvutaw nies li ġew minn barra minn Malta. L-Air Malta nfurmat lill-Kummissjoni Elettorali li 3,057 persuna wżaw it-titjiriet speċjali bi prezz sussidjat iżda l-Kummissjoni m'għandhiex l-informazzjoni l-oħra mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 5674 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew flus mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2008? Jista' jgħid dawn il-flus fuq liema proġetti ġew u kemm nistgħu nibqgħu nirċievu l-istess għajnuna? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-kontribuzzjoni li Malta għamlet lejn l-Unjoni Ewropea u kif kienu maqsumin dawn il-kontribuzzjonijiet? Jista' jgħid jekk konniex eleġibbli għal xi fondi u minħabba xi raġuni dawn il-fondi tlifnihom? X'kienet ir-raġuni li minħabba fiha tlifna l-fondi?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5350 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid minn huma l-konsulenti legali tal-WasteServ Malta? Meta rebħu l-offerta? Kemm hu twil f'ammont ta' żmien il-kuntratt li sar magħhom? Kemm hi r-rata li jitħallsu biha? Il-Gvern huwa marbut magħhom b'xi mod? Huma kif inhuma marbutin mal-Gvern? Xi jsir jekk jinkiser dan il-ftehim? Hemm penali min-naħa tal-Gvern jew tagħhom li jridu jħallsu jew jitħallsu?
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamnetari 5347 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilha u jgħid x'inhu l-użu tal-heliport f'Għawdex bħalissa? Kemm hemm impjegati jaħdmu hemm? Minn min hu ffurmat il-bord tal-heliport? Kemm jitħallsu l-membri ta' dan l-bord? X'inhuma l-pjanijiet għall-2009 għall-heliport? Vera li l-Armata sejra tibda tagħmel użu minnu għall-helicopters tagħha? Kemm kienet l-ispiża fil-manutenzjoni tal-heliport għas-sena 2008?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Urban Conservation Areas - permessi ta' twaqqiegħ ta' djar
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew approvati permessi ta' twaqqiegħ ta' djar fl-Urban Conservation Area sa mill-bidu ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-1994 u Frar tal-2009, il-PA u l-MEPA approvaw iżjed minn 16493 permessi ta' twaqqiegħ ta' strutturi fl-Urban Conservation Area.
Is-sistema ta' l-informatika ta' l-Awtorita` ma tagħmilx distinzjoni bejn twaqqiegħ ta' djar jew strutturi oħra.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet approvati li għandhom Policy Constraint ta' Urban Conservation Area jew Village Core u li fil-proposta għandhom il-kliem "twaqqiegħ", "demolition", jew "demolish".
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xiri tal-kumpless Hexagon house
Question
Jista l-Prim Ministru jgħid kemm sewa x-xiri tal-kumpless Hexagon House mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u kif qed jitħallas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xiri tal-utile dominum temporanju tal-kumpless Hexagon House mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sewa € 4,258,094.57 (Lm1,828,000). Dan ġie ffinanzjat € 1,164,686.70 (Lm500,000) minn fondi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-bilanċ ta' € 3,093,407.87 (Lm1,328,000) minn self mill-iskema tas-CPPS. Dan għandu jitħallas lura ġo l-iskema fuq medda ta' erba' snin.