Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7055 u jgħid min kienet il-persuna responsabbli li approvat it-tibdil fuq ir-rotot b'referenza għall-brochure li qed jinbagħat separatamenet u l-kundizzjonijiet li hemm immniżżla fuq it-tender(a) minn dawk li hemm imnizzla fuq il-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-Awtorità dwar it-Trasport u l-operatur li ismu qed jintbagħat separatament? Jista' jgħid għala l-kundizzjonjiet li hemm imnizzla fil-kuntratt li l-Awtorità dwar it-Trasport iffirmat mal-operatur huma differenti mill-kundizzjonijiet li hemm fuq it-tender (b) li ġiet maħruġa għall-pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7056 u jgħid kif l-operatur b'referenza għall-brochure li qed jinbagħat separatament, qed jitħalla jagħti diversi tickets (li dettalji qed jintbagħtu separatament) lill-passiġieri li fuqhom m'hemmx immniżla id-dettalji kollha mitluba kemm fuq it-tenderu fuq il-kuntratt li l-istess awtorità iffirmat mal-Operatur? Jaf li fuq dawn it-tickets suppost hemm imniżżla l-informazzjoni segwenti:
a) Dettalji tal-operatur inkluż dettalji tal-VAT
b) Numru ta' reġistrazzjoni tal-open top bus li minn fuqu jkun inxtara ticket
ċ) Deskrizzjoni tat-tour
d) Data
e) Ħin
f) Kategorija tal-passiġġier
g) L-ammont li passiġġier irid iħallas
Jista' jgħid kif l-Awtorità dwar it-Trasport qed tippermetti lill-operatur li jingħataw tickets kif jidhru fid-dokument li qed jinbagħat separatament mil-lukandi lit-turisti u li fuqhom m'hemmx imniżżla d-dettalji miktuba fil-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità dwar it-Trasport — tickets mingħand l-operatur
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7057 u jgħid kif l-Awtorità dwar it-Trasport qed tħalli l-operatur jagħti t-tickets li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li fuqhom il-prezz indikat huwa ta' €13.00 iżda meta l-passiġier jixtri dawn it-tickets qed jiġi mitlub iħallas €15.00, hekk kif jidher ċar fuq it-tickets datati 4 ta' Marzu 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7070 u jagħti raġuni għala l-ħinijiet li qed jirriklama l-operatur fuq il-brochure li qed jintbagħat separatament li ġie approvat mill-Awtorità dwar it-Trasport m'humiex l-istess ħinijiet li ġie marbut bihom fil-kuntratt fuq ir-rotta tan-North? Jista' jagħti raġuni għala l-operatur qed joffri servizz anqas ta' ħinijiet fil-Ħdud u l-festi pubbliċi minn dawk li ġie marbut bihom fil-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7071 u jgħid kif mill-Bus Terminus ta' Buġibba Loop Starting Point qegħdin jitilqu biss tliet double deckers wieħed fil-08:15, ieħor fid-09:15 u ieħor fl-10:15 biex jagħmlu sightseeing North Route u s-servizz mhux jopera minn dan il-loop starting point fil-ħinijiet l-oħra tal-ġurnata, iżda jopera minn Sliema Ferries hekk kif indikat fil-brochure tal-operatur (paġna 2 tad-dokument li qed jintbagħat separatament) u differenti mill-kundizzjonijiet imniżżla fuq il-kuntratt u fuq it-tender ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7072 u jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratt ta' tliet rotot maħduma kuljum msejħa Malta by Night li qed tinħadem minn kumpannija li isimha qed jinbagħat separatament u li qed tiġi riklamata fuq il-brochure li qed jintbagħat separatament tal-istess operatur u li suppost hu approvat mill-Awtorità dwar it-Trasport?
Jista' l-Ministru jgħid għala għal dawn l-aħħar sentejn ġiet operata r-rotta Malta by Night mingħajr ma hi msemmija fuq it-tender u lanqas hi msemmija fuq il-kuntratt li l-Awtorità iffirmat mal-operatur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6760 u jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni ta’ ħwejjeġ
(goods)
minn Malta u minn Għawdex separatament fl-aħħar tliet xhur ta’ kull sena mill-2003 sal-2008?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk il-Parlament għandux dritt li jiskrutina l-amministrazzjoni interna tad-dipartimenti tal-Gvern?
Response (BORG, TONIO)
Il-Kostituzzjoni u l-Ordnijiet Permanenti jirregolaw il-mistoqsijiet u proċeduri parlamentari. L-Ordni Permanenti 27 (5) ma jippermettux domanda li ssaqsi espressjoni ta' opinjoni. Madanakollu nirreferri l-Onorevoli Interpellant, avukat bħali, għall artikolu 79 (2) tal-Kostitizzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6758 u jgħid meta mistenni li jibda u jitlesta x-xogħol fuq it-tkomplija tat-Triq Imġarr fir-Rabat, Għawdex? Fiex jikkonsistu x-xogħlijiet li għadhom iridu jsiru? Kemm hija stmata l-ispiża ta’ kull xogħol li għad irid isir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6757 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju li sar mill-kumpannija Ecorys B.V. dwar cruise berth fl-Imġarr Għawdex u tad-disinni li ġew żviluppati reċentement? Jista’ jgħid x’inhuma l-alternattivi għall-cruise berth li se jiġu kkunsidrati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm pazjenti ġew riferuti mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex għall-kura fl-isptarijiet tal-Istat f’Malta kull sena mill-1999 sal-2008? Tista’ tagħti dan it-tagħrif maqsum skond il-kura meħtieġa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-konċessjoni ta’ privattiva ngħatat kull sena mill-1999 ‘l hawn? Kemm minnhom saru minn applikanti Għawdxin? X’kien is-suġġett/prodott/attività/eċċ. ta’ kull konċessjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Bugibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar — xogħol meħtieġ
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-ministeru ikkonċernat jassigura li x-xogħol meħtieġ minn korporazzjonijiet u dipartimenti tal-Gvern, fost oħrajn fl-inħawi ta' Bugibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar jiġu koordinati u jsiru qabel ix-xhur tas-sajf?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2008 il-Ministeru tiegħi kien nhieda proċedura ta’ konsultazzjoni li permezz tagħha jkun assigurat li l-interventi meħtiega fit-toroq mill-entitajiet differenti ikunu kkoordinati sabiex ma jsirx xogħol fil-vojt. Barra minn hekk infakkar li, kif ġara fl-aħħar snin, fil-perjodu tas-sajf jiġifieri bejn Mejju u Ottubru ta’ kull sena, l-ADT ma tawtoriżżax xogħlijiet fit-toroq ta’ żoni turistiċi bħal ma huma Bugibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar, ħlief f’każijiet partikolari u dan wara li jkun hemm l-approvazzjoni tal-Awtorita` tat-Turiżmu. Ovvjament meta tinqala xi ħsara t-tiswijiet neċessarji ikollhom isiru dejjem.
Billi jirriżulta li numru ta' applikazzjonijiet għall-bini ta' serra, naturalment fil-kampanja, u allura f'outside development zone areas, ilhom pendenti xhur biex jiġu determinati, jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex dawn l-applikazzjonijiet jitħaffu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità se tagħmel ħilitha biex kemm dawn l-applikazzjonijiet, kif ukoll oħrajn, jitħaffu dment li dan ikun raġonevolment possibbli. Naturalment, wieħed irid iqis ukoll diversi fatturi bħalma huma l-kontenut u l-merti ta' l-applikazzjonijiet individwali u tas-siti proposti, kif ukoll l-implikazzjonijiet fuq l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-konsulenti Mott McDonald kemm-il rapport dwar il-wind energy ippreżentaw lill-Gvern? Wieħed jew tnejn? Jekk jirriżulta li ġew mħejjija aktar minn rapport wieħed, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tieni rapport ?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6893 li minkejja t-tweġiba mogħtija mill-Ministru Triq Ta' Sannat, fis-Sannat Għawdex xorta għadha fi stat ħażin ħafna, tista' l-Ministru tara verament x'hemm bżonn isir biex l-inkonvenjent kollu jiġu ndirizzat kif suppost?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata li t-triq imsemmija qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6892, peress li t-tweġiba mogħtija ma rrispondietx il-mistoqsija, tista' l-Ministru tgħid kemm ser jiswew it-tiswijiet fl-incubation centre f'Għajnsielem Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi l-Onoroveli Nterpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 6892 fejn għamiltha ċara li l-ispejjeż ser jagħmel tajjeb għalihom il-kuntrattur.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi li tħallset il-Value Added Tax fuq ir-reġistrazzjoni tagħhom (maqsumin skond il-klassi rispettiva) kull sena mill-aħħar ta' Mejju 2004 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6620 u 6396 li oriġinarjament saru lill-Ministeru għall-Għawdex u issa ġew riferuti lilu u jgħid: Peress li r-residenti ta' Triq Lunzjata fir-Rabat, Għawdex qed jilmentaw minħabba rwejjaħ ikkaġunati minn rimi ta' skart u ħmieġ ieħor f'Wied il-Lunzjata, tara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6620.