Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dar Malta — Nefqa Totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6963, 6259, 5850, 5640, 5354, 4753 u 4375 u jgħid kemm huwa it-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Nefqa tal-Gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6961, 6254, 5851, 5641, 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Nefqa tal-Gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6961, 6254, 5851, 5641, 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Leg 11 PQ #7371 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Care worker għal persuna b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6941 u 6156 u cioè: Peress li tfajla ta' 24 sena li hija b'diżabilità fiżika li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament,għandha bżonn l-għajnuna tal-care workers ta' support ta' l-Imtarfa għax l-omm se jkollha bżonn tidħol l-isptar u l-missier jaħdem il-ġurnata kollha, hija talbet erba' sigħat għal ħamest ijiem għal sitt ġimgħat. Din it-talba ġiet aċċettata bil-kundizzjoni li toħroġ nofs l-ispejjeż. Jista' l-Ministru jara li din tingħata is-servizz b'xejn għax dan mhux kapriċċ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li din it-tfajla ta' 24 sena li hija b'diżabilità fiżika u li l-familja tagħha fittxet l-assistenza għaliha, professjonisti tal-Aġenzija SAPPORT għamlu l-assessment tagħhom tas-sitwazzjoni, liema assessment ġie diskuss mal-Maniġer tas-Servizzi u l-Kap Operattiv tal-Aġenzija. Wara li ġew kkunsidrati ċ-ċirkustanzi tagħha fid-dawl tar-riżorsi disponibli, ġie deċiż li t-tifla tingħata assistenza ta’ sagħtejn kuljum għal ħamest ijiem fil-ġimgħa, għal sitt ġimgħat, total ta’ sittin siegħa ta’sapport. Peress li l-familja xtaqet aktar sigħat minn hekk, u bil-ħsieb li l-Aġenzija tassisti bl-aħjar mod li tista’, ġiet offruta l-possibiltà li l-Aġenzija tara li s-support worker tagħha li hi mgħallma kif taħdem ma’ din it-tfajla, tkun disposta għal aktar sigħat kuljum, liema sigħat iħallsu għalihom il-familja. Għalhekk, sar qbil bil-miktub mal-familja fejn kien formalizzat dan il-ftehim.

Korporazzjoni Enemalta u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — każ ta' meter tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6719, 6093 u 5567 u jara li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta u tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jaraw il-meter tad-dawl u l-ilma peress li l-anzjana li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qiegħda tara li dan il-main mhux qiegħed idur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7376 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dħul ta' flus mill-multi tal-wardens

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7222, 6946 u 6713 u jagħti rendikont (breakdown) ta' kemm daħħal flus mill-multi tal-wardens għas-snin 2006, 2007? Jista' jagħti dan it-tagħrif ukoll għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-30 ta' Marzu 2008, bejn l-1 ta' April 2008 u l-31 ta' Diċembru 2008 u bejn l-1 ta' Jannar 2009 u t-28 ta' Frar 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6713.

Ħal Luqa — Toroq li għandhom bżonn it-tarmak

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7223, 6948 u 6705 u jgħid liema huma t-toroq ġo Ħal Luqa li ser jingħataw resurfacing u tarmak, peress li tista' tgħid it-toroq kollha interni ġo Ħal Luqa huma mkissrin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7381 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħaddiema li jaħdmu b'ġimgħa mnaqqsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema f'Malta u Għawdex separatament li qed jaħdmu b'ġimgħa mnaqqsa fil-mument? Kemm minnhom huma nisa, kemm irġiel u kemm żgħażagħ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-ammont ta’ ħaddiema f’Malta li fil-preżent qed jaħdmu b’ġimgħa mnaqqsa huwa ta’ 1910 filwaqt li f’Għawdex hemm 178 ħaddiem li qed jaħdmu wkoll b’ġimgħa mnaqqsa. F’dan ir-rigward id- Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg ma jżommx statistika ta’ kemm minn dawn il-ħaddiema huma irġiel, nisa jew żgħażagħ.
Leg 11 PQ #7382 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kumpanniji li naqqsu l-ħaddiema tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kumpanniji f'Malta u Għawdex li naqqsu l-ħaddiema matul din is-sena? Kemm hu n-numru globali ta' ħaddiema li tilfu l-impjieg? Kemm minnhom kienu nisa, kemm irġiel u kemm żgħażagħ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’ ħaddiema li ġew issensjati f’Jannar u Frar 2009 u li ġew jirreġistraw għax-xogħol kien ta’ 531. Minn dawn kien hemm 279 irġiel, 97 kienu nisa u 155 kienu żgħażagħ irġiel u nisa. Ma nħossx li hu opportun li nsemmi min kienu dawk il-fabbriki/kumpaniji li taw is-sensji għaliex din l-informazzjoni jista’ jkollha effett ħażin fuq il-prospetti kummerċjali ta’ l-organizzazzjonijiet involuti.
Leg 11 PQ #7383 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Proċedura biex kumpannija tnaqqas il-ġimgħa tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex kumpannija privata tnaqqas il-ġimgħa tax-xogħol tal-ħaddiema? Kemm mill-kumpanniji in kwistjoni segwew din il-proċedura?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-kumpanija privata li jkollha l-intenzjoni tnaqqas il-ġimgħa tax-xogħol tal-ħaddiema għandha permezz tal-prinċipal tagħha tressaq talba lid-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. Sussegwentement l-uffiċjali tad-Dipartiment imorru fuq il-post biex jivverifikaw is-sitwazzjoni tal-kumpanija b’diversi modi bħal intervisti mal-ħaddiema u mad-diretturi u jikkontrollaw kotba u dokumenti li jissostanzjaw it-talba tal-prinċipal. Kull talba tista’ tkun approvata għal perjodu ta’ mhux aktar minn erba’ ġimgħat u jekk, fi tmiem dak il-perjodu, il-kumpanija titlob mill-ġdid dan il-permess terġa’ ssir verifika tas-sitwazzjoni mill-uffiċjali tad-Dipartiment. Informat ukoll li mill-kumpaniji kollha li fil-preżent qed jaħdmu b’ġimgħa mnaqqsa kien hemm ħamsa li bdew jaħdmu b’dan il-mod qabel ma talbu l-approvazzjoni tad-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. F’dan ir-rigward id-Dipartiment esiġa li l-paga kollha dovuta toħroġ daqs li kieku il-ġimgħa tax-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema ma ġietx imnaqqsa.

Late payment fee

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7019 u 6698 u jiddikjara jekk il-ħlas hekk imsejjaħ late payment fee li kumpannija tiċċarġja fuq kontijiet li ma jitħallsux fi żmien tlett ijiem li jiġu rċevuti, liema pagament ġieli jkun daqs jew akbar mill-ammont dovut hux legalment korrett u ġust? Jaħseb li dan l-aġir huwa forma ta' użura?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6698.

Informazzjoni fuq waiting list — surgical and gynaecology operations

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6970, 6261 u 5940 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5625, jista' jara li din l-informazzjoni tibda tinġabar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

kanċer fil-musrana — screening tal-familjari tal-pazjent

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6983 u 6251 u jgħid kemm ġew diagnosed każijiet ġodda ta' kanċer fil-musrana (colon) matul l-2008? F'kemm-il każ minnhom sar screening tal-familjari tal-pazjent? Kemm-il konsulent mexa b'dan il-mod għaqli?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 680 u 6256 u jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta': a) Amlodipine 5mg u 10mg b) Serenace 5mg meta fl-ewwel każ is-supplier jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Reżistenza kontra l-antibiotiċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6973, 6250 u 5937 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5633, jista' l-Ministru jgħid minħabba r-reżistenza li żviluppat kontra dawn l-antibiotiċi, jistgħux jibdew jiġu provduti antibiotiċi aktar effettivi fl-interess tal-ġid komuni?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-għadd ta' antibijotiċi huma inklużi fil-formularji tal-gvern. Dawn ikopru l-maġġoranza ta' infezzjonijiet anke dawk li jkunu reżistenti għal ċertu antibijotiċi. L-inklużjoni ta' antibijotiċi ġodda jiġu diskussi mill-kumitat nazzjonali tal-antibijotiċi u d-deċiżjonijiet jittieħdu flimkien mad-Direttorat tal-Politika Farmaċewtika u Moniteraġġ (DPPM) skond l-eżiġenzi nazzjonali li jqumu minn żmien għall-żmien.

spezzjonijiet fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6974, 6262 u 5948 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5630, jista' l-Ministru jgħid mill-2022 spezzjoni li saru f'postijiet tax-xogħol, f'kemm minnhom jirriżulta li huma impjegati: a) tobba? b) infermiera? ċ) paramediċi? Kemm hemm impjegati u health workers f'kull post tax-xogħol fejn japplika?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sptar Mater Dei — Tilqim tal-Influwenza

Question

Jista' l-Ministru wieġeb mistoqsijiet parlamentari 6975, 6265 u 5939 u cioè : B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5629 u b'mod partikolari sabiex ikun hemm ġustifikazzjoni għan-nefqa pubblika għal li jirrigwarda kampanji ta' tilqim, tilqim b'xejn, kampanja kontra l-użu ħażin ta' antibiotiċi u l-għoti ta' antibiotiċi b'xejn, tista' tibda tinġabar din l-informazzjoni li wara kollox diġa' hi miżmuma f'records ta' tilqim tal-influwenza kif ukoll fl-istorja tal-pazjenti riferuti fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Santa Maria Estate — Joint Office - applikazzjonijiet individwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk residenti u sidien ta' Santa Maria Estate Mellieħa humiex mitluba li jifdu ċ-ċens temporanju mill-Joint Office taħt l-aħħar skema mħabbra mill-Gvern? Jekk iva, dawn jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet individwali?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju Konġunt ma tobbliga lil ħadd biex jifdi ċ-ċens temporanju, madanakollu, wieħed jista’ japplika volontarjament biex jifdi ċ-ċens. Infakkar l-Onorevoli Interpellant li preżentament l-iskema ta’ fidi hija wieqfa sabiex jigu ipproċessati it-3,000 applikazzjoni għal fidi li huma pendenti. Dwar il-proprjeta’ f’ Santa Maria Estate fil-Mellieħa, din hija mogħtija b’ċens lil kumpannija waħda, u hija s-suġġett ta’ kawża bejn iċ-ċenswalisti u l-Gvern. Għaldaqstant, l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-bejgħ tas-subdirett dominju temporanju tal-proprjetajiet f’din iż-żona fuq bażi individwali huma wieqfa. Madanakollu, malli tinghata deċiżjoni, l-applikazzjonijiet pendenti li hemm fuq din l-art ikunu jistgħu jiġu proċessati taħt l-aħħar skema imħabbra mill-Gvern.
Leg 11 PQ #7399 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Availability ta' urine bags

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-dipartiment m'għadux jagħti (jekk hemm available) urine bags ta' 500cc li kienu utili ħafna għal min huwa ambulanti u jkun jixtieq joħroġ u jkompli b'ħajtu normali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Każ ta' facilitator

Question

Tista' l-Ministru tara għaliex għadu ma ġiex assenjat facilitator lit-tifel ta' 7 snin magħluqa li lill-ġenituri tiegħu qalulhom aktar minn sentejn ilu li għandu bżonn facilitator u wara li r-rapporti neċessarji kollha saru diġà u ntbagħtu lill-uffiċjali konċernati? Tista' tgħid x'qiegħed iżomm biex lil dan it-tifel tingħatalu facilitator? Id-dettalji tat-tifel qed jintbagħtu separatament.

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iStatementing Moderating Panel irċieva l-applikazzjoni għan-nom tat-tifel f’Settembru 2008. Din l-applikazzjoni ġiet reġistrata u ser tingħata l-attenzjoni li jistħoqilha. Il-Bord għamel kuntatt ma’ l-iskola biex jara li t-tifel jingħata l-għajnuna kollha meħtieġa mis-servizzi li diġa hemm fl-iskola sakemm ikun imissu skond il-lista tar-reġistrazzjoni.