Legislature:
Category:
Reset
Active:

każ dwar kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li l-każ tal-anzjan li -dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li rċieva kont tad-dawl u ilma li jammonta għal €1649 meta s-soltu l-kont ma jkunx jaqbeż €200? Jekk m'hemmx żball jista' jara li xi ħaddiema jmorru fuq il-post għax jista' jkun li hemm xi ħsara?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34676.

qtugħ ta’ dawl estensiv — investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, tal-investigazzjoni tal-Pulizija u tal-inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009? Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika jekk abbażi ta’ dawn l-investigazzjonijiet il-qtugh tad-dawl kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li l-investigazzjonijiet f’dan il-każ għadhom ma kkonkludewx u allura d-dokumenti mitluba ma jistgħux jingħataw bħalissa.
Leg 11 PQ #33950 Sitting 490 2012-06-18 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — użu ta’ helicopter

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu ta’ helicopter tal-Forzi Armati mill-Prim Ministru? Jista' jgħid kemm kienu d-drabi bejn Marzu 2008 u April 2012 li l-Prim Ministru għamel użu minn helicopter tal-Forzi Armati u x’kienu l-okkazjonijiet li għalihom sar dan l-użu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-użu tal-Helicopter tal-FAM huwa għad-dispożizzjoni tal-President ta’ Malta u tal-Prim Ministru u dan l-użu jsir biss għal stedina li nirċievu fil-kariga uffiċċjali tagħna. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra, lista ta’ kemm il-darba jiena użajt il-Helicopter li tinkludi fiha l-informazzjoni kollha mitluba sal-aħħar tal-2011.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32953 u jgħid min huma l-konsulenti li jaħdmu fil-Ministeru, fid-dekastru u entitajiet li jaqgħu taħtu? F'liema qasam jagħtu konsultazzjoni? X'salarju u kundizzjonjiet għandhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34536.

Lukanda Selmun Palace — sidien ġodda

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-lukanda Selmun Palace għaddietx għand sidien ġodda? Jekk iva meta hu mistenni li terġa' tibda topera?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Lukanda Selmun għadha m’għaddietx għand sidien ġodda, peress li l-process għall-bejgħ għadu għaddej.

nefqa finali ta’ household consumption

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa finali ta’ household consumption (households final consumption expenditure) nazzjonali kif ukoll għal Malta u għal Għawdex separatament bħala persentaġġ tal-Prodott Domestiku Gross kull sena mill-2000 sal-2010? Jista’ jgħid ukoll x’kienet din in-nefqa ras għal ras kull sena matul l-istess perjodu? Jista’ jagħti dan it-tagħrif f’Euro u f’PPS?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qiegħed jipprovdi d-data mitluba għas-snin 2000-2010. Id-data tal- household final consumption expenditure qed tingħata maqsuma bejn Malta u Għawdex għas-sena 2008 biss, u hija bbażata fuq ratios miġbura waqt il- Household Budgetary Survey ta' dik is-sena. Il- Household Budgetary Survey tal-2000 ma jippermettix li jinħarġu ratios simili minħabba differenzi fil-metodoloġijji użati. Id-data hija maħduma skont Releases numri 244 tal-2011 u 49 tal-2012. Ta' min jinnota illi l-GDP ta' Malta u ta' Għawdex flimkien ma jammontawx għal GDP totali minħabba element ta' extra-regio .

konsum attwali individwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-konsum attwali individwali ras għal ras fuq bażi nazzjonali kif ukoll għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-2000 sal-2010? Jista’ jgħid ukoll x’kien il-Prodott Domostiku Gross ras għal ras kull sena matul l-istess perjodu? Jista’ jagħti dan it-tagħrif f’Euro u f’PPS?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34141.

valur tal-esportazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar minn Settembru 2011 u sa l-aħħar ta’ Diċembru 2011 maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħad-Dingli — ġibjun li mhux jintuża

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33024, jista' l-Ministru jgħid x'jinvolvu x-xogħlijiet? Kemm huwa stmat li jiswew? Kemm hija l-ħażna tal-ilma li jesa' l-ġibjun?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar tas-snin disgħin, dan il-ġibjun żviluppawlu xi problemi strutturali kif ukoll kien hemm il-bżonn ta’ kisi b’water-proofing membrane. Kien hemm ukoll problema li kien hemm xi overhanging structures li kienu fil-periklu li jaqgħu u b’hekk ta’ riskju kbir għal min imur ġdejn il-ġibjun. (Dawn issa tneħħew). Hemm diffikultajiet loġistiċi biex isir dan ix-xogħol ta’ manutenzjoni peress li l-aċċess għall-ġibjun huwa diffiċli għall-vetturi u makkinarju. Il-ġibjun jesa’ biss madwar 1,300 metri kubi. Kif intqal fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33024, fl-1999, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ddeċidiet li dan il-volum żgħir ma jiġġustifikax l-ispejjeż li kien hemm biex jitranġa u l-problemi tal-operat u għaldaqstant il-ġibjun tneħħa minn fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma m’għandhiex records ta’ kemm kienet l-istima biex dan jitranġa dak iż-żmien.

Xiri tal-Isptar St Philips

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W78 datata 23 ta' Lulju 2010 u cioè ladarba l-Gvern qed jinnegozja x-xiri tal-isptar St Philips, għaliex ma saritx sejħa pubblika għall-interess jew sejħa għall-offerti għal dawk interessati li jipprovdu servizz simili, jew anke bejgħ ta' faċilitajiet simili, ta' dak l-isptar St Philips

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern ma rċieva 1-ebda talba sabiex l-isptar St. Philips joħroġ b'sejħa għall-offerti għall-pubbliku jew għal min jipprovdi servizz simili.

Malta Enterprise — impjieg

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara kemm ġew impjegati nies fil-Malta Enterprise fil-gradi tal-ftehim kollettiv bejn l-2007 u 2012 u kemm minn dawn ma bdewx mill-minimu tal-grad skont il-ftehim kollettiv?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-2007 u l-2012 il-Malta Enterprise impjegat 19-il persuna li jaqgħu taħt ftehim kollettiv. Minnhom 2 bdew mill-minimu filwaqt li 17 ma bdewx mill-minimu. Dettalji fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Enterprise — promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm impjegati fil-Malta Enterprise ġew mogħtija promozzjoni bejn l-2007 u l-2012 permezz ta' vakanza jew ta' evalwazzjoni tal-grad jew ta' progressjoni oħra, u kemm minn dawn seħħu bejn November 2007 u Frar 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-2007 u l-2012 ġew promossi 32 impjegat, li minnhom, 19 ġew promossi permezz ta’ evalwazzjoni tal-grad, filwaqt li 13 ġew promossi permezz ta’ vakanza. Minn dawn, 26 promozzjoni seħħew bejn Novembru 2007 u Frar 2008. L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħ'Attard — Triq l-Imdina u Triq Ħaż-Żebbuġ - ilment dwar rwejjaħ

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi ħa, jew qed jieħu, jew inkelli x'bi ħsiebu jieħu rigward ir-riħa qawwija li ħierġa mid-drenaġġ f'Ħ'Attard l-aktar fl-inħawi tat-Triq l-Imdina u Triq Ħaż-Żebbuġ peress li din ir-riħa ilha ħierġa għal aktar minn sena bl-inkonvenjenza kbira għar-residenti, u anki b'periklu għas-saħħa tagħhom? Jista' jara x'jista' jsir peress li r-residenti ġew informati, minn rapreżentanti tad-Dipartiment tas-Saħħa li din hija riżultat li hemm min qed jitfa' l-ħmieġ tal-annimali mill-inħawi tal-Imdina?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34978.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kawżi fuq awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' Awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33528 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus imħallas tul dawn l-aħħar ħames snin mill-Ministeru tiegħu, kif ukoll minn entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, lill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Kemm kien l-ammont ta' flus imħallas lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament li jifforma parti minnha?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34774.

Refund fuq VAT tat-tieġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-refund tal-VAT fuq it-tieġ tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadhom ma ngħatawx?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35299.

Kwestjonijiet bejn il-BOV u kumpaniji Periplo u SIB Laboratories

Question

Peress li l-gvern huwa shareholder fil-Bank of Valletta, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-gvern u mill-bank stess dwar tagħrif li ġabru l-maġistrati inkwirenti ta' Milan li fil-kompjuter tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, konsulent ta' wieħed mill-uffiċjali tal-Maugeri sabu tagħrif li l-Bank of Valletta biex il-kumpanija Periplo ta' Milan tgħaddi €15-il miljun lejn is-SIB Labortatories Ltd bħala parti mill-ħasil ta' flus li qed jiġu investgati bih uffiċjali tal-Maugeri?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Financial Intelligence Analysis Unit hija prekluża milli tiżvela informazzjoni relata ma’ każijiet li qiegħda tinvestiga. Għaldaqstant tali informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant ma tistax tingħata.

Qasam industrijali tax-Xewkija — xogħolijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet huma meħtieġa li jsiru fil-qasam industrijali tax-Xewkija? X'xogħlijiet saru f'dan il-qasam mill-1 ta’ Marzu 2010 sal-lum? Kemm kienet in-nefqa fuq dawn x-xogħlijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35015.

Labour Force Survey

Question

Jista' l-Ministru jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011 a) Il-labour supply; nisa għalihom u rġiel għalihom; b) n-numru ta’ nies jaħdmu full-time , nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika; ċ) in-numru ta’ nies, nisa għalihom u rġiel għalihom, jaħdmu iżda li kellhom xogħol part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom skont l-attività ekonomika; d) in-numru ta’ nies jaħdmu part-time , nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35268.

Enemalta — Occupational Risk Assessments

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Occupational Risk Assessments tal-Korporazzjoni Enemalta li kienet obbligata bil-liġi li timxi magħha skont il-proċeduri stabbiliti dwar ħruq u disposal tal-Mercaptan peress li l-Att 27 tas-sena 2000 u l-Avviż Legali 36 tas-sena 2003 jeżiġu li assessment simili suppost issir minn persuna kompetenti kif ipprovdut minn dawn ir-regolamenti?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34997.