Għawdex — business centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6437, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jitwaqqaf business centre fit-teknoloġija ta’ l-informatika u l-innovazzjoni f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuqu?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3230, jista l-Prim Ministru jgħid f’liema data l-Gvern kien ħareġ sejħa għal tender? X’inhuma l-kriterji li jistabbilixxu meta jkun iż-żmien propizju biex tinħareġ tender ġdida?
Għawdex — użu ta' sorsi alternattivi għall-enerġija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6745 u jgħid jekk sarx xi studju ta’ cost-benefit biex jiġi stabbilit jekk jaqbilx li Għawdex jiġġenera l-enerġija kollha tiegħu bl-użu ta’ sorsi alternattivi? Jekk ma sarx, hemm il-ħsieb li jsir? Jekk fl-affermattiv, meta mistenni jsir? Jekk fin-negattiv għaliex il-Gvern ma jħossx li għandu jsir dan l-istudju?
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 6426 u tgħid kemm hemm laboratorji tax-Xjenza u Teknoloġija fl-iskejjel tal-Istat f’Għawdex? F’liema skejjel qegħdin? X’apparat hemm f’kull wieħed minnhom? X’apparat hemm bżonn f’kull laboratorju? X’apparat hu maħsub li jinxtara matul din is-sena u fl-2010? Kemm hija stmata l-ispiża għax-xiri ta’ dan l-apparat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Irranġar ta' triq li twassal għar-residenza San Vincenz de Paule
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir arranġament biex it-triq li tagħti minn ħdejn iċ-Ċimiterju tat-Torok għal ħdejn it-triq li tagħti għar-residenza San Vincenz de Paule tiġi rranġata biex il-vetturi li ħallsu l-liċenzji sabiex jgħaddu minn din it-triq ma jibqgħux jagħmlu ħsara kemm fiżikament kif ukoll finanzjarjament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — Applikazzjoni
Question
Jista l-Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li kull meta jsib job l-employerqed iżommu minħabba li l-proċess min-naħa tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għall-permess tax-xogħol qed idum xahrejn u anke tlett xhur jew aktar biex joħroġ?
Jista' l-Ministru jagħti dettalji tekniċi tal-filtri li jintużaw mill-Enemalta fil-power stations tal-Marsa u Delimara senjatament dawk li jintużaw fiċ-ċmieni biex inaqqsu d-diffuzjoni tal-partiċelli li jniġġzu l-arja, u dan prevja dikjarazzjoni jekk jintużawx jew le tali filtri?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet għall-għajnuna biex jiġu stallati stair lifts, permezz t'għajnuna mill-Awtorità tad-Djar, matul l-2006, 2007 u l-2008? Kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati? F'liema lokalitajiet, f'numru għal kull lokalità, ġew approvati dawn l-għajnuniet?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Air Malta — fuel surcharge mħallas mill-passiġġiera
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif jiġi stabilit il-fuel surcharge li jintalab jitħallas mill-passiġġiera li jużaw l-Air Malta? Meta ġie ntrodott l-ewwel darba dan il-fuel surcharge? Kif inbidlet matul iż-żmien li ilu jiġi mitlub? Meta nbidel l-aħħar darba?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
San Pawl il-Baħar — Triq il-Porzjuncola - tarmac u servizzi
Question
Billi Triq Porzjunkola fil-Qawra, San Pawl il-Baħar hija okkupata minn numru kbir ta' residenti li ġew joqgħodu f'bini ġdid, jista' l-Ministru jieħu immedjatament il-passi neċessarji biex il-partijiet tagħha li għadhom mhux mogħtija t-tarmac, fil-fatt jinksew bit-tarmac u jsiru ukoll is-servizzu li għad fadal isiru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Wara li seħħet ir-reġistrazzjoni tas-siġar tal-palm f'Malta u f'Għawdex, jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk hux ser issir xi programm ta' informazzjoni partikolari għas-sidien ta' dawn is-siġar li ġew reġistrati?
Plant health division — reġistrazzjoni tas-siġar tal-palm
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' siġar tal-palm li ġew reġistrati mal-plant health division sad-data tal-għeluq tar-reġistrazzjoni, lokal b'lokal? Kemm minn dawn is-siġar ġew reġistrati mill-privat u kemm minn xi dipartiment tal-gvern jew kunsill lokali? Jekk hemm min għal xi raġuni ma rreġistrax il-palm li kellu, jista' jiġi u jirreġistra dan il-palm issa?
X'inhi r-raġuni li d-Dipartiment tal-Artijiet irid jieħu lura l-boat shelters li hemm fit-telgħa ta' San Xmun, Xlendi, Għawdex biex iwaqqagħhom bl-iskuża li jrid jwessa' t-triq? Jaf l-Ministru li dawn il-boat shelters huma antiki u jifformaw parti mill-istorja tal-bajja tax-Xlendi, Għawdex? Jista' l-Ministru jikkonferma li t-twessigħ tat-triq hija biss skuża peress li fir-realtà t-triq ma tistax titwessa' kif inhi imma li dawn il-boat shelters sejrin jitwaqqgħu biex jibbenefika żviluppatur li sejjer jibni hemm u l-istess dipartiment sejjer jagħmillu l-faċċata tiegħu fuq it-triq?
Response (FENECH, TONIO)
Tajjeb illi l-Onorevoli Interpellant ikun jaf illi l-ordni u l-esproprjazzjoni saret mill-
Gvern ta’ dak iż-żmien fl-1997.
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni bħalissa qiegħda f’idejn il-MEPA.
Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal ix-xogħol ta’ assessjar u evalwazzjoni interni li kellu jagħmel l-MCAST biex ikun jaf x’inhuma r-rati ta’ drop outs u ta’ retention kors b’kors, istitut b’istitut?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-MCAST għandha diversi indikazzjonijiet dwar kemm studenti jibqgħu u jagħmlu progress minn programm għall-ieħor matul dawn l-aħħar tmien snin. Bħalissa qed ikompli jistħarreġ din ir-riċerka permezz ta’ ġbir aktar dettaljat ta’ statistika sabiex filwaqt li jkun assigurat li l-ebda student ma jintilef bla ħtieġa, tara li l-bidliet neċessarji fil-korsijiet tagħha jitwettqu mingħajr dewmien sabiex aktar studenti jkunu jistgħu jkomplu t-tagħlim u t-taħriġ vokazzjonali tagħhom mingħajr tbatija u bl-għajnuna meħtieġa sabiex jintlaħaq dan il-għan.
Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal ix-xogħol tal-MCAST biex studenti jkunu jistgħu jieħdu korsijiet jew partijiet rilevanti minn korsijiet f’istituti differenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li minn Settembru tas-sena 2008, l-MCAST beda joffri l-Foundation Certificate f’forma riveduta sabiex issaħħaħ il-possibilta’ għall-istudenti kollha li jiksbu l-livell bażiku neċessarju fil-Key Skills (Ingliż, Matematika, Malti, Personal Development u IT) u fil-Vocational Practice inizjali, ħalli imbagħad ikunu jistgħu jimxu għal Istitut ieħor skond dak li huma jħossu jkun l-aħjar għall-futur tagħhom.
Diġa’ l-istudenti qegħdin jiġu offruti partijiet rilevanti minn korsijiet f’istituti differenti u hemm saħansitra kors li huwa offrut bejn żewġt istituti differenti.
Tista' l-Ministru tgħid f’liema korsijiet ta’ liema istituti l-istudenti qed jigu esposti għal tagħlim dwar entrepreunership? Dan it-tagħlim qed isir b’mod teoretiku biss jew qed ikollhom okkażjonijiet ta’ esperjenza f’dan il-qasam u fil-kaz li iva, b’liema mod?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-ħiliet ta’ l-entrepreneurship qed jiġu indirizzati fil-livell sekondarju billi dawk l-istudenti li jagħżlu li jistudjaw il-Business Studies ikollhom taħriġ tejoretiku dwar l-entrepreneurship.
Permezz tal-programm ‘
Scoops Co-Operation
’, li jinvolvi żgħażagħ ta’ bejn tnax u erbatax-il sena, l-istudenti jitgħallmu dwar l-
entrepreneurship
, iwaqqfu koperattiva u jirriċerkaw is-suq, kif ukoll jiddisinjaw, jipproduċu u jimmarkitjaw prodott.
Fis-suġġett tat-Teknoloġija wkoll, l-istudenti jfasslu u jiddisinjaw prodotti.
L-istudenti jitgħallmu wkoll dwar l-
entrepreneurship
permezz ta’ żjarat li jsiru f’diversi azjendi w’industriji.
Il-ħiliet ta’ l-
entrepreneurship
qed jiġu indirizzati fil-livell primarju permezz ta’ tagħlim fil-klassi iżda mhux speċifikament f’suġġett li jismu entrepreneurship. Ċertu ħiliet, per eżempju l-importanza ta’ l-ippjanar, jiġu ttrattati f’diversi suġġetti. Fit-Teknoloġija, l-innovazzjoni u l-
entrepreneurship
jiġu ttrattati b’mod prattiku.
Mis-sena akkademika 2007-2008, l-Universita’ ta’ Malta qed tagħti l-opportunita’ lil kull student universitarju biex jitħarreġ fl-entrepreneurship bil-għajnuna tal-proġett DegreePlus.
Fil-fatt, DegreePlus għandha stream fl-entrepreneurship li tikkonsisti minn taħdidiet u esperjenzi prattiċi minn nies fil-kummerċ jew professjoni partikolari, li flimkien joffru firxa ta’ esperjenzi prattiċi lill-parteċipanti. DegreePlus hija inizjattiva mill-Universita’ bl-għan li toffri esperjenzi u suġġetti prattiċi lil hinn minn dawk li l-istudenti jkunu qegħdin jistudjaw fil-kors tagħhom. Dawn l-istreams mhumiex parti minn xi kors partikolari, ma jiġux assessjati b’mod formali, u huma miftuħin għal kull student tal-Universita’.
Barra minn hekk, hemm fakultajiet li joffru units fl-entrepreneurship li huma parti integrali mill-korsijiet universitarji tagħhom. L-entrepreneurship jiġi mgħallem fil-ħafna aspetti tiegħu fil-korsijiet tal-Fakulta’ ta’ l-Ekonomija, Management u Accountancy. Il-Fakulta’ tax-Xjenza wkoll toffri unit ta’ għaxar ECTS (European Credit Transfer System) fl-aħħar sena tal-kors BSc (Hons), li l-iskop prinċipali tiegħu hu li jgħin lill-istudenti tax-xjenza biex jakkwistaw ħiliet fl-entrepreneurship li jippreparawhom aħjar għall-karriera professjonali tagħhom ta’ xjentisti. Aspett importanti tal-assessjar ta’ dan il-unit huwa proġett żgħir fejn studenti jipproponu kif idea xjentifika tista’ tiġi mibdula f’business proposal.
L-Istitut Edward de Bono għat-tfassil u l-Iżvilupp tal-Ħsieb joffri unit obbligatorju ta’ tmien ECTS għal dawk l-istudenti fil-kors tal-BSc Hons Computer Science u li għażlu ‘Creativity and entrepreneurship’ bħala qasam ta’ studju sekondarju.
L-Istitut joffri wkoll unit obbligatorju ta’ tmien ECTS fl-‘Entrepreneurship: Innovation and Foresight in Practice’ għall-istudenti li rreġistraw fil-kors tal-‘Master in Creativity and Innovation.
L-Istitut ta’ l-Informazzjoni tat-Teknoloġija u l-Komunikazzjoni ġewwa l-MCAST joffri kors f’Entrepreneurship. Dan il-kors jikkonsisti f’102 siegħa fuq medda ta’ sena u jiġi offrut lill-istudenti kollha li qed isegwu l-kors tan-National Diploma. Dan il-kors, li hu wieħed teoretiku, ġie mfassal flimkien mal-Malta Enterprise. Qagħdna attenti li l-
case
studies
jirreferu għas-suġġett.
Fil-każ ta’ Istituti l-oħra l-Entrepreneurship jiġi mgħallem b’mod intrakurrikulari. Dan għandu jiġi msaħħaħ matul is-sena d-dieħla bl-estensjoni ta’ l-Entrepreneurship fil-ħiliet addizzjonali li jiffurmaw parti integrali tal-kurrikulu rivedut.
Fil-kors tal-Higher Diploma in Hospitality and Tourism Studies kif ukoll fil-kors tad-Diploma in Hotel Operations, l-istudenti ta’ l-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi huma esposti għal tagħlim dwar entrepreneurship fil-modules ‘Principles and Practices of Management’ fit-tieni sena kif ukoll fil-
Management
Modules
tar-raba’ sena bħal
Marketing Management
,
Hospitality Management
,
Financial Management
u
Human
Resources Management
. Barra minn hekk l-istudenti tar-raba’ sena fil-
Hospitality and
Tourism Studies
jkunu introdotti għall-metodi u teknoloġiji meħtieġa sabiex titwaqqaf azjenda elettronika permezz ta’ l-internet. Dawn l-istudenti jippreparaw ukoll ‘
Integrated
Project’
li fih elementi prattiċi ta’ entrepreneurship.
Tista' l-Ministru tgħid x’inhi l-evalwazzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi, tal-bureau amministrattiv u tal-kunsill tal-istituti dwar fejn wasal s’issa fit-twettieq tal-pjan strategiku tal-MCAST li tħabbar fis-6 ta’ Dicembru 2006? Kemm iħossu li wettaq minn dan il-pjan? Fejn waqgħu lura? Xi bzonnijiet ta’ modifikazzjoni għandu bżonn il-pjan fid-dawl tal-esperjenza tas-sentejn li għaddew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Pjan Strateġiku ta’ l-MCAST 2007-2009 joffri viżjoni, filosofija, valuri u missjoni b’objettivi partikulari għall-istituzzjoni li qed jigu implimentati fi proċess kontinwu matul medda ta’ snin. L-MCAST qed joffri varjeta’ kbira ta’ korsijiet, full-time u part-time, kemm lil żgħażagħ kif wkoll lil adulti f’ambjent inklussiv li jwassalhom biex jakkwistaw għerf (knowledge), kompetenzi u ħiliet għal opportunitajiet ta’ aktar xogħol u xoghol aħjar.
Kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dettaljat ta’ l-iżviluppi ewlenin li għamel l-MCAST matul il-ftit snin li ilu mwaqqaf. Dan ir-rapport jindika wkoll fejn l-MCAST jixtieq imur u kif jeħtieġ jaħdem biex jilħaq dejjem aktar u aħjar l-għanijiet tiegħu.
Il-Bord tal-Gvernaturi sodisfatt b’dak li twettaq s’issa mill-MCAST biex mhux biss joffri opportunitajiet liż-żgħażagħ u lill-adulti rotta alternattiva serja fil-livelli post-sekondarju u terzjarju, iżda wkoll biex jissapportja l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Il-Bord tal-Gvernturi jsegwi mill-qrib ix-xogħol ta’ l-MCAST u jidhirlu li l-Pjan Strateġiku 2007-2009 mhux biss għadu validu ħafna, iżda jibqa validu biex joffri bażi soda għall-iżvilupp ta’ l-edukazzjoni u taħrig vokazzjonali u professjonali f’pajjiżna matul is-snin li ġejjin.
Tista' l-Ministru tgħid x’mekkanizmi interni u esterni ta’ quality assurance għandu l-MCAST biex jiżgura li l-korsijiet tiegħu qed ikunu effettivi u ta’ kwalità għolja? B’liema mod dawn il-mekkanizmi qed jintużaw ukoll biex isir audit serju tal-private training providers li jipprovdu korsijiet b’kuntratt mal-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-MCAST iħaddan mekkaniżmi ta’ quality assurance ta’ diversi bordijiet, li huma parti integrali u preskrittivi għal kull programm li l-MCAST joffri lill-istudenti tiegħu f’kull livell. Dawn il-mekkaniżmi jinkludu lill-Edexcel BTEC, lis-City & Guilds, l-AAT, l-ITEC, il-MATSEC u mekkaniżmi oħra bħal dak ta’ internal verifiers u external examiners li l-MCAST japplika għall-istituti kollha tiegħu, inkluż il-Private Training Providers tal-ICT.
MCAST — Tmexxija amministrattiva tajba u effiċjenti
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’tisħiħ tħoss li għad għandu bzonn jagħmel l-MCAST u f’liema oqsma biex ikollu tmexxija amministrattiva tajba u effiċjenti? Meta se jsir dan it-tisħiħ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-MCAST kontinwament janalizza s-sistema amministrattiva tiegħu u jsaħħaħa skond il-ħtieġa ta’ l-operat u fil-parametri tar-riżorsi li għandu.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tipika tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali u l-gvern li permezz tiegħu s-sidien kellhom jingħataw il-proprjetà tagħhom b'ċens u huma joħorġu l-flus għall-iżvilupp tal-proprjetà tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta’ erba’ konvenji tipiċi li ġew iffirmati bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja ta’ Ta’ Qali u l-Gvern.