Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 6676 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid: Peress li skont survey ibbazat fuq l-opinjoni ta' dawk li għamlu użu mill-Gozo Discovery Bus is-sena l-oħra jirriżulta li l-proġett kien suċċess? Tista' l-Ministru tgħid jekk din is-sena hux se jerġa' jiġi introdott dan is-servizz? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu użu minn dan is-servizz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Gozo Discovery Bus kienet ġiet organizzata bi prova għal tliet ġimgħat bejn is-16 ta’ Lulju u l-5 ta’ Awwissu fuq sistema ta’ hop-on, hop-off’. Dan is-servizz kien jifforma parti mill-Interreg III B, Archimed Programme, proġett tal-Unjoni Ewropea, li kien jiffoka fuq it-turiżmu sostenibbli fil-Mediterran u li kien ukoll proġett ta’ darba. Dan is-servizz kien suċċess u kien ġie użat minn 1126 ruħ, kif jidher hawn taħt:
Turisti Barranin: 915
Viżitaturi Maltin: 176
Residenti Għawdxin: 35
TOTAL:
1126
Tenders fuq cables bejn Malta u Sqallija u metres tad-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li tinħareġ it-tender għal cables bejn Malta u Sqallija biex jgħaqqad lil Malta mal-Ewropean Fuel għal proviżjon ta' enerġija? Kemm ser tiswa din it-tender? Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jinħareġ t-tender għal bdiel ta' metres tad-dawl bi smart metres? Kemm ser tiswa din it-tender?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija — modernizzar tal-uffiċini
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jiġu mmodernizzati l-uffiċini li jeżistu fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija? Jaf bl-istat ħażin li jinsabu fih diversi uffiċini, fosthom dak tal-Quater Master, li għandu bżonn ta' dawra mill-aktar fis possibbli? Jidhirlu illi għandu jkun hemm id-distakk enormi li jeżisti bejn l-entratura tad-depot u l-uffiċini li hemm fl-istess post?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi x-xogħol ta' rinnovar fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għadu mhux komplut u għalhekk għad fadal partijiet li jridu jsiru.
Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex aċċettabbli li informazzjoni mitluba f'mistoqsija parlamentari ma tingħatax minkejja li jkunu għaddew ġimgħat sħaħ minn meta saret, bl-iskuza li l-informazzjoni għada qed tinġabar, meta jiem qabel uffiċjal għoli tal-Gvern ippubblika l-istess informazzjoni f'ġurnal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika għal-liema mistoqsija parlamentari qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid x'distanza jrid ikun hemm bejn hawker u l-eqreb stage tal-karozzi tal-linja, bejn hawker u l-eqreb stabbiliment kummerċjali u jekk hawker jistax jarma fuq white line?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sal-lum, f'liema toroq ġew approvati road humps (sleeping policmen) f'Bormla, Birgu, l-Isla, il-Kalkara, ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Fgura? Kemm ġew approvati road humpsf'kull triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Bormla — Ġnien C. Mifsud Bonniċi - latrina pubblika
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5478, fejn il-Prim Ministru qal li qed isir tibdil fil-pjanti sabiex tkun tista' tinbena latrina pubblika fi Ġnien C. Mifsud Bonniċi Bormla, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi progress peress li reġa' wasal sajf ieħor u dan il-ġnien jerġa' jibda jkun frekwentat?
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi progress jew aktar konsultazzjoni ma' dawk interessati li jiżviluppaw il-Baċir Numru 1? Jekk le, jista' jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb kif ser jinbidel dan il-post f'żona aktar attraenti?
Response (GATT, AUSTIN)
“Iva, l-konsultazzjonijiet fuq il-Baċir Numru 1 tkomplew u għadhom għaddejjin bl-intenzjoni li deċizjoni dwar il-proġett tittieħed fil-futur qarib”.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet hux qed jieħdu xi prekawzjonijiet sabiex jiġu evitati xi epidemiji li jistgħu jkunu qed jinġarru mill-immigranti irregolari li għandna kemm fiċ-ċentri ta' detenzjoni kif ukoll fl-open centres?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi rranġata l-art/it-triq li hemm mill-monument tal-31 ta' Marzu sal-Club tar-Regatta ta' Bormla, issa li anke f'din il-parti qed ikun hemm irmiġġati jottijiet ta' ċertu daqs?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li r-rakkmandazzjoni tagħhom kienet overturned min-naħa tal-Bord tad-DCC matul is-sena 2008? Jista' jagħti din l-istatistika xahar b'xahar u maqsuma taħt it-tliet bordijiet?
In vista tal-fatt li fis-7 ta' Marzu 2008, d-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili ta l-permess lil Island Microlight Club biex jopera titjiriet b'aircraft microlight fil-heliport t'Għawdex, tista' l-Ministru tispjega x'qed iżomm milli l-istess club jingħata aċċess għall-heliport sabiex jibda dawn l-operazzjonijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Billi bosta dwal fl-inħawi tal-port taċ-Ċirkewwa (madwar il-mollijiet) ilhom maqtugħa għal xi żmien, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn jissewwew?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' preparazzjoni tkun meħtieġa biex persuna tidħol fil-Korp tal-Pulizija qabel ma fil-fatt tkun tista' tingħaqad fit-taħriġ uffiċjali li jsir bi preparazzjoni għall-membri tal-Korp?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jikkunsidra l-possibilita' li parti mill-fondi għall-kawżi ġusti, taħt regolamenti stretti, jintużaw biex jitħallsu partijiet mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma ta' l-istess għaqdiet, għaliex żgur li bosta minn dawn l-għaqdiet qed iservu ta' inċentiv għal skopijiet soċjali-lokali?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol tal-MCAST biex ikun punt fokali għal Life Long Learning u għal Continuous Professional Development?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-MCAST diġa’ joffri 300 kors ta’ filgħaxija u part-time. Ta’ kull sena, madwar 4000 persuna jipparteċipaw f’dawn il-korsijiet u għalhekk wieħed jista’ jgħid li l-MCAST mhux il-bogħod li jkun punt fokali għal Life Long Learning u għal Continuous Professional Development.
Tista' l-Ministru tgħid f’liema fabbriki, kumpanniji u azjendi l-istudenti tal-MCAST ġew offruti placement matul il-vaganzi u fis-sajf? L-istudenti kollha li xtaqu dan il-placement sabuh f'kull sena li ilu jeżisti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.