Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pilloli li jidaħħlu fuq il-kartuna is-safra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iltaqa’ d-DPPM (Directorate for Pharmaceutical Policy and Monitoring) matul is-sena 2008? Liema pilloli ġew ikkonsidrati biex jidħlu fuq il-kartuna s-safra matul is-sena 2008? Kemm hemm pilloli approvati mid-DPPM u li għadhom ma daħlux fis-sistema ta’ pilloli b’xejn fuq il-kartuna s-safra?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

CDAU — baġit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuwa l-baġit tac-CDAU? Jista’ jgħid jekk kienx hemm xi talba minn dan il-unit biex jixtru toys u apparat għat-tfal matul is-sena 2008 u għadha ma ġietx milqugħa sal-lum? Jista' jgħid jekk hux beħsiebu jimplimenta dawn it-talbiet matul is-sena 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li s-CDAU m’għandux baġit specifikament allokat għalih, iżda jaqa’ taħt il-baġit ta’ l-iSptar Mater Dei. Ma jirriżultax li kien hemm talbiet minn dan il-unit biex jinxtraw toys u apparat għat tfal li ma ġewx milqugħa.

Kliniċi tal-gvern — pażjenti bi bżonnijiet u assistenza ta’ psikjatra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm raw pazjenti l-kliniċi tal-gvern li joffru servizz lil pazjenti bi bżonnijiet u assistenza ta’ psikjatra matul is-sena 2008? Kemm hemm waiting time sabiex jarak psikjatra f’waħda minn dawn il-kliniċi? Kemm huwa l-persentaġġ tal-Maltin li huma kkalkulat li jbatu minn problemi psikjatriċi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pazjenti bid-dimentia

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hawn pazjenti bid-dimentia u li jgħixu fil-komunità? Jista’ jgħid kemm huwa in-numru dawn l-pazjenti li għandhom din il-kundizzjoni u huma istituzzjonalizzati? Jista’ jgħid jekk huwiex fil-ħsieb tiegħu li jibdew jipprovdu l-kura sintomatika li hawn fis-suq?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li f'Malta hu stmat li hawn madwar 4350 persuna bid-Dimenzja. Ma hemmx studji li jħarsu lejn kemm minn dawn il-pazjenti jgħixu fil-komunita' u kemm jgħixu f'istituzzjoni. Statistika mill-Ewropa tindika li madwar 66% tal-persuni bid-dimenzja jgħixu fil-komunita'. Informat ukoll li bħalissa, id-Dipartiment tas-Saħħa qiegħda tagħmel eċerċizzju biex tiġi riveduta l-lista ta' mediċini li jittieħdu b'xejn bil-kartuna s-safra (Schedule 5). Waħda mill-mardiet proposti għal kunsiderazzjoni hija d-dimenzja.

Għawdex — San Lawrenz - applikazzjonijiet għal flats u penthouses

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess tal-applikazzjonijiet li ħarġu fil-15 ta' Novembru, 2007 għal flats u penthouses fir-raħal ta' San Lawrenz f'Għawdex?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li kien hemm biss seba’ applikazzjonijiet għal dawn il-postijiet. Il-proġett kien ser ikopri ferm iktar appartamenti. Minħabba id-domanda ferm żgħira li kien hemm, l-Awtorita’ qed taħdem fuq pjan ta’ kif tista’ takkomoda it-talba ta’ l-applikanti filwaqt li l-Awtorita’ ma tidħolx fi spejjes ta’ bini ta’ appartamenti li m’hemmx domanda għalihom.
Leg 11 PQ #6889 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsa — korsa tat-tiġrijiet taż-żwiemel - upgrade

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jeżistux pjani biex iż-żona kollha fl-inħawi tal-korsa taż-żwiemel tal-Marsa tiġi embellished u tingħata l-attenzjoni bħala żona b'aspett turistiku, aktar u aktar meta ta' kull ġimgħa operaturi tat-turisti jniżżlu coaches mimlija turisti jsegwu t-tiġrijiet taż-żwiemel f'dawn l-inħawi? L-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta qatt ikkunsidrat li tgħid biex din iż-żona tiġi upgraded biex tiġrijiet taż-żwiemel ikunu jistgħu jiġu rreklamata aktar bħala attrazzjoni oħra għat-turisti li jżuru l-pajjiż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Sa issa ż-żona fl-inħawi tal-korsa taż-żwiemel fil-Marsa mhiex fil-pjani tal-MTA bħala żona indikata għall-embellishment mil-lat turistiku. Ninsab infurmat madankollu li saru xogħolijiet ta’ upgrading fl-inħawi għal dak li jirrigwarda flood relief. Dan ix-xogħol iservi ta’ bażi siewja jekk fil-futur jiġi deċiż li ż-żona tiġi trattata mil-lat turistiku wkoll.
Leg 11 PQ #6911 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Clubs tal-futbol Ingliż

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm avviċinamenti minn clubs tal-futbol Ingliż apparti x-Sheffield United biex l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta tisponsorjahom? Kemm hu fattibbli li l-isponsorship isir ma' team tal-Premier League jew Serie A?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qabel ma sar avviċinament mix-Sheffield United, ma kien hemm ebda tim ieħor Ingliż li avviċina l-MTA għal skop ta’ sponsorizzar. Għal dak li huma timijiet tal-Premier League Ingliż jew tas-Serje A Taljana, biex wieħed jieħu l-istess tip ta’ riklamar li qed tieħu Malta permezz tal-ftehim max-Sheffield United, inkunu qed nitkellmu dwar ċifri li jilħqu l-miljuni ta’ Ewro, skond kemm huwa kkwotat it-tim. Normalment, il-prezzijiet mitluba minn timijiet ta’ din il-kwalita’ għal sponsorizzar simili huma finanzjarjament projbittivi.

Servizz ġdid ta' trasport bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6232 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-introduzzjoni ta' servizz ġdid ta' trasport bejn il-Gvern u l-kumpannija Gozo Channel li jgħaqqad l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u ċ-Ċirkewwa, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li użaw dan is-servizz xahar b'xahar minn meta beda dan is-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 2061.
Leg 11 PQ #6945 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Riforma tal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li tkun finalizzata ir-riforma tal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5996.
Leg 11 PQ #7024 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali Imġarr — Bini ta' Day Centre

Question

Billi l-Kunsill Lokali tal-Imġarr ħa l-inizjattiva biex jibni day centre, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fil-fatt il-kunsill lokali jkun mgħejjun biex ikompli jibni u forsi wkoll biex 'il quddiem jamministra l-istess binja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Niforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsill Lokali Mġarr qiegħed f’taħditiet mad-Dipartiment għall-Kura ta’ l-Anzjani biex dan ta’ l-aħħar jipprovdi servizz ta’ nurse biex tkun tista’ tassisti fiċ-Ċentru meta dan jibda jopera. Bħalissa t-taħdidiet għadhom għaddejin u għad m’hemm xejn iffinalizzat. Barra minn hekk il-Kunsill qiegħed jagħmel arranġamenti biex jikseb self mill-Bank biex ikun jista’ ikompli x-xogħolijiet f’dan iċ-Centru. Naturalment it-talba tas-self tkun trid tgħaddi mill-proċessi kollha, fosthom l-approvazzjoni tal-Ministru responsabbli għall-Gvern Lokali bi ftehim mal-Ministru tal-Finanzi.
Leg 11 PQ #7029 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Santa Luċija — Triq il-Ġnien Block 1 - rranġar

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru locks u tiġi rranġata it-tarġa tal-bieb komun ta' Block 1, Triq il-Ġnien, Santa Luċija, peress li meta jkun ir-riħ dejjem jissabbat u jidħol ħafna ħmieġ?

Response (DALLI, JOHN)

Għaddejt it-talba tal-Onorevoli Interpellant lill-Awtorita’ tad-Djar biex tinvestiga u tieħu l-azzjoni meħtieġa.
Leg 11 PQ #7030 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċumnija ta' fabbrika

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu azzjoni dwar il-fabbrika li d-dettalji dawrha qed jidhru separatament, li ċ-ċumnija tagħha qiegħda tarmi bħal trab tal-ħadid li qed ikun ta' dannu għall-ambjent u għall-karozzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7031 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuna li ma taqbadx il-paga minima

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament li ma taqbadx il-paga minima u ser tkompli taħdem, huwiex minnu li trid tħallas il-bolla xorta?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #7032 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Blue sticker

Question

Jista' l-Ministru jara li jerġa' jiġi rivedut l-każ ta' persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, li qed jitlob għat-tiġdid tal-Blue sticker peress li l-qagħda tiegħu dejjem sejra għall-agħar u s-smiegħ dejjem qiegħed jonqos?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li persuni li l-applikazzjoni tagħhom għal Blue Sticker ma tiġix aċċetata jiġu nformati li jistgħu jappellaw minn din id-deċiżjoni. Informat ukoll li l-persuna konċernata ġiet informata li tista' tagħmel dan sas-7 ta' April, 2009.
Leg 11 PQ #7033 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li jaħdmu mal-immigranti irregolari — xiri ta' t-shirt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi raġuni li dawk il-persuni li jaħdmu mal-immigranti irregolari (b'mod speċjali is-suldati) jridu jixtru minn buthom it-t-shirt tas-sajf bil-logo tad-detention service, meta dawn suppost huma maħruġa mill-Armata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi m’huwiex minnu li dawk il-persuni li jaħdmu ma’ l-immigranti irregolari (b’mod speċjali s-suldati) jridu jixtru minn buthom it-t-shirt tas-sajf bil-logo tad-detention service. Infatti, suldati u pajżana fi ħdan is-Servizz ta’ Detenzjoni kienu talbu biex fis-sajf jingħataw permess jilbsu polo-shirt bil-logo tas-Servizz ta’ Detenzjoni minflok il-flokk l-aħdar tas-suldati u l-qmis bajda tal-Uffiċjali Temporanji tas-Servizz ta’ Detenzjoni. Il-permess ingħata abbażi li xiri tal-polo-shirt imsemmi jsir fuq bażi volontarja biss.
Leg 11 PQ #7034 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Far u Ħal Safi detention centres — settijiet tat-televisions

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il sett tat-television ittieħed fid-detention centre ta' Ħal Far u Ħal Safi minn Jannar 2008 sa Marzu 2009? Kemm kienet l-ispiża totali ta' dawn is-settijiet tat-television?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma nxtraw l-ebda settijiet tat-televiżjoni fiċ-Ċentru ta’ detenzjoni ta’ Lyster u Ħal Safi bejn Jannar u Marzu 2009.
Leg 11 PQ #7095 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

l-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar u l-Awtorità Marittima ta' Malta, — srtudji fuq yacht marinas

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar ittemm l-istudji li kienet għamlet mal-Awtorità Marittima ta' Malta, dwar il-yacht marinas f'diversi inħawi ta' Malta? B'mod partikolari, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-kamra kopja tal-istudji li saru dwar il-marina tax-Xemxija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — vot finanzjarju u nefqa attwali - refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm (a) kien il-vot finanzjarju allokat u (b) in-nefqa attwali biex isir refurbishment fil-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali f'Beltissebħ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7113 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Interim From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kwestoni ta' kopji miżżewġa responsabbli mid-dixxiplina fis-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-policy li qed tiġi addottata dwar sitwazzjonijiet fejn uffiċjali għolja f’Dipartimenti jew Aġenziji tal-Gvern ikollhom żwieġhom responsabbli mid-dixxiplina fis-servizz pubbliku fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jaħseb il-Prim Ministru li dan jista’ joħloq sitwazzjonijiet mhux ġusti fil-konfront ta’ ċerti mpjegati li jinqabdu f’każ ta’ dixxiplina bejn dawn iż-żewġ uffiċjali? Jaqbel li dawn l-anomaliji għandhom jispiċċaw ħalli fuq naħa waħda ħadd ma jħossu mpotenti biex jiddefendi d-drittijiet tiegħu / tagħha u min naħa l-oħra jħossu komdu li se ssir ġustizzja miegħu f’xi każ ta’ dixxiplina? Jekk iva, x’rimedji qed jieħu biex din is-sitwazzjoni li tista’ toħloq inġustizzja tiġi eliminata? Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi l- policy li qed tigi addottata mill-Ufficju tal- Prim Ministru dwar sitwazzjonijiet fejn ufficjali gholja f’ Dipartimenti jew Agenziji tal- Gvern ikollhom zwieghom responsabbli mid- dixxiplina fis-servizz pubbliku fl-OPM? Jahsibx il-Prim Ministru li dan jista’ johloq sitwazzjonijiet mhux gusti fil-konfront ta’ certi mpjegati li jinqabdu f’ kaz ta’ dixxiplina bejn dawn iz-zewg ufficjali? Jaqbel il-PM li dawn l-anomaliji ghandhom jispiccaw halli fuq naha wahda hadd ma jhossu mpotenti biex jiddefendi d-drittijiet tieghu / taghha u min naha l-ohra jhossu komdu li se ssir gustizzja mieghu f’xi kaz ta’ dixxiplina? Jekk iva, x’ rimedji qed jiehu biex din is-sitwazzjoni li tista’ tohloq ingustizzja tigi eliminata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7114 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Interim From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każ ta' kopja li jaħdmu ma' l-uffiċju tal-Prim Ministru

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hemmx każ ta' Direttur Ġenerali li tiġi l-mara ta' wieħed mill-uffiċjali għolja fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru responsabbli għad-dixxiplina fis-servizz pubbliku? Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk bħalissa hemmx xi każi ta’ dixxiplina fi ħdan id-Diviżjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni u jekk dan l-uffiċjal huwiex inkarigat minn dawn il-każi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.