Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandu l-MCAST biex isaħħaħ l-istrutturi meħtieġa biex ikun jista’ jieħu sehem sħiħ fil-programmi differenti ta’ finanzjar tal-Unjoni Ewropea?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-MCAST għandu storja ta’ suċċessi kbar fil-qasam ta’ benefiċċji miksuba minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropeja kemm fil-ksib ta’ makkinarju, faċilitajiet, skambji ta’ studenti u taħriġ ta’ għalliema u ħaddiema tiegħu. It-tisħiħ tat-taqsima tal-International Programmes Office, il-ħatra ta’ persuna sabiex tkun il-link bejn istituti individwali u dan l-uffiċċju, kif wkoll it-twessiegħ kontinwu tal-kuntatti ma’ istituzzjonijiet li lesti jikkollaboraw bi sħab fi programmi koperti mill-Unjoni Ewropeja huma passi konkreti sabiex il-frott miksub minn dawn il-fondi jkompli jikber u jissaħħaħ f’kull Istitut tal-MCAST.
Twaqqaf wkoll
fund-hunting team
li l-għan tiegħu huwa li jattira fondi u li joffri
support
lill-Istituti fl-applikazzjonijiet għal fondi ta’ riċerka u nfrastruttura.
Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm studenti tal-MCAST li ħadu sehem fil-Euro Skills Competition? Jekk iva, x’kienu r-riżultati u jekk le meta se jieħdu sehem?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-istudenti tal-MCAST ħadu sehem fil-Euro Skills Competition u rebħu 3 medalji tal-fidda.
Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li jitwaqqaf unit ta’ awditjar indipendenti dwar il-finanzi fl-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-accounts ta’ l-MCAST huma vverifikati minn ditta ta’ awdituri indipendenti kull sena. Il-kontrollur finanzjarju u l-kap ewlieni tal-amministrazzjoni jaraw li kull ma jintefaq huwa ġġustifikat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kellna studenti tal-MCAST li s’issa marru jkomplu l-istudju tagħhom f’xi universita` barranija skond il-ftehim li l-MCAST għandu ma’ dawn l-universitajiet barranin? F’liema qasam?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-MCAST m’għandux din it-tip ta’ informazzjoni. Studenti li jagħżlu li jkomplu l-istudji tagħhom f’xi Universita’ barranija m’humiex obbligati li jinfurmaw l-MCAST b’dan.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Xiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Ta' liema marka, x'tip kienu u kemm qamu?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' ażjendi li llum qegħdin joperaw fil-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħat li ġejjin, uffiċjali mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, flimkien ma’ uffiċjali oħra mill-MIP, ser ikunu qed jagħtu bidu għal eżerċizzju, sabiex jiġi stabbilit in-numru eżatt u min huma l-ażjendi li llum għad għandhom id-dritt li joperaw mill-villaġġi tas-snajja ta’ Ta’ Qali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li tiġi rranġata s-sitwazzjoni tal-pensjoni tal-Pulizija, biex din ukoll tibda tiżdied skond l-inflazzjoni u l-għoli tal-ħajja?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kull pensjoni tat-Teżor tinħadem fuq l-aħħar paga li jkollha l-persuna qabel ma tirtira mis-servizz, jew mill-korp. Dan huwa stabbilit bil-liġi u għaldaqstant kull tibdil irid isir b'emendi strutturali fil-leġislazzjoni.
Meta persuna tirtira mis-servizz din tibqa’ tieħu l-istess pensjoni tat-Teżor għal dejjem. Meta din il-persuna tilħaq l-eta ta’ 61 sena, din tibda tirċievi wkoll il-pensjoni tas-sigurta' soċjali. Iż-żiediet tal-għoli tal-ħajja normalment dejjem jingħataw mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali mal-pensjoni tagħhom.
Diskussjonijiet Bejn Malta u Brażil — Kumpanniji li joperaw fiż-żewġ pajjiżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’ġie diskuss ma’ delegazzjoni Brażiljana li xi ftit tal-jiem ilu kienet f'pajjizna? Jista’ jgħid jekk hemmx prospetti pożittivi għall-ħidma bejn Malta u l-Brażil u kumpanniji rispettivi li joperaw fiż-żewġ pajjiżi?
Response (FENECH, TONIO)
Id-Delegazjoni Brażiljana żaret Malta bħala parti mill-progamm ta’ l-Unjoni Ewropeja illi jgħati ċ-ċans sabiex jitkabbru ir-relazjonijiet bejn il-pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropeja u dawk tal-Amerika Latina.
Id-delegazzjoni mill-Gvern Brażiljan kienet tikkonsisti minn Ministri tal-Ekonomija, Kummerċ u Industrija. Dawn iltaqgħu ma’ diversi entitajiet Maltin inkluż miegħi bħala l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.
l-aġenda prinċipali tad-diskussjonijiet kienet tikkonsiti dwar it-tisħiħ tar-relazjonijiet kummerċjali, inkluż il-possibiltà ta’ Trattati dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja u ta’ Protezjoni ta’ Investiment. Dan kollu jwassal għal strutturi stabbiliti li jiffaċilitaw investiment bejn iż-żewġ naħat u skambju aħjar ta’ kummerċ.
Jista' l-Ministru jiddikjara jekk il-ħlas hekk imsejjaħ late payment fee li kumpannija tiċċarġja fuq kontijiet li ma jitħallsux fi żmien tlett ijiem li jiġu rċevuti, liema pagament ġieli jkun daqs jew akbar mill-ammont dovut hux legalment korrett u ġust? Jaħseb li dan l-aġir huwa forma ta' użura?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob l-Onor. Interpellant sabiex jindika għal liema kumpaniji qed jirreferi.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta jkun hemm żvilupp ta’ konstruzzjoni, fuq liema linja ta’ żvilupp joħorġu l-permessi fuq dik tal-2002, 2006 jew l-2009? Meta jingħata permess għall-iżvilupp ġdid jittieħdu inkonsiderazzjoni l-ambjent naturali tal-post? Isir environment impact assessments? Jekk mhux fuq kull proġett, fuq liema proġetti jiġi mitlub?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, applikazzjonijiet għal izvilupp jiġu deċiżi skond il-liġi tal-Ippjanar u l-Iżvilupp 2001. Jiġu wkoll ikkunsidrati l-linji gwidi Policy and Design Guidance 2007, il- Pjanijiet Lokali, l-Pjan ta’ Struttura u regolamenti oħra hekk kif stabbiliti mill-istess liġi.
Bħala aspett essenzjali tad-deċiżjoni dwar il-ħruġ jew rifjut ta' permess għall-iżvilupp, trid titqies sew il-kompatibilità o meno ta' l-iżvilupp propost ma' l-ambjent ta' madwaru. F'deċiżjonijiet li jolqtu artijiet li jinsabu fil-kampanja jew inkella li fihom xi wirt naturali ieħor importanti, jinħtieġ li mhux biss tingħata attenzjoni qawwija lill-ambjent naturali iżda wkoll lill-
policies
protettivi u lir-restrizzjonijiet legali relevanti, tant li (skond il-merti tal-każ) permess ma jinħariġx jew inkella jinħareġ b'kundizzjonijiet u limitazzjonijiet xierqa.
Tista' tkun meħtieġa wkoll valutazzjoni ta' l-impatt ambjentali (
environment impact assessment
- EIA) jew studji oħra tekniċi, bħala parti mill-istess proċess. Il-kriterji dwar liema proġetti jeħtieġu EIA huma stabbiliti fl-Avviż Legali 114 ta' l-2007, b'mod partikolari fl-elenku li jinsab fl-aħħar parti ta' l-istess avviż legali.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm skejjel madwar Malta u Għawdex? Kemm hija l-kapaċità ta' kull skola? Kemm hemm skejjel battala jew binjiet li kienu jservu bħala skejjel u m'għadhomx jagħmlu dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħi statistika ta' kemm twieldu tfal fl-2008, fl-1998, fl-1988, fl-1978 u fl-1968? Jista jagħti l-popolazzjoni bil-gender? Jista' jgħid jekk hemmx miżuri ħalli jħajjru iktar koppji jkollhom iktar tfal fix-xhur u snin li ġejjin milli qed jkollhom illum?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il child care centre hawn f'Malta u f'Għawdex? Kemm, fejn u meta beħsiebha tibni u tiftaħ oħrajn ġodda? Tista' ssemmi dawn l-proġetti bħala post, post? Tista' tagħti d-data ta' meta sejra tkun qed topera l-child care centre ta' kull post?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposti mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari 152, 858, 2147 u 2365.
Fir-rigward ta’
childcare centres
ġodda tal-Gvern li għad iridu jinfetħu, ninforma lill-Onor Interpellant li, wara li nfetħu tlett ċentri tal-Gvern f’Ħal Luqa, Raħal Ġdid u l-Għargħur, f’din il-leġislatura l-Gvern irid jiftaħ aktar ċentri f’Malta u f’Għawdex li joffru mhux biss ħarsien imma programm edukattiv li jgħin fl-iżvilupp tal-ħiliet tagħhom. Għal din is-sena, il-Gvern alloka s-somma ta’ € 438,000 li minnhom iridu jintefqu fondi sabiex ikopru l-ispejjeż meħtieġa ħalli jitlestew ċentri li ser jinfetħu matul din is-sena, fosthom iċ-ċentri tas-Siġġiewi u ta’ Pembroke, kif wkoll oħrajn f’lokalitajiet diversi.
Jista' l-Ministru jgħid x'iniżjattivi ġodda hemm pjanati għas-sena 2009 ħalli jħajjar iktar il-mara biex tibqa' fid-dinja tax-xogħol u iktar nisa jitħajjru joħorġu f'dan is settur?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 7098.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ta' sapport jeżistu fil-prattika sabiex jagħtu sapport lil mara ħalli tkopmli fid-dinja tax-xogħol? Jista' jgħid kemm hemm nisa li qed jaħdmu mal-Gvern fuq bażi ta' flexi hours ? Jista' jgħid kemm hemm nisa li qegħdin bir-reduced hours ħalli jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Nitlob ukoll lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 7098.
Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna ngħatat lil ażjendi li ltaqgħu ma’ diffikultajiet bħal dak li tħabbar fil-media fir-rigward tal-Kumpannija Methode? Kemm kienet l-għajnuna f’kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mhux possibbli tingħata din l-informazzjoni minħabba li hi ta’ natura kummerċjali. Tajjeb li l-Onorevoli Interpellant japprezza illi dawn huma negozjati ta’ natura kummerċjali li jinvolvu informazzjoni finanzjarja sensittiva tal-pożizzjoni tal-kumpanija rispettiva, liema kumpanija ħafna drabi jkollha azzjonisti attivi.
Ħal Far u Ħal Safi — detention centre - spiża totali ta' ħsarat
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali tal-ħsarat li saru fid-detention cenres ta' Ħal Far u Ħal Safi minn Jannar 2007 sa l-aħħar ta' Frar 2009? Min ħallas għal dawn il-ħsarat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni qiegħda tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li fuq talba tal-ġenituri tiegħu qed issir din il-mistoqsija, fejn qed jiġi allegat li gwardjan li dettalji dwaru qed jidhru separatament, ixxuttja l-basktijiet bi vjolenza u offenda lil dan il-priġunier b'diskors li m'huwiex denju li jidher f'din il-mistoqsija, imma li missieru lest li jidher quddiem l-awtorità biex jiżvelah? Skond din il-persuna, f'dan il-każ kienu nvoluti u anke ġew fl-idejn l-iSpecial Responce Team.
Jista' l-Ministru jara dan il-każ biex jiġu evitati problemi bla bżonn u nkunu ta' għajnuna għal din il-familja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi mill-investigazzjoni li saret mill-awtoritajiet tal-Faċilita` Korrettiva dwar il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, ma jirriżultax li l-ġrajjiet seħħew fil-mod kif qed jiġi allegat minn dan il-priġunier u l-familjari tiegħu. L-anqas ma jirriżulta li f’xi ħin ġew fl-idejn xi uffiċjali.
Hija l-prattika li l-awtoritajiet tal-Faċilita` jinvestigaw bl-akbar serjeta` kull ilment jew allegazzjoni li ssir mill-priġunieri, u kull meta jsir magħruf li huma veritiera, jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji kontra kull min ikun involut fil-każ.
Jista' l-Ministru jikkonferma f'liema xhur saru l-pagamenti tal-iskemi tal-irtirar kmieni mit-Tarzna mħabbra mill-Gvern is-sena li għaddiet? Kemm kien l-ammont totali mħallas f'dawn l-iskemi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.