Legislature:
Category:
Reset
Active:

Patents and Trademarks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati patents u trademarks sena b'sena mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum? Kemm minn dawn il-patents u trademarks huma owned minn persuni legali jew naturali Maltin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kindergarten 1 u kindergarten 2

Question

Tista' l-Ministru tgħid il-għala ħarġu riżultati tal-kindergarten 2 u l-kindergarten 1 baqgħu ma ħarġux? Tista' tgħid il-għala ċerti applikanti bil-pre school certificate ġew aċċettati għall-call ta' kindergarten 2 u oħrajn bl-istess ċertifikat irrifjutawlhom l-applikazzjoni? Tista' tinħareġ applikazzjoni mill-aktar fis għal kindergarten2 sabiex dawk li ma tħallewx japplikaw, ikunu jistgħu japplikaw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ir-riżultati tal-Kindergarten Assistants 2 ħarġu għax l-intervisti tal-applikanti kienu saru u seta’ jiġi ppreparat ir-rapport bir-riżultat mill-Bord tal-Għażla li ġie approvat mill-PSC u għalhekk seta’ jiġi ppublikat. Is-sejħa għal Kindergaten Assistants 1 hija sejħa separata. L-intervisti għal din is-sejħa saru kollha. Kif tlestew l-intervisti, tħejja r-rapport bir-riżultat li ntbagħat lill-PSC. Iċ-ċertifikat tal- Pre School ġie kkunsidrat komparabbli mill-MQRIC ( Malta Qualifications Recognition Information Centre ) u għalhekk dawk kollha li kellhom dan iċ-ċertifikat u applikaw għal Kindergarten Assistants 2 ġew imsejħa għal intervista. Ma kien hemm ebda applikazzjoni minn dawk li applikaw għal Kindergarten Assistant 2 li ġiet irrifjutata. Applikazzjoni oħra għall- Kindergarten Assistants 2 toħroġ meta jkun hemm il-ħtieġa.
Leg 11 PQ #6935 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Sptar t'Għawdex — ECG Technicians

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex mhux il-ECG Technicians kollha fl-Isptar t'Għawdex għandhom l-istess shifts? Għaliex l-ECG Technicians jaħdmu sat-8.00 p.m. meta s-servizz tal-ECG għandek bżonnu 24 siegħa kuljum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ECG Technicians mhux kollha għandhom l-istess shift għax hekk jirrikjedi is-servizz. Wara it-8.00p.m., l-ECG isir, kif dejjem sar ħlief għall-perjodu ta' ftit xhur, min-nurses u t-tobba tal-Emerġenza.

Late payment fee

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6698 u jiddikjara jekk il-ħlas hekk imsejjaħ late payment fee li kumpannija tiċċarġja fuq kontijiet li ma jitħallsux fi żmien tlett ijiem li jiġu rċevuti, liema pagament ġieli jkun daqs jew akbar mill-ammont dovut hux legalment korrett u ġust? Jaħseb li dan l-aġir huwa forma ta' użura?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6698.
Leg 11 PQ #7052 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

European Union Steering and Action Committee — qagħda soċjali u ekonomika ta' Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Malta - European Union Steering and Action Committee ddiskutiex il-qagħda soċjali u ekonomika ta’ Għawdex kif jiena, permezz tal-Aġent Skrivan tal-Kamra u bil-permess tal-istess Kamra, tlabt lill-Kunsill fl-14 ta’ Novembru, 2008? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid f’liema laqgħa u meta l-Kumitat iddiskuta u fela l-qagħda soċjo-ekonomika t’Għawdex? X’kien l-eżitu tad-diskussjoni? X’azzjoni ġiet rakkmandata mill-Kumitat biex Għawdex ikun jista’ jikseb l-aħjar benefiċċji mill-politika tal-Unjoni Ewropea biex ikun jista’ jilħaq l-istess livell ta’ żvilupp ta’ Malta? Jekk fin-negattiv, għaliex il-Kunsill għadu ma ddiskutiex il-qagħda f’Għawdex? Meta hu mistenni li din tkun diskussa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Malta-EU Steering & Action Committee reġa’ twaqqaf f’Lulju 2008 biex fost funzjonijiet oħra jiffaċilita proċessi ta’ konsultazzjoni dwar liġijiet ġodda proposti mill-Kummissjoni Ewropea. L-istrutturi tal-MEUSAC jinkludu: · Core Group li jiġbor flimkien uffiċjali tal-Gvern, rappreżentanti tal-Partiti Politiċi, ta’ Korpi Kostitwiti (inkluż ta’ Korp Kostitwit Għawdxi), ta’ Organizzazzjonjijiet tas-Soċjetà Ċivili u esperti; u · Disa’ Kumitati Settorjali li jiġbor flimkien il-membri tal-Core Group u Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili li joperaw fis-settur trattat minn kull Kumitat rispettivament. Fost l-istrutturi tal-MEUSAC ma jeżisti ebda kunsill bħalma jeżisti, per eżempju, fl-MCESD. Il-konsultazzjoni permezz tal-MEUSAC issir fuq liġijiet ġodda proposti mill-Kummissjoni Ewropea. Il-MEUSAC m’għandux ir-rwol li jiddiskuti temi ta’ natura ġenerali bħal qagħda soċjali u ekonomika ta’ Għawdex. Il-proċedura li biha timxi l-MEUSAC tagħti l-possibilità lill-membri tal-Core Group u tal-Kumitati Settorjali, inkluż lir-rappreżentanti tal-Partiti Politiċi, biex jitolbu ħalli materja titpoġġa fuq l-Aġenda tal-Core Group jew ta’ xi Kumitat Settorjali, dejjem jekk din tkun marbuta mat-terms of reference tal-MEUSAC.

Aġenzija Ewropeja għal Ambjent — tniġġis mill-użu ta' electromagnetic devises,

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jagħti widen għat-twiddib li l-Aġenzija Ewropea għal Ambjent tagħmel dwar l-effett fuq is-saħħa tan-nies minħabba tniġġis mill-użu ta' electromagnetic devises, bħalma huma s-sistemi tal-mobile phones?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #7158 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — financial statements

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li s-sena l-oħra ma ssottomettewx il-financial statemements tagħhom sad-data stipulata jiġifieri fl-10 ta' Mejju? Liema kunsilli lokali ssottomettew wara u meta? X'passi ttieħdu kontra dawk il-kunsilli lokali li ma ssottomettewx il-financial statements?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kienu 19-il Kunsill li issottomettew il-financial statements tagħhom sad-data stipulata. Dawn kienu: Mdina, Isla, Bormla, Qormi, Żabbar, Żejtun, Attard, Balzan, Birkirkara, Għargħur, Luqa, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Pembroke, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Sliema, Xewkija. Il- financial statements tal-Kunsilli l-oħra daħlu wara l-1 ta’ Ġunju 2008. Għalkemm ma ttieħdux passi kontra dawk il-Kunsilli li ma issottomettewx il- fiancial statements fil-ħin, ittieħdet nota tagħhom biex jekk dan in-nuqqas jerġa’ jiġi ripetut, jittieħdu dawk il-passi stipulati bil-liġi.

Ta' Qali — Villaġġ tas-Snajja - ażjendi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6879, 6500, 6052, 5832 u 5585 u jagħti lista ta' ażjendi li llum qegħdin joperaw fil-Villaġġ tas-Snajja ta' Ta' Qali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5585.

servizzi tas-saħħa — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6894 u jgħid għal kemm jammonta l-infiq fuq is-servizzi tas-saħħa bħala persentaġġ tal-Gross Domestic Product?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6894.

Total ta' elettriku li ntuża mill-fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6870, 5733, 5330, 4807 u 4508 u jgħid x'kien it-total ta' elettriku (f'megawatts) li intuża fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena minn fabbriki f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Gvern Ċentrali — Xogħol fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6005 minħabba li issa għadda żmien twil biżżejjed dwar il-programm ta' toroq li suppost il-Gvern qed jaħdem fuqhom? X'inhi r-raġuni li l-Awtorità dwar it-Trasport għadha m'għaddietx il-file lura ħalli tiġi mwieġba din il-mistoqsija? X'effett se jkollha d-deċiżjoni li jiġu privatizzati t-toroq fuq ix-xogħol ta' toroq li suppost qed isir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dokument strategiku dwar l-iskart solidu — Studji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6750 u jgħid f’liema dati poġġa fuq il-website tal-Ministeru tiegħu l-istudji relatati mad-dokument strategiku dwar l-iskart solidu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Mal-pubblikazzjoni tal-aġġornament tal-istrateġija tal-immaniġġjar tal-iskart solidu f’pajjiżna, kull dokument li għen biex tissawwar l-istrateġija sar pubbliku. Din l-ewwel reviżjoni tal-istrateġija tal-immaniġjar tal-iskart ġiet imtella fuq is-sit tal-Ministeru dak in-nhar stess li ġiet ippublikata fit-23 ta’Jannar jiġifieri jumejn wara li ġiet ippreżentata lill-Onor Brincat. Uħud mid-dokumenti ta’ riferenza kienu ilhom aċċessibli għall-pubbliku anki fuq l-internet. Xi dokumenti anċillari li ġew mitluba kienu mpoġġija fis-27 ta’ frar.

Ta' Qali — Crafts Village - sidien ta' fabbriki

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6867, jista' l-Ministru jgħid min kienu s-sidien li l-Ministeru għażel li jżomm kuntatt kontinwu magħhom u kif ġew magħżula? Jista' jgħid ukoll min kien preżenti fil-laqgħat tas-6 ta' Jannar u tas-6 ta' Frar 2009 u x'kien diskuss b'mod ġenerali? Min kienu l-uffiċjali tal-Gvern li kienu preżenti matul dawn il-laqgħat?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7256 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei Dipartiment tal-Emerġenza — stennija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6727 u jgħid x’inhu jsir biex jitnaqqas iż-żmien ta’stennija għal dawk li jkollom bżonn jużaw id-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei? Japprezza li trid issir xi ħaġa ta’malajr biex in-nies jinqdew mill-aktar fis possibbli għaliex skont ittri fil-ġurnali dan l-aħħar kien hemm min stenna sitt sigħat u aktar qabel ma ngħata l-kura?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7257 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Importazzjoni ta' mediċini minn sptarijiet Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6724 u jgħid minn fejn huma mportati fil-maġġoranza tagħhom il-mediċini li huma wżati fl-isptarijiet Maltin jew li jingħataw minn spiżerji tal-Gvern? Issir importazzjoni mill-Albanija? Jekk iva, x’mediċini jinġabu minn dan il-pajjiż? Min jimporta minn hemm?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-maġġoranza tal-mediċini li huma wżati fl-isptarijiet Maltin jew li jingħataw minn spiżeriji tal-Gvern huma mportanti minn pajjiżi membri tal-Gvern huma mportati minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropeja. Ma ssirx impostazzjoni ta' mediċini mill-Albanija.

Żwejra — Engineered Landfill - site plan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6944 u 6633 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' site plan li juri il-konfini preċiżi tal-Engineered Landfill taż-Żwejra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7289 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Interim From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xiri tal-Hexagon house

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar xtratx l-uffiċċju Hexagon House mill-fondi tagħha jew irrikorritx għall-fondi mill-banek?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7290 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Interim From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Skema CPPS - ammont ta' flus

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li ġabret il-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-iskema CPPS u li sal-lum għadhom għandha u ma sarx użu minnhom? Jistgħu dawn il-flus jinqasmu skond il-lokalità li nġabru minnha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ħaġar Qim u l-Imnajdra — distanza bejn it-tempji u strutturi tat-tnied

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6971, tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx speċifikata d-distanza minima bejn il-ġebel tat-tempju u l-istrutturi tat-tined?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-distanza li dwarha qiegħed isaqsi l-Onorevoli Interpellant tirriżulta mid-disinji aprovati mill-esperti li ħejjew il-pjanti tax-xogħol. Matul il-proċess ta’ disinn, ingħatat ħafna importanza sabiex tassikura li dejjem tinżamm biżżejjed distanza bejn l-istrutturi protettivi u dawk megalitiċi, sabiex qatt ma jkun hemm l-inqas periklu ta’ xi kuntatt bejniethom.