Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaġar Qim/ Imnajdra — Membrane

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7011, tista' l-Ministru tgħid x'inhu r-rwol tad-ditta Design and Techincal Resources Ltd fil-proġett tat-tempji ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ir-rwol tad-ditta Design and Techincal Resources Ltd fil-proġett tat-tempji ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra huwa dak ta’ Project Manager.

każ ta' post sub standard

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba ta' din il-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament biex tingħata akkomodazzjoni alternattiva minħabba li l-post fejn qed jgħixu huwa sub standard u jinsab f'sitwazzjoni ħażina, anke minħabba problemi ta' saħħa u mobilità li qed ibati minnhom membru ta' din il-familja? Jista' l-Ministru jinvestiga dan il-każ soċjali?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-persuna konċernata toqgħod waħidha ġo dar bi tlett kmamar tas-sodda imqassma fuq tlett sulari b’żewġ kmamar f’kull sular. Is-Sinjura kienet ġiet allokata din id-dar li kienet rekwizizzjonata fl-1993 qabel ma għamlet operazzjoni f’daraha u kellha tibda’ tagħmel użu mill-wheelchair. Din il-proprjeta’ mhiex substandard imma s-soqfa tat-tromba tat-taraġ u tal-washroom huma fi stat ta’ periklu. Hi kienet applikat taħt l-Iskema 5 sabiex tirrendi l-post abitabbli, pero’ din l-applikazzjoni ġiet ikkanċellata minnha peress li kienet qed tiġi rikoverata ġewwa l-isptar Mount Carmel għal perjodi twal. Is-Sinjura kienet offruta appartament tal-Gvern Fuq Verdala Bormla li hi irrifjutat minħabba li jinsab ‘il boghod mill-familja tagħha (huma jgħixu l-Birgu). Dan l-appartamenti kien fi pjan terran u l-Awtorita’ tad-Djar għamlet refurbishing tiegħu sabiex din il-persuna setgħet tidħol tabita fih mingħajr ebda xkiel. Fil-preżent l-Awtorita’ m’għandiex appartament b’kamra tas-sodda waħda fil-post li trid din is-sinjura.

Persuni li qed ifittxu l-ażil f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' ID Cards temporanji li nħarġu lil persuni li qed ifittxu l-ażil f'Malta sena b'sena mill-2001 sal-lum? Kemm hu l-ammont ta' persuni li qed ifittxu l-ażil f'Malta li ċċaħħditilhom it-talba msemmija u li ilhom f'pajjiżna għal aktar minn sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma — Roħs

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma se jorħsu b'20%? Għal liema perijodu japplika dan ir-roħs? Dan ir-roħs hu relatat ma' roħs fil-prezz taż-żejt mhux irfinut? X'wassal lill-Gvern biex jagħmel dan ir-roħs? Stante li l-prezz taż-żejt niżel minn $147 għal $40 kull barmil, jidhirlu li dan ir-roħs kellu jkun iktar sostanzjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija tal-Ministeru tiegħi tat-23 ta' Marzu 2009. Minħabba li l-elettriku f'Malta mhux iġġenerat mill-bramel taż-żejt mhux maħdum, ma nistax inwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija ta' l-Onor. Interpellant, għalkemm nitolbu jinnota li l-prezz hu $53 u mhux $40.
Leg 11 PQ #7418 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptarijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'se jsir eżatt biex jitneħħa l-asbestos mill-Isptar Boffa? Kemm hu mistenni li jiswa dan il-proċess? Jista' wkoll jikkonferma l-pjanijiet tal-Gvern li jutilizza l-Isptar San Luqa bħala awżiljarju għal dak ta' Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7426 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjanti kbar — gassijiet fl-arja kkundizzjonata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'faċilitajiet jeżistu biex gassijiet li jintużaw f'sistemi tal-arja kkundizzjonata fl-impjanti kbar li jaħdmu b'chillers, liema gassijiet huma teknikament magħrufa bħala 400C u 410A, jiġu skartati u mwarrba? Dawn it-tip ta' gassijiet, qed jintremew lokalment jew iridu jiġu mibgħuta barra minn Malta? Jekk is-sitwazzjoni hija li jintbagħtu barra minn Malta, hemm xi forma t'għajnuna biex kumpanniji nvoluti f'dan is-settur, jiġu inċentivati jiġbru dawn il-gassijiet, fl-aħħar interess tal-ambjent minflok jitilqugħhom fl-arja biex jiffrankaw xogħol u spejjeż żejda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ‘l-Wasteserv Malta Ltd.’ hija l-Kumpanija responsabbli għall-ġbir u immaniġjar ta' dawn il-gassijiet meta jkunu waslu biex jintremew. Minħabba li f'Malta m'għandniex il-faċilitajiet biex dawn il-gassijiet jiġu distrutti jew irriċiklati, Wasteserv Malta Ltd. qegħda tiġbor u taħżen dawn il-gassijiet miġjuba lilha mill-industrija kkonċernata. Fl-aħħar komunikazzjoni li l-MEPA kellha ma’ Wasteserv Malta Ltd., il-MEPA kienet infurmata li l-gassijiet li l-Wasteserve ġabret sa issa huwa limitat u mhux vijabbli li tesportah imma għalissa qed tistorjah. Għalhekk, s’issa għadu qatt ma ġie esportat l-ebda gass għad-distruzzjoni jew riċiklaġġ. Għar-rigward ta' inċentivi u għajnuna (finanzjarja jew oltre) għall-kumpaniji u l-industrija in ġenerali, il-MEPA ma taf bl-ebda forma ta' dawn it-tip ta' mekkaniżmi ta' assistenza. Għaldaqstant, il-Wasteserv qegħda tkun ikkonsultata fuq dan il-punt minħabba illi jista’ jkun hemm xi pjanijiet għal skemi ta' assistenza min-naħa tagħha.
Leg 11 PQ #7427 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Eżamijiet għal kanċer tas-sider

Question

Huwa minnu li ngħatat xi ordni biex eżamijiet għal kanċer tas-sider, teknikament magħrufa bħala mammogram, jkunu jistgħu jsriu biss meta t-tabib kuranti jkun ikkonferma dijanjosi li jkun feġġ dan it-tip ta' kanċer fuq pazjenta? Il-Ministru huwa konxju tal-fatt li ntqal lil persuni li marru l-Isptar Mater Dei biex jagħmlu mammogram bħala prekawzjoni wara xhur ta' stennija, li dan it-test mhux ser isirilhom minħabba ordni ta' dan it-tip?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Applikazzjoni għal ċittadinanza

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid meta se tiġi konkluża u pproċessata l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta din il-persuna ilha miżżewġa Malta mill-1 ta' Ottubru 1998?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għada qiegħda tiġi pproċessata.
Leg 11 PQ #7475 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tal-Patoloġija — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4550 u cioè: Jaf li jeżistu żewġ job vacancies ta' konsulenti fid-Dipartiment tal-Patologija u li wieħed minnhom ilu vakanti minn Novembru tal-2005? Jaf li diġa' saru l-interviewsu ħarġu ir-riżultati uffiċjali. Jista' jispjega x'inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien kollu u jgħid fiex wasal il-proċess? Jaf li skont il-ftehim li sar mal-MAM biex persuna tkun eliġibbli li tapplika għall-post ta' konsulent trid tkun ilha sentejn speċjalista fuq bazi full-time, liema speċjalisti jkunu reġistrati fuq reġistri tal-ispeċjalisti mediċi? Jista' jispjega f'dan l-isfont kif inhu l-każ li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li m'ilhiex sentejn taħdem bħala speċjalista tħalliet tapplika għall-post ta' konsulent u għaddiet, meta kien hemm nies li applikaw li kienu ilhom aktar minn sentejn jaħdmu bħala speċjalisti u għalhekk ma tapplikax l-eċċezzjoni miftiehma bejn il-MAM u l-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-omm li d-dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament, għal talba ta' akkomodazzjoni alternattiva mal-Awtorità tad-Djar?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma lilll-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata qed toqgħod ma’ ommha u ma’ missierha ġo appartament tal-Gvern b’żewġt ikmamar tas-sodda. Il-każ qed jiġi kkunsidrat u qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa ħalli nsibulha post fejn xtaqet hi.

każ fuq pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jattwa l-passi neċessarji u opportuni sabiex ssir revizjoni tal-pensjoni dovuta lil-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba li dan l-eżerċizzju huwa aktar milli tardiv?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Air Malta — Bord Mediku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji dwar l-eżerċizzju li l-kumpannija Air Malta għamlet bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru, 2008 dwar is-sick leave? Kemm ressqet impjegati tagħha quddiem il-bord mediku matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm minn dawn l-impjegati tkeċċew minħabba s-sick leave, fuq deċiżjoni tal-bord mediku, sena b'sena? X'terminal benefits ingħataw? Minn min hu kompost il-bord mediku?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Sejba ta' Ipoġew fis-sebgħinijiet

Question

Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar l-allegata sejba fis-sebgħinijiet ta' Ipoġew fiż-żona ta' fejn illum hemm Triq il-Lellux, Santa Luċija? Huwa minnu dan? X'sar minnu? Hemm ħsieb li jiġi maniġġjat u konservat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fis-sena 1973 kien instab sit ta’ dfin preistoriku ġo żona li kienet ingħatat għal bini, u li llum tagħti fuq Triq il-Lellux, Santa Lucia. Dan is-sit huwa xi kultant deskritt bħala l-Ipoġew ta’ Santa Luċija. L-art li fiha nstab dan s-sit arkeoloġiku, kien esproprijat mill-Gvern biex din is-sejba tkun protetta u kkonservata. Fis-snin ta’ wara din l-iskoperta, d-Dipartiment tal-Mużewijiet kien bena reċint madwar dan s-sit arkeoloġiku għal protezzjoni tiegħu. Fi snin riċenti l-Kunsill Lokali ta’ Santa Lucija wera interess li jibda jerfa’ r-responsabbilta` għall-mmaniġjar ta’ dan is-sit bi sħab ma’ organizzazjonijiet governattivi konċernati, bħas-Sovintendenza għall-Patrimonju Kulturali u bħal Heritage Malta. Għalkemm fil-preżent ma hemmx ftehim bejn il-partijiet dwar kif dan s-sit jista’ jiġi mmaniġjat u kkonservat, is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali hija disposta tiżviluppa ftehim ta’ dan it-tip mal-Kunsill Lokali jew ma’ għaqdiet non-governattivi tas-settur kulturali.

Solar water heaters — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li applikat għas-sussidju tas-solar water heaters intalbet biex ma twaħħalx l-apparat qabel ma jkun hemm l-approval min-naħa tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi? Jaseb li din il-procedura qed toħloq inkonvenjent lil diversi familji li bħal din il-familja sejrin joqogħdu fi djar jew appartamenti ġodda u li jeħtieġu s-servizz tas-solar heating malajr kemm jista' jkun?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Infurmat li dawk huma r-regoli stabbiliti bl-iskema. Din it-tip ta’ proċedura tintuża’ wkoll fi skemi simili f’pajjiżi oħra. L-għan ta’ din il-procedura hi li wieħed jevita li jixtri u jwaħħal apparat u mbagħad isib li ma jikkwalifikax għal għajnuna.

Dilettanti tal-karnival — proposti lil Prim Ministru

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 7268 u cioè: Peress li għaddew ħames ġimgħat minn mindu d-dilettanti tal-karnival taw għadd ta' proposti lill-Prim Ministru f'Kastilja, tista' l-Ministru tgħid għala l-Gvern għadu ma tax risposta lil dawn id-dilettanti? X'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fuq il-proposti li tressqu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-uffiċju tal-Prim Ministru għaddej bil-follow-up neċessarju fuq il-proposti li ġew ippreżentati. Dawn il-proposti qed jiġu diskussi u analizzati minn diversi entitajiet u fil-futur qarib se ssir laqgħa mal-għaqda tal-parteċipanti.

films miġbudin Malta — budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7280 u 6919 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inġibdu films f'Malta sena b'sena mill-1999 sal-lum? Kemm hu prospettat li jinġibdu films fil-bqija tas-sena? X'se jkun il-budget tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Direct orders

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3996, jista' l-Ministru jiprovdi l-informazzjoni għas-sena 2008?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3992 u 3681 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7490 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Minisitru — Direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3993 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7495 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Fondi Soċjali Ewropew — ċentri li benefikaw minn dawn il-fondi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6622 li fir-risposta ngħatat fis-Seduta 95 ġejt mitlub nispeċifika l-perijodu tal-programm li qiegħed nirreferi għalih, tista' l-Ministru tgħid, f'dawn l-aħħar tlett snin, liema proġetti b'risq ir-riżorsi umani f'Għawdex ġew ko-finanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew taħt il-Fondi Strutturali għal Malta? Tista' tgħid ukoll liema kienu ċ-ċentri li bbenefikaw minn dawn il-fondi? Kemm kien in-numru ta' individwi li bbenefikaw minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li f'dawn l-aħħar tlett snin erba' proġetti b'risq ir-riżorsi umani ġew ko-finanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew taħt il-Fondi strutturali għal Malta (2004-2006). Dawn huma ESF 27-ETC Courses and schemes, ESF 28-Crafts Courses for sustainable Careers in Gozo, ESF 29-University of Malta Gozo Centre Courses u ESF 35-Training Courses to Enhance the Employability of the Workforce in Gozo. Iċ-Ċentru tal-Impjiegi u t-Taħriġ, iċ-Ċentru tal-Universita' f'Għawdex u dak tal-Arti u Artiġġjanat kollha bbenifikaw bl' akwist ta' tagħmir ġdid li għen biex ikunu jistgħu jsiru dawn il-korsijiet. In-numru ta' individwi li bbenifikaw minn dawn il-korsijiet huwa ta' 797.