Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Nefqa kapitali f'Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa kapitali f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-2008 tal-entitajiet Governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid din in-nefqa f’Għawdex kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa totali tal-istess entitajiet? Jista’ jagħti l-istess tagħrif dwar in-nefqa rikorrenti? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub skond l-entità?
Response (FENECH, TONIO)
Ma narax il-ħtiega li nuża r-riżorsi umani limitati li għandna sabiex niġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant peress li din trid ammont kbir ta’ ħin sabiex tinġabar. Jekk l-Onoroevoli Membru jixtieq xi informazzjoni dwar xi proġett partikolari, m'għandix diffikultà li niġborlu d-dettalji.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6664 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali minn kontributuri residenti f'Għawdex kull sena mill-1999 'l hawn? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond il-klassi tal-kontribuzzjonijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Peress li biex tinġabar din l-informazzjoni jinvolvi ħafna xogħol u ħin, it-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6880,6502, 5924, 5715, 5470 u 5293 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali, distributorji u lokali li hu ppjannat li jsir xogħol fuqhom matul din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6879, 6500, 6052, 5832 u 5585 u jagħti lista ta' ażjendi li llum qegħdin joperaw fil-Villaġġ tas-Snajja ta' Ta' Qali?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod jistgħu pazjenti li huma home-bound minħabba mard serju, tingħatalhom il-possibiltà li jittieħdilhom kampjun ta' demm ġo darhom meta dan ikollu jsir repetutament bħal fl-każ ta' INR?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6894 u jgħid għal kemm jammonta l-infiq fuq is-servizzi tas-saħħa bħala persentaġġ tal-Gross Domestic Product?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jghid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi nstabu ħatja?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Spetturi ta' l-Ambjent
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid sena b’sena mill-2002 sa l-2008 kemm kien hemm Spetturi ta’ l-Ambjent impjegati ma' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Mingħajr ma fl-ebda mod nipprova nitfa xi dell fuq il-ħiliet, il-kompetenzi u l-integrità tal-persuna kkonċernata, iħoss l-Prim Ministru li hemm bzonn kjarifika pubblika għaliex hu ħatar bħala Chairman tal-iStrategic Environment Assessment Audit Team kif ipprovdut mill iskeda 6 tal-LN 418/05 (bil-ghan li dan il-kumitat jservi bhala l-awtorità kompetenti biex jiddeciedi fejn u jekk SEA tkunx meħtiega kif wkoll sabiex jimmaniggja il-process sħiħ tal-SEA) l-istess persuna li kienet il-lead writer tal-abbozz riċenti tal WASTE MANAGEMENT STRATEGY li ser jkun soġġett għall-SEA u b'rizultat ta' dan ic-Chairman tal-SEA Audit Team ser jispicca jimmaniġġja process dwar dokument strategiku li ħejja huwa stess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija tat ir-riżenja tagħha mill-kariga li kienet tokkupa fi ħdan l-iStrategy Team li fassal l-abbozz ta’ konsultazzjoni dwar l-ewwel reviżjoni ta’ l-iStrateġija għall-iMmaniġjar ta’ l-iSkart u li issa ma għandha l-ebda involvement f’dan il-proċess.
Tajjeb ukoll li wieħed jikkjarifika li huwa l-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali li qiegħed imexxi kemm il-proċess ta’ konsultazzjoni kif ukoll dak ta’ l-SEA u li dan il-Ministeru diġà qabbad konsulenti privati biex iħejju l-istudji li huma neċessarji biex isir l-i
Strategic Environmental Assessment
.
Nixtieq ngħid ukoll li d-deċiżjoni li għandu jsir SEA fuq ir-reviżjoni ta’ l-iStrateġija dwar l-iMmaniġjar ta’ l-iSkart saret mill-SEA Audit Team taħt dan l-istess Chairman.
offerti għall-manutenzjoni ġenerali u xogħlijiet ta' tiswija f'diversi oqsma industrijali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti għall-manutenzjoni ġenerali u xogħlijiet ta' tiswija f'diversi oqsma industrijali u dan skont avviż maħruġ fil-Gazzetta tal-Gvern? Min applika u kemm kienet kull offerta? Jista' jgħid ukoll min intagħżel biex jagħmel dan ix-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jiċċara l-mistoqsija tiegħu u cioe` għal liema avviż qed jirreferi.
Peress li l-figura ta’ €417 miljun għall-ewwel 9 xhur tas-sena li għaddiet issemmiet mill-Prim Ministru f’diskors pubbliku li huwa għamel, jista’ l-Ministru jgħid minn fejn ġiet din il-figura u ġentilment iwieġeb mistoqsija parlamentari 6589 dwar investiment barrani?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ċifri għandu l-Bank Ċentrali ta’ Malta għas-sena 2008 fejn jidħol l-investiment barrani u jagħti wkoll id-dettalji ta’ fiex jikkonsisti dan l-investiment?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
offerti għall-provvista u stallazzjoni ta' xogħlijiet tal-aluminju
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti għall-provvista u stallazzjoni ta' xogħlijiet tal-aluminju fil-fabbrika li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ġewwa Ħal Far kif ukoll fuq xogħlijiet ta' bini fuq ġewwa u fuq barra fil-fabbriki f'diversi oqsma industrijali u dan skont avviż maħuġ fil-Gazzetta tal-Gvern? Min applika u kemm kienet kull offerta? Jista' jgħid ukoll min intagħżel biex jagħmel dan ix-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Diskussjonijiet Bejn Malta u Brażil — Kumpanniji li joperaw fiż-żewġ pajjiżi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6590 u jgħid x’ġie diskuss ma’ delegazzjoni Brażiljana li xi ftit tal-jiem ilu kienet f'pajjizna? Jista’ jgħid jekk hemmx prospetti pożittivi għall-ħidma bejn Malta u l-Brażil u kumpanniji rispettivi li joperaw fiż-żewġ pajjiżi?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6871, 5732, 5337, 4812 u 3539 u jgħid kemm huwa stmat li t-tneħħija tal-capping fuq dawl u ilma se tiswa lill-industrija globalment f'sena waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6953, 6832 u 6569 u jgħid meta ser tiġi deċiża l-policy tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi dwar feed-in tariffs? Dawn se jkunu preferenzjali jew 1 : 1?
Hemm xi ħsieb li 'l quddiem titfassal feed-in tariff anke għall-intraprendituri barranin jew Maltin li jistgħu jitħajru jipproduċu enerġija alternattiva għas-suq lokali?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6906, 6738 u 6548 u jgħid fiex wasal l-istormwater master plan? Jista' jgħid jekk dan il-pjan hux ser jindirizza l-aspett tal-flood relief u hux ser jipprovdi ammont sostanzjali ta’ storm water għal re-use fix-xhur tas-sajf meta l-aktar ikun meħtieġ?
X’inhu l-istorage capacity ppjanat tal-istorm water infrastructure? Meta ser jigi ppubblikat il-pjan nazzjonali dwar l-ilma? Kemm implimentajna s’issa mill-European Union Water Framework Directive?
dokument strateġiku dwar l-immaniġġjar tal-iskart solidu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6951, 6830, 6570 u cioè: Billi l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, bħal kull Ministeru ieħor, huwa ffinanzjat minn fondi pubbliċi, jista' l-Ministru jagħtina dan it-tagħrif marbut mal-abbozz tad-dokument strateġiku dwar l-immaniġġjar tal-iskart solidu:
a) Kemm ġew jiswew individwalment ir-rapporti kkummissjonati in konnessjoni ma' dan id-dokument
strategiku i.e. breakdown dettaljat?
b) L-ismijiet tal-persuni li għamlu dan ix-xogħol ta’ konsulenza fil-kompilazzjoni ta’ dawn ir-rapporti
c) Il-kompetenzi tekniċi tal-persuni konċernati involuti fir-rapporti individwali li jissemmew fid-dokument innifsu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor interpellant illi l-abbozz għall-konsultazzjoni dwar l-aġġornament ta’ l-istrateġija għall-immaniġġar għall-iskart solidu ġie abbozzat minn kumitat appuntat apposta għal dan il-għan. L-ismijiet tal-persuni involuti huma il-Perit Kevin Gatt bħala Chairperson kif ukoll l-Profs. Alfred Vella, is-Sur Kevin Mercieca u Dr Chris Ciantar bħala membri.
Kumitat relatat mal-abbozzar ta’ din l-istrateġija huwa l-
Waste to Energy Working Group
. Dan kien kien magħmul mill-Perit Kevin Gatt bħala
Chairperson,
l-Inġ. Alex Tranter, Inġ. Paul Cardona, Dr. Chris Ciantar, Dr. Natalino Fenech u l-Inġ. John Pace.
Kumitat ieħor relatat ma l-istrateġija huwa l-
Clinical Waste Waste Working Group
. Dan kien magħmul mill-Perit Kevin Gatt bħala
Chairperson
u l-membri kienu Dr Michael Borg, u s-Sur Dennis Grech, Dr Chris Ciantar u s-Sur Colin Calleja.
Ma kien hemm l-ebda ħlas għax-xogħol imwettaq minn dawn it-tliet kumitati imsemmija.
Rigward l-
Agricultural Waste Management Plan
imħejji mill-Kumpanija Sustech Consulting, sar ħlas ta’ €148,850.45
Il-kompetenzi tan-nies involuti jvarjaw minn periti, inġinieri, xjentisti u ambjentalisti sa dawk relatati mas-servizz tas-saħħa.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7068, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-205 li rrefera għalihom fit-tweġiba tiegħu għadhom jaħdmu llum? X’inhu x-xogħol tagħhom, full-time jew part-time?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li mill-205 studenti li kienu sabu xogħol qabel ma’ ggradwaw f’Novembru 2008, 125 minnhom għadhom jaħdmu sal-llum. Minn dawn 96 huma impjegati full time filwaqt li 29 huma impjegati part time.
Għawdex — Business Centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jitwaqqaf business centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuqu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru 7069.