Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed jitlob ħlas lura tas-sena 2005 għax kienu qalulu li dawn il-flus se jingħataw wara l-collective agreement?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant ikun iktar preċiż fil-Mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6874 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess ta’ rotta extra li qed tinħadem bla skeda meta jidħlu il-cruise liners u li qed tinħadem bl-istess open top buses li ngħatalhom il-permess biex joperaw taħt il-kundizzjonijiet tat-tenders ta’ sightseeing tours tan-North u s-South u li qed tiġi promossa bħala ‘Sightseeing Bus – Cruise Special’ bil-loop starting point ikun l-istage extra li ngħata lill-operatur fejn il-Viset?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.7076.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li Għawdex ħa kull sena mill-1999 ’l hawn mill-għajnuna finanzjarja li Malta rċeviet minn pajjiżi, istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet barranini, inklużi l-Unjoni Ewropea u l-EEA/Norway, eċċ? Jista' jgħid mil-liema pajjiż/istituzzjoni/organizzazzjoni/eċċ ġew il-fondi? X’kien is-sors tagħhom? Għal liema skop/proġett intużaw dawn il-fondi?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Nefqa kapitali f'Għawdex
Question
Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid x’kienet in-nefqa kapitali f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-2008 tal-entitajiet Governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid din in-nefqa f’Għawdex kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa totali tal-istess entitajiet? Jista’ jagħti l-istess tagħrif dwar in-nefqa rikorrenti? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub skond l-entità?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda entita governattiva li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi li għamlu xi nefqa f'Għawdex bejn l-1999 u 2008.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5177 dwar l-EU Cohesion and Structural
Funds
, jista’ l-Ministru jgħid għar-rigward il-
Gozo Related Projects
:
a) Għal xiex saru l-pagamenti lill-benefiċjarji barranin u lill-Korporazzjoni Enemalta?
b) Kemm tħallsu fondi għal konsulenzi u lil min?
ċ) Kemm tħallsu fondi għal xiri ta’ għamara, apparat, makkinarju u materjal u lil min?
d) Kemm tħallsu fondi għal kiri ta’ makkinarju u lil min?
e) Kemm tħallsu fondi għal trasport u lil min?
f) Għal liema proġetti saru l-pagamenti lill-KRAM
Joint Venture
, lill-MAC
Joint Venture
u lil C&F
and
CPI
Joint Venture
? Għal liema servizzi jew provvisti saru l-pagamenti u kemm kienu l-ammonti f’kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6881, 6504, 5926 u 5595 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tipika tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali u l-Gvern li permezz tiegħu s-sidien kellhom jingħataw il-proprjetà tagħhom b'ċens u huma joħorġu l-flus għall-iżvilupp tal-proprjetà tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5595.
Jista' l-Minsitru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta sottomessa ma' l-applikazzjoni, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Dan id-dokument huwa diġà aċċessibbli publikament.
Malta Enterprise — Ftehim mal-inkwilini tal-fabbriki
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5548, jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli jiġu konklużi t-348 letter of intent jew ittra ta' allokazzjoni ma' dawk konċernati? X'ħidma qed issir fil-preżent dwar dan?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi hemm diversi raġunijiet għaliex il-kuntratti rilevanti ma setgħux jiġu konklużi b’mod spedizju. Bħalissa qiegħed isir eżercizzju biex fejn ikun il-każ, jiġu konklużi l-kuntratti appożiti. Madankollu, dan mhux eżerċizzju faċli in vista tal-fatti li kull każ għandu l-istorja tiegħu li trid tittiehed in konsiderazzjoni qabel ma jista’ jiġi konkluż xi ftehim.
Sezzjoni tal-Vitikultura u l-Onologija — Persuni trasferiti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6908 u jgħid x'ser jiġri mis-sezzjoni tal-Vitikultura u l-Onoloġija li tinsab fl-Għammieri? Kemm hemm persuni f'din is-sezzjoni u x'se jkun il-futur tagħhom u tal-istess sezzjoni minħabba li xi persuni diġà ġew trasferiti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li sezzjoni tal-Vitikultura u l-Onoloġija fl-Għammieri qedha tiġi ristrutturata bl-iskop li din tissaħħaħ u tkun tista’ toffri servizz ta’ kwalità ogħla lill-bdiewa u lill-għassara. Il-pożizzjoni tal-erba’ uffiċjali li hemm f’din is-sezzjoni mhux maħsub li ser tkun effettwata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6873 u jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jiġix ikkonsultat dwar permessi li jinħarġu marbuta ma’ gambling u ħwienet li fetħu u qed jiftħu f’postijiet ċentrali bħal pjazez u toroq ċentrali f’diversi rħula u bliet madwar Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll teżistix xi policy marbuta ma’ dan it-tip ta’ logħob u gambling?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6990 u jgħid jekk il-persuna li mar jagħmel spezzjoni fuq il-post imsemmi sabx strutturi kemm temporanji u/jew permanenti, mibnija illegalment u mingħajr permess u dan b'periklu ċar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 7249 nixtieq ninforma lill Onorevoli Interpellant illi wara investigazzjonijiet, irriżulta li hemm xi strutturi li mid-dehra nbnew snin ilu mingħajr permess, u li fuqhom ser jinħareġ Enfocement Notice.
Tajjeb li ninforma illi l-vettura imsemmija f'PQ 5987 tneħħiet mill-post. Is-sit ser jibqa’ jkun sorveljat minn żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jgħid x'informazzjoni jonqos tinġabar, u minn fejn, sabiex tiġi mwieġba mistoqsija parlamentari 6006 u cioè: B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5723, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun qed jagħti risposta għall-mistoqsijiet dwar xogħol infrastrutturali marbut mal-proġett ta’ Smart City?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6866 u jgħid x’għajnuna ngħatat lil ażjendi li ltaqgħu ma’ diffikultajiet bħal dak li tħabbar fil-media fir-rigward tal-Kumpannija Methode? Kemm kienet l-għajnuna f’kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6866.
Jista' l-Ministru jgħid għala t-tobba fl-Isptar Mater Dei qegħdin jippreskrivu l-mediċina Xeralto meta din il-mediċina ma tinstabx fl-isptar u jkun hemm bżonn tinxtara privatament?
Skema għal Proġetti Turistiċi — fondi strutturali ewropej
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6340 li oriġinarjment saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk l-€10 miljun li ġew allokati għall-Iskema għal Proġetti Turstiċi minn fondi strutturali Ewropej hux se jibbenifikaw minnhom operaturi turistiċi Għawdxin? Jekk fl-affermattiv, liema huma l-operaturi li jistgħu jibbenefikaw?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6991, tista' l-Ministru tgħid meta oriġinarjament kien ippjanat li se jitlestew ix-xogħlijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-Letter of Offer li hija il-ftehim uffiċjali li sar fi Frar tal-2005 għall-għotja tal-Fondi Strutturali għal dan il-proġett, id-data li kienet indikata meta kellhom jitlestew it-tined protettivi kienet l-aħħar ta’ Ġunju 2008.
Ir-raġunijiet prinċipali għad-dewmien kienu:
1) l-investigazzjonijiet arkeoloġiċi u r-reviżjoni ta’ xi wħud mill-pedamenti biex jassikuraw li ma jkunx hemm impatti arkeoloġiċi.
2) il-frekwenza għolja ta’ ġranet matul l-aħħar xitwa meta x-xogħol kellu jieqaf minħabba l-maltemp.
Wieħed japprezza li f’xogħol ta’ din-natura, huwa ferm aktar importanti li x-xogħol isir bir-reqqa u bil-galbu kollu xieraq, milli li wieħed jgħaġġel u joħloq xi periklu għas-sit jew għall-ħaddiema.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — complaince certificate - applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm irċiviet applikazzjonijiet għall-complaince certificate l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (elettriku u ilma) għas-snin 2007 u 2008 kull sena separatament? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati? Kemm irċiviet l-awtorità applikazzjonijiet għas-sena 2009 sal-lum?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati konvenji matul is-snin 2007 u 2008, kull sena separatament? Kemm saru kuntratti matul l-istess snin? Kemm ġew reġistrati konvenji matul din is-sena (2009) sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ konvenji reġistrati matul is-snin 2007, 2008 u sat-23 ta’ Marzu, 2009 huwa 9,086, 7414 u 1,386 rispettivament, fil-waqt li fis-sena 2007 ġew irreġistrati 14,615 il-kuntratt u fis-sena 2008 ġew irreġistrati 12,173.