Trasferiment ta' persuna għal San Vincenz de Paule
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6929 u 6658 u jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li b'ittra tas-26 ta' Frar, 2009 ġiet trasferita mill-home tal-Imsida għar-Residenza San Vincenz de Paule għal raġunijiet għal kollox inġusti li jmorru kontra kull sens ta' dak li huwa sewwa għal żewġ raġunijiet prinċipali:
i) hija lanqas biss ingħatat raġuni għat-trasferiment;
ii) l-istess persuna kienet għamlet att ta' whistleblowing kontra żewġ persuni li jaħdmu fil-home tal-Imsida (ara l-annessi ittri Dok A u B) u minn fuq kienet hi li ġiet trasferita mill-home tal-Imsida għal San Vincenz!
Jaħseb il-Ministru li dan m'huwiex skond is-sewwa u allura l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għandha tmur lura fejn kienet?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — rapport annwali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6921 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għas-sena 2008?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6920 u jgħid kemm minn fost l-immigranti irregolari li ġew Malta fl-aħħar għaxar snin:
a) iżżewġu Malti/ija?
b) iżżewġu barrani/ja imma stabilixxew rwieħhom hawn?
ċ) jaħdmu bi qliegħ u jħallsu l-bolla u taxxa?
d) iħaddmu n-nies magħhom?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6919 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inġibdu films f'Malta sena b'sena mill-1999 sal-lum? Kemm hu prospettat li jinġibdu films fil-bqija tas-sena? X'se jkun il-budget tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Annual Report
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6986 u jgħid għaliex ir-rapport annwali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar 2008 għadu ma ġiex ippubblikat u mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? Jidhirlu li dan qed imur kontra l-legal frameworks kif ipprovdut mid-Development Planning Act li jirrigwarda financial reporting tal-awtorità?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7045 u jgħid kemm inħarġu taħrikiet fuq kontravenzjonijiet taħt LN344/05 (Littering Act) xahar b’xahar minn Jannar 2006 sa Frar 2009 maqsumin f’kemm minn dawn inħarġu mill-Gwardjani Lokali, mill-Pulizija u Inspectors tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm minn dawn it-taħrikiet ġew imħallsa mill-ewwel? Kemm minnhom ġew ikkontestati fit-tribunal lokali u t-taħrika ġiet ikkonfermata u tħallset? Kemm minn dawk li ġew ikkonfermati għadhom ma tħallsux?
Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — skema ta' rebate
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7047 u cioè: Minn mindu tħabbret l-iskema ta' rebates fuq sistemi ta' solar water heaters u sistemi fotovoltajici skond kif oriġinarjament mħabbar fil-budget, jista' jgħid seperatament bejn solar water heaters u photovoltaic panels kemm kien hemm applikazzjonijiet minn mindu ġiet fis-seħħ is-sejħa għall-applikazzjonijiet għar-rebate kif wkoll kemm minnhom ġew approvati digà mill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li kien hemm 849 applikazzjoni għal Solar Water Heaters u 221 għal Photovoltaic Panels. Ir-reġistrazzjoni ta’ dawk li jfornu t-tagħmir u l-mudelli li ser jintużaw hija avvanzata, u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-pubbliku inbeda.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7048 u cioè: Fid-dawl ta’ dak li rriżulta mil-laqgħa riċenti tal-House Social Affairs Committee dwar il-gambling outlets illegali li qed jinbtu madwar Malta kollha, jista' jieħu azzjoni flimkien mal-Ministru għall-Intern sabiex jigi żgurat li tittieħed azzjoni konkreta kontra dan l-operat illegali?
Meta se jiddeċiedi l-Gvern jekk ħwienet simili humiex legali jew le, jew għandhomx jibqgħu illegali jew le?
Għaliex qed iħallihom joperaw meta sal-lum għad m'hemm l-ebda leġislazzjoni jew regolamenti li jikkontrollaw l-operat tagħhom?
Iħoss li l-ispjega tal-Agent Chief Executive Officer tal-Lotteries and Gaming Authority li l-awtorità għandha d-dmir li toħroġ il-liċenzji meħtieġa iżda ma tistax tagħmel dan qabel ma jkun hemm legal notice biex tirregola dan in-negozju, jindika li l-Gvern jidher li jinsab miexi lejn l-aċċettazzjoni ta’dawn il-gambling outlets kollha?
X’tifhem il-Lotteries and Gaming Authority meta qed tistqarr li l-intenzjoni tagħha hi li il pożizzjoni tiġi regolarizzata kmieni kemm jista jkun? Li dawn se jibdew jitħallew joperaw f’pajjiżna bil-liċenzji li għad jridu joħorġu?
Billi intqal li l-Lotteries and Gaming Authority qed tippjana anki pjanijiet fit-tul dwar passi dwar bans fuq gaming f’internet cafes b’liema kriterju qed jigi indikat li il-Gvern jista' jimxi b’kejl differenti fejn jiffavorixxi dawn il-gambling outlets u ma jieħux l-istess passi li jistgħu jiġu kkontemplati vis-a-vis l-gaming fl-internet cafes?
Jista' jara flimkien mal-Ministru tal-Intern kemm minn dawn l-outlets qegħdin irażżnu żgħażagħ ta’ taħt il-25 sena milli jiffrekwentawhom? Huwa minnu li spiss qed ikun hemm tfal ġo fihom? Filwaqt li wieħed jifhem ir-rakkmandazzjoni tal-Kumitat li għandha tispiċċa d-distinzjoni bejn gambling outlets u amusement machines jaħseb li l-gaming outlets jirrikjedu attenzjoni aktar prijoritarjà?
Il-Gvern għandu jieħu in kunsiderazzjoni wkoll il-location ta’ dawn l-outlets li skond ma ġie żvelat f’ċerti każi jinsabu qrib ħafna ta' ċerti knejjes u skejjel?
Filwaqt li wieħed japprezza il-proposta tal-kumitat li għandu jkun hemm moniteraġġ ta’ dawn l-attivitajiet, jaħseb li flimkien mal-Ministru tal-Intern hija responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali biex jieħu passi mmedjati kontra din l-illegalità?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
programm nazzjonali ta' breast screening — lokazzjoni ġdida
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7117 u cioè: Filwaqt li wieħed jieħu nota pożittiva tad-deċiżjoni tal-Gvern li sa fl-aħħar ser jiġi allokat sit għaċ-ċentru minn fejn għandu jiġi mniedi l-programm nazzjonali ta' breast screening, jaħseb l-Ministru li s-sit identifikat fejn qabel kien hemm il-Bank Of Valletta taħt il-Barrakka ta’ fuq fejn hemm id-Dwana ma tantx huwa idoneju għall-inizjattiva simili bħala location għax fejn ser jkun iċ-ċentru il-ġdid ma tantx joffri privatezza għad-dħul fil-premises kif wkoll li dan ser jiġi located f’area normalment iffrekwentata mill-burdnara u cargo handlers u dan apparti problemi ta’ parking?
Għaliex il-Gvern ma addattax parti mill-ex Sptar San Luqa għal dan iċ-ċentru?
Kien hemm xi ħlas biex il-gvern akkwista il-proprjetà ikkonċernata jew din kienet ilha li ġiet f’idejn il-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li s-sit identifikat għas-servizz nazzjonali ta’ Breast Screening hu 17-18, Xatt Laskaris, il-Belt Valletta fejn qabel kien hemm fergħa ta’ l-HSBC. Il-post se jiġi refurbished estensivament u mgħammar b’dak kollu li hu meħtieġ biex jilqa’ fih il-klijenti bl-aktar mod akkoljenti. Is-sit hu wieħed centrali li jista’ jintlaħaq facilment kemm bit-trasport pubbliku u kemm bit-trasport privat. Bħalissa qed isiru wkoll diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta kif ukoll ma’ l-ADT biex tiġi mtejba kemm jista’ jkun l-accessibilità.
L-area hi frekwentata mill-pubbliku in ġenerali u mhux mill-burdnara u
cargo handlers
biss u għalhekk dan m’għandux ikun ta’ deterrent għall-pubbliku li se jagħmel użu minn dan is-servizz.
Informat ukoll li l-Breast Screening huwa servizz preventiv li jiġi offrut fil-kommunità lil nisa li huma f’saħħithom u mhux fi sptar li hu assocjat mal-kura tal-mard.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa se tkun qed tikri din il-propjetà mingħand il-Gvern għas-somma ta’ 3000 ewro fis-sena.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6956 u 6694 u jippreżenta il-log books tat-12 open top double decker bus li ġew illiċenzjati lil operatur li qed jisemma’ separatament li ngħata l-operat permezz ta' żewġ tenders biex joffri servizz skedat tas-sightseeing tour fin-North u sightseeing tour fis-South ta’ Malta?
Jista' jgħidilna liema minn dawn l-
open top buses
qed joperaw fuq ir-rotta tan-
North
u liema fuq ir-rotta tas-
South
?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Log Books ta' vetturi li huma propjeta ta' persuni privati m'humiex dokumenti pubbliċi.
Awtorita' dwar it-Trasport — Ħlas lill-kuntratturi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 6954, 6695, 6124 u 6267 u jgħid għalfejn il-kuntratturi li jaħdmu għall-Awtorità dwar it-Trasport idumu żmien twil ma jitħallsu b'detriment għall-istess kuntratturi li jkollhom pagi u materjal xi jħallsu u interessi fuq l-overdrafts? Veru li ċ-Chief Executive Officer jiffirma ċ-ċekkijiet ta' ħlas lil dawn il-kuntratturi darba fix-xahar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif saru l-ħlasijiet dawn l-aħħar xahrejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6957 u 6692 u jgħid għal kemm tammonta ċ-ċifra totali li l-Gvern idaħħal kull sena mill-magni tal-logħob li hemm allokati fl-erba' casinos li hawn f'Malta, jiġifieri gaming tax, income tax fuq il-kumpanniji, taxxi fuq il-qligħ, kontribuzzjonijiet soċjali ta' l-impjegati eċċ?
Kemm-il persuna jimpjegaw l-erba' casinos f'pajjiżna?
Jikkonferma li hawn madwar 12,000 magna tal-logħob simili għal dawk li hemm fil-casinos imxerrdin fi ħwienet tal-logħob li qegħdin jinbtu f'kull belt u raħal ta' Malta?
Il-kondizzjonijiet għall-permessi għall-ftuħ ta' casinos f'pajjiżna jinkludu sbarrament ta' l-età, biex wieħed jidħol u jilgħab irid ikun għalaq 25 sena, self barring li jorbot għall-casinos kollha, skrutinju dettaljat tal-flejjes li jidħlu u joħorġu kif ukoll preżenza ta' uffiċjali responsabbli għas-setturi tal-gambling, taxxa, eċċ. Jista' jispjega jekk l-operaturi ta' dawn il-magni tal-logħob (mhux casinos) għandhomx l-istess regolamenti?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Awtorità dwar it-trasport — servizz kif reklamat fuq brochure
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7053 u jgħid jekk l-uffiċċjali tal-Awtorità dwar it-Trasport humiex qed jagħmlu spot checks matul il-jum speċjalment fil-jiem tax-xita biex jaraw li servizz reklamat fil-brochure li qed jintbagħat separatament, kemm tar-rotta tan-North u tar-rotta tas-South tal-istess tender li dettalji dwaru qed jidhru separatament, qed jingħata kif suppost minn fuq kull stage speċjalment fil-ħin ta' fil-għodu u jekk issirx ir-rotta kollha kull darba?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7054 u jispjega għala l-prezz tat-tour kemm ta' North kif ukoll tas-South żdied minn €13.00 għal €15.00? (dokument relatat qed jintbagħat separatament)
Għawdex — produzzjoni tal-films - open air studios
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi żviluppata faċilità ta’ open air studio għall-produzzjoni tal-films f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq dan il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-Settur Pubbliku f’Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru 2008? Jista’ jaqsamhom taħt dipartimenti tal-Gvern, kumpanniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi u entitajiet/organizazzjonijiet indipendenti statutorji?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6370 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti li għalihom kien ħareġ il-permess għat-terminal taċ-Ċirkewwa? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istess pjanti kif mibdula?
Għawdex -Marsalforn Waterfront u Xlendi Waterfront — disinni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6748, tista’ l-Ministru tgħid jekk ir-riżultat tal-aġġudikazzjoni ġiex ippubblikat? Jekk fl-affermattiv, tista’ tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk fin-negattiv, għaliex għadu ma ġiex ippubblikat? Meta mistenni li jkun ippubblikat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li r-riżultati ta' l-aġġudikazzjoni tas-sottomissjonijiet għall-kompetizzjonijiet għad-disinn tal-Marsalforn Waterfront u tax-Xlendi Waterfront ġew ppubblikati u qegħda npoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6067, jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6756 u jgħid meta ġiet sottomessa applikazzjoni ġdida lill-Unjoni Ewropea għall-fondi għal dan il-proġett? Meta kienet saret l-applikazzjoni oriġinali? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-applikazzjonijiet?