Legislature:
Category:
Reset
Active:

tfal li għamlu l-eżami tal-MATSEC — informazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid: Kemm kien hemm tfal, bniet u subien, tas-Secondary Schools li spiċċaw il-form 5 fis-sena 2008? Kemm minnhom, bniet u subien, qagħdu għall-ezami tal-MATSEC? Kemm minnhom, bniet u subien, ġabu eżami wieħed, tnejn, tliet, erba', ħamsa jew iktar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Triq tal-Barrani — speed cameras

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6885 u 6603 u jgħid jekk aħsebx li l-maximum speed ta' 60km/h li ġie ffissat fi Triq Tal-Barrani in vista tat-twaħħil tal-ispeed camers hu baxx wisq? Kemm inħarġu ċitazzjonijiet minn din l-ispeed camera s'issa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7152 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liġi il-ġdida fuq it-turiżmu

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6883 u 6607 u jikkonsidra li jabolixxi t-taxxa l-ġdida li mill-1 ta' Jannar 2010 kull turist iħallas €0.50 għal kull lejl li joqgħod Malta? Jista' jgħid jekk jikkonsidrax ukoll li jerġa' jiftaħ l-uffiċini tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta barra minn Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6607.
Leg 11 PQ #7153 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Young People's Unit

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6882 u 6604 u jindika kemm kien l-ammont ta' residenti fil-Young People’s Unit tal-Isptar Monte Carmeli xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar, 2007 sal-lum, bl-etajiet rispettivi tal-pazjenti? X'għandu xi jgħid għall-allegazzjoni li fil-Young People’s Unit kien hemm żgħażagħ li fil-fatt m'għandhomx problemi mentali?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li fil-Young People’s Unit iddaħħlu biss żgħażagħ li fil-fatt għandhom problemi ta' saħħa mentali kif definit fl-International Classification of Diseases tal-WHO. It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #7154 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Clubs tal-futbol Ingliż

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6911 u jgħid jekk kienx hemm avviċinamenti minn clubs tal-futbol Ingliż apparti x-Sheffield United biex l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta tisponsorjahom? Kemm hu fattibbli li l-isponsorship isir ma' team tal-Premier League jew Serie A?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6911.

Korporazzjoni Enemalta — xiri ta' enerġija mingħand terzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6816, 6498 u 6056 u jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta tkunx disposta tixtri l-enerġija mingħand terzi kemm-il darba jkun hemm importaturi li jistabbilixu impjant rural għal-mogħdija tal-elettriku f'Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Iva sakemm il-prezz ikun konvenjenti.

Sightseeing Tour – North Route — mapep ma jaqblux u lokalitajiet mhux inklu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6878 u jispjega kif is-‘Sightseeing Tour – North Route’ li qed tiġi operata llum u li l-mappa tagħha qiegħda mpinġija fuq il-brochure tal-kumpannija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hi differenti mis-Sightseeing Tour – North Route Map li hemm iffirmata w inkluża fil-kuntratt u ma tinkludix in-naħat tal-Mellieħa u l-Għadira?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru 7076.

servizz ta' sightseeing — spot checks

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6877 u jgħid jekk l-uffiċjali ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport humiex qed jagħmlu spot checks matul il-jum biex jaraw li s-servizz ta' sightseeing qed jingħata kif suppost minn fuq kull stage?

Response (GATT, AUSTIN)

Iva.

open top buses — ħinjiet tas-servizz

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6876 u jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tar-rotta msejħa ‘Malta By Night’ li qed tinħadem mill-operatur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li qed tiġi riklamata fuq il-brochure u fuq open top buses ta’ l-istess operatur? Jista’ jagħti raġuni għala l-ħinjiet li qed jirriklama l-operatur fuq l-istess brochure li ġie approvat mill-Awtorità dwar it-Trasport m’humiex l-istess ħinjiet li ġie marbut bihom fil-kuntratt kemm fuq ir-rotta tan- North u dik tas- South ta' Malta? Jista’ jagħti raġuni għala l-operatur qed joffri servizz anqas ta’ ħinjiet fil-Ħdud u l-festi pubbliċi minn dawk li ġie marbut bihom fil-kuntratt? Jista’ jagħti raġuni għala fil-ġranet tax-xita s-servizz ma joperax?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru 7076.

Sightseeing Bus – Cruise Special — rotta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6875 u jikkonferma jekk jafx illi din ir-rotta tas-‘Sightseeing Bus – Cruise Special’ li titlaq min fuq l-istage tal-Viset, tieqaf San Anton Gardens għar-ritratti, tmur Ta’ Qali Crafts Village tniżżel in-nies fejn il-ħwienet tal-glass blowing u l-istess driver jagħti 20 minuta ċans lill-passiġġieri biex jieqfu jixtru, jistennihom u wara jitlaq lejn il-Knisja tal-Mosta u jaqbad it-triq lejn l-Imdina fejn iwaqqafhom fuq il-loop stopping point? Ix-xufier javża lill-klijenti li għandhom nofs siegħa u wara l-istess xufier jerġa' jiġbor l-istess klijenti u jerġaż jinżel lura lejn il-Viset?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru 7076.

Ħ'Attard — Qasam Industrijali - tiswijja fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu rranġati t-toroq fil-Qasam Industrijali f'Ħ'Attard għax jinstabu fi stat ħażin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-present il-Malta Industrial Parks Limited qegħdin jippreparaw pjan ta’upgrading għall-Qasam Industrijali ta’ H’Attard.

Għadira — proġett tal-bypass

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6721, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti sottomessi lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mal-applikazzjonijiet li saru għat-triq ta' l-Għadira?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir sforz sabiex mediċini importati mill-Gvern biss, ma jispiċċawx out of stock b'mod partikolari fil-każ ta' mediċini li jintużaw għal mard serji bħal fil-każ tal-mediċina Azathioprine li bħalissa qiegħda out of stock?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

ħaddiema li jaħdmu għar-rashom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom f'pajjiżna? Jista' jingħata breakdown skont: a) l-età tal-persuni? b) in-nazzjonalità tal-persuni? ċ) is-settur partikolari?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

qasam tal-manifattura — informazzjoni fuq ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-qasam tal-manifattura x'inhi l-medja tan-numru ta' siegħat tax-xogħol fil-ġimgħa, settur b'settur bħalissa? Kemm jirriżulta li hemm ħaddiema fuq leave bla ħlas fl-istess qasam, settur b'settur kif ukoll fil-qasam tal-industrija tal-kostruzzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

qasam tal-manifattura u kostruzzjoni — informazzjoni fuq ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intilfu impiegi xahar b'xahar f'dawn l-aħħar sitt xhur fl-oqsma tal-manifattura settur b'settur, kif ukoll fil-qasam tal-kostruzzjoni? Kemm minn dawn kienu jaħdmu part time u b'kuntratt temporanju separatament? Jista' jingħata breakdown skont: a) l-età tal-persuni? b) l-iskills tal-persuni? ċ) in-nazzjonalità tal-persuni? d) kemm kienu refuġjati?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7207 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Nefqa kapitali f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa kapitali f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-2008 tal-entitajiet Governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid din in-nefqa f’Għawdex kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa totali tal-istess entitajiet? Jista’ jagħti l-istess tagħrif dwar in-nefqa rikorrenti? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skond l-entità?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ma narax il-ħtieġa li nuża r-risorsi umani limitati li għandna sabiex niġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant peress li din trid ammont kbir ta' ħin sabiex tinġabar. Jekk l-Onorevoli Membru jixtieq informazzjoni dwar xi proġett partikolari, m'għandiex diffikulta' li niġborlu d-dettalji.

Għawdex — taxxi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6668 u jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern minn Għawdex maqsum f'taxxi diretti (taxxa tad-dħul u sigurtà soċjali), taxxi indiretti (VAT, Dwana eċċ) u dħul mhux minn taxxi kull sena mill-1999 'l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7209 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Nefqa kapitali f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa kapitali f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-2008 tal-entitajiet Governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid din in-nefqa f’Għawdex kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa totali tal-istess entitajiet? Jista’ jagħti l-istess tagħrif dwar in-nefqa rikorrenti? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub skond l-entità?

Response (DALLI, JOHN)

Ma narax il-ħtieġa li nuża r-riżorsi umani limitati li għandna sabiex niġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant peress li din trid ammont kbir ta` ħin sabiex tinġabar. Jekk l-Onorevoli Membru jixtieq l-informazzjoni dwar xi proġett partikolari, m'għandix diffikulta’ li niġborlu d-dettalji.

Għawdex — Kapital fiss gross

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6666 u jgħid kemm kien il-valur tal-formazzjoni ta' kapital fiss gross f'Għawdex kull sena mill-1999 'l hawn fi prezzijiet kurrenti tas-suq u fi prezzijiet kostanti?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.