Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kwalifiki għal driving instructor

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandha bżonn persuna sabiex tkun tista' taħdem ta' driving instructor? Jista' jgħid kemm hawn driving instructors liċenzjati f’pajjiżna bħalissa? Jista' jgħid kemm hemm nies li qed jistennew li jiksbu l-liċenzja ta' driving instructor?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat sabiex persuna tkun tista taħdem ta' driving instructor ma' skola tas-sewqan irid jagħmel kors ta' tagħlim li jkun approvat għal dak il-għan mill -Awtorita Dwar it-Trasprt kif ukoll li jgħaddi minn eżami dwar il-ħila tiegħu li jagħmilha ta' driving instructor. Sal-lum hemm 153 ‘driving instructor’ licenzjati f’pajjiżna fil-waqt li hemm 24 oħra jistennew li jiksbu din il-licenzja.

Ċittadini Ewropej — Lezzjonijiet tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-proċeduri li ċittadini tal-Unjoni Ewropea, iżda mhux ċittadini Maltin, iridu jgħaddu minnhom sabiex ikunu jistgħu jingħataw lezzjonijiet tas-sewqan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li kull ċittadin mill-Unjoni Ewropeja, biex ikun jista jingħata lezzjonijiet tas-sewqan irid isib Skola tas-Sewqan ta’ l-għażla tiegħu u japplika għat-Test tas-Sewqan. L-istess applikazzjoni tghodd ukoll bħala permess biex jitgħallem isuq fuq it-Triq.

Ta' Qali — Villaġġ tas-Snajja' - ażjendi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5585 u jagħti lista ta' ażjendi li llum qegħdin joperaw fil-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5585.

Ta' Qali — Villaġġ tas-Snajja' - ażjendi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5832 u 5585 u jagħti lista ta' ażjendi li llum qegħdin joperaw fil-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5585.

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Applikazzjoni għal żvilupp

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4684 mogħtija f'seduta 71 tal-15 ta' Jannar, 2009, fejn irriżulta li fit-22 ta' Settembru, 2008 ġie nvokat is-subartiklu 36(6) fir-rigward tal-applikazzjoni PA 2734/08 u li, minflok ma' l-awtorità ħarġet il-permezz minnufih, kif jimponi paragrafu (f) tas-subartiklu 36(6) tal-Att, din poġġiet l-applikazzjoni fuq l-agenda tat-30 ta' Settembru 2008 tal-Kummissjoni kompetenti wara li kien diġà skada t-terminu taż-żmien impost mil-liġi biex l-awtorità tkun tista' tagħmel dan, kif jidher ċar mill-istess risposta u mid-dettalji li qed jintbagħtu separatament, jista' l-Prim Ministru jitlob lill-awtorità tispjega dan l-aġir tagħha? Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'deċiżjoni ħadet dwar din l-applikazzjoni l-Kummissjoni kompetenti fis-seduta tagħha tat-30 ta' Settembru 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-artikolu 36(6) tal-Att ma' jimponix li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar toħroġ il-permess minnufih iżda li ċ-Chairman ta' l-Awtorità jitlob lid-Direttur sabiex jipproċessa l-applikazzjoni, jitħejja r-rapport u jirreferi l-istess rapport liċ-Chairman tal-Bord kompetenti fi żmien ħamest ijiem mit-talba ta' l-applikant. Meta ċ-Chairman tal-Bord jirċievi dan ir-rapport, għandu jqiegħed l-applikazzjoni għall-ewwel seduta li jkun imiss. F'dan il-każ ġiet segwita din il-proċedura u l-ewwel seduta li kien imiss kienet dik tat-30 ta' Settembru 2008. Huwa biss fin-nuqqas li tittieħed deċiżjoni li jiġi fis-seħħ paragrafu (f) tas-subartiklu 36(6). F’dan ir-rigward, u b’referenza għal PQ 4684 nixtieq niċċara li ma tinżammx statistika speċifika u għalhekk mhux possibbli tgħid kemm mit-talbiet taħt 36(6) huma taħt il-paragrafu (f). Waqt il-laqgħa tat-30 ta' Settembru 2008, fil-preżenza ta' l-applikant u l-perit tiegħu, ġie deċiż li l-applikazzjoni PA 2734/08 timxi u tiġi deċiża flimkien ma' l-applikazzjoni PA 560/06. Minħabba l-ipproċessar li kien għad hemm bżonn fl-applikazzjoni PA 560/06, inkluż talba għal pjanti ġodda, tibdil fir-rapport u rakkommandazzjoni mis-Sanità, l-ewwel seduta li kien imiss kienet dik tal-21 t'Ottubru 2008. F'din is-seduta l-applikazzjoni PA 2734/08 ġiet milqugħa.

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Permessi

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4684, rigward talbiet biex jinħareġ il-permess skond tal-paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) ta' l-Att, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-artiklu 36, inkluż il-paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6), huwa intiż biex jirregola ż-żmien konċess lill-awtorità biex tiddeċiedi fuq kull tip ta' applikazzjoni mingħajr eċċezzjoni, biex b'hekk jiġu salvagwardati l-interessi leġittimi tal-applikanti kontra dewmien żejjed li jista' jkun hemm min-naħa tal-awtorità? B'mod partikolari, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-provvedimenti tas-subartikli 36 (1) sa 36 (6), inkluż il-paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6), huma intiżi biex jirregolaw kemm dawk l-applikazzjonijiet li jaqgħu taħt is-subartiklu 36 (1) kif ukoll dawk li ma jaqgħux taħtu, f'liema każ dawn is-subartikli japplikaw kif debitament emendati mis-subartiiklu 36 (7)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Artikolu 36 ta' l-Att huwa ntiż għal żviluppi fiż-żona ta' żvilupp, u żviluppi konformi mal-policies u liġijiet tal-Ippjanar. L-artikolu jistabilixxi wkoll proċeduri li għandhom jiġu segwiti sabiex ma jkunx hemm dewmien esaġerat. Żviluppi li mhumiex koperti bis-subartikolu 36(1) jinkludu żviluppi li jaqgħu barra mil-limiti ta' l-iżvilupp u dawk li mhumiex konformi mal-liġijiet ta' l-ippjanar. F’dan ir-rigward, u b’referenza għal PQ 4684 nixtieq niċċara dan li ġej. L-artikou 36(6) tal-Att ma jimponix li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar toħroġ il-permess minnufih iżda li ċ- Chairman ta' l-Awtorità jitlob lid-Direttur sabiex jipproċessa l-applikazzjoni, jitħejja r-rapport u jirreferi l-istess rapport liċ- Chairman tal-Bord kompetenti fi żmien ħamest ijiem mit-talba ta' l-applikant. Meta ċ- Chairman tal-Bord jirċievi dan ir-rapport, għandu jqiegħed l-applikazzjoni għall-ewwel seduta li jkun imiss. F'dan il-każ ġiet segwita din il-proċedura u l-ewwel seduta li kien imiss kienet dik tat-30 ta' Settembru 2008. Huwa biss fin-nuqqas li tittieħed deċiżjoni li jiġi fis-seħħ paragrafu (f) tas-subartikolu 36(6). F’dan il-każ ma tinżammx statistika speċifika u għalhekk mhux possibbli tgħid kemm mit-talbiet taħt 36(6) huma taħt il-paragrafu (f).

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Permessi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4684 dwar talbiet biex joħroġ il-permess skond paragrafu (f) tas-subartiklu 36(6) tal-Att, li ġew kollha rifjutati, jista' l-Prim Ministru jitlob l-awtorità tispjega għaliex fil-każ ta' 36 applikazzjoni minn dawn, li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, kien hemm dewmien ta' tliet xhur jew iktar minn meta kien tlesta d-Development Permit Application Report sa meta ttieħdet deċiżjoni mill-kummissjoni kompetenti, minkejja li ma kienx hemm iktar ipproċessar xi jsir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li t-tagħrif mitlub fil-mistoqsijiet parlamentari 6317 u 6318 huwa kważi l-istess, qed inpoġġi tabella waħda għaż-żewġ mistoqsijiet.

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Art barra z-zona ta' żvilupp

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4684 fejn jirriżulta skond l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li l-101 talba biex jinħareġ permess skont paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) tal-Att ġew kollha rifjutati minħabba li l-applikazzjonijiet jew kienu barra miż-żona ta' żvilupp jew ma kenux mibgħuta skond kif tipprovdi l-liġi, jista' l-Prim Ministru jiċċara jekk, meta jgħid li ma kenux mibgħuta skond kif tipprovdi l-liġi, hux qed jirreferi għall-applikazzjonijiet għall-permess ta' żvilupp jew inkella għat-talbiet biex jinħareġ permess, skont l-paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) tal-Att?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta f’PQ 4684 saret referenza li dawn l-applikazzjonijiet taħt Art 36(6) ta’ l-Att li kienu rrifjutati minħabba li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-liġi, dan kien ifisser li t-talba stess ma kienetx valida. Dan l-aktar li jiġri minħabba li l-proċedura hekk kif stabbilita fil-liġi, u li dettalji tagħha ngħataw f’PQ 6315, ma tkunx ġiet segwita għax, per eżempju, l-ittra ma tkunx irreġistrata, ħaġa li titlob il-liġi. F’dan ir-rigward, u b’referenza għal PQ 4684 nixtieq niċċara dan li ġej. L-artikolu 36(6) tal-Att ma jimponix li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar toħroġ il-permess minnufih iżda li ċ- Chairman ta' l-Awtorità jitlob lid-Direttur sabiex jipproċessa l-applikazzjoni, jitħejja r-rapport u jirreferi l-istess rapport liċ- Chairman tal-Bord kompetenti fi żmien ħamest ijiem mit-talba ta' l-applikant. Meta ċ- Chairman tal-Bord jirċievi dan ir-rapport, għandu jqiegħed l-applikazzjoni għall-ewwel seduta li jkun imiss. F'dan il-każ ġiet segwita din il-proċedura u l-ewwel seduta li kien imiss kienet dik tat-30 ta' Settembru 2008. Huwa biss fin-nuqqas li tittieħed deċiżjoni li jiġi fis-seħħ paragrafu (f) tas-subartikolu 36(6). F’dan il-każ ma tinżammx statistika speċifika u għalhekk mhux possibbli tgħid kemm mit-talbiet taħt 36(6) huma taħt il-paragrafu (f).

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp — Applikanti nfurmati li t-talba tagħhom ma ġietx milqugħa

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4684 dwar talbiet biex joħroġ il-permess skont paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) tal-Att, li ġew kollha rifjutati, jista' l-Prim Ministru jgħid liema applikanti ġew infurmati mill-awtorità li t-talba tagħhom ma kenitx ġiet milqugħa, meta ġew infurmati, u x'kienet ir-raġuni li ngħataw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għal PQ 4684 nixtieq niċċara li l-artikolu 36(6) tal-Att ma jimponix li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar toħroġ il-permess minnufih iżda li ċ-Chairman ta' l-Awtorità jitlob lid-Direttur sabiex jipproċessa l-applikazzjoni, jitħejja r-rapport u jirreferi l-istess rapport liċ-Chairman tal-Bord kompetenti fi żmien ħamest ijiem mit-talba ta' l-applikant. Meta ċ- Chairman tal-Bord jirċievi dan ir-rapport, għandu jqiegħed l-applikazzjoni għall-ewwel seduta li jkun imiss. F'dan il-każ ġiet segwita din il-proċedura u l-ewwel seduta li kien imiss kienet dik tat-30 ta' Settembru 2008. Huwa biss fin-nuqqas li tittieħed deċiżjoni li jiġi fis-seħħ paragrafu (f) tas-subartikolu 36(6). F’dan il-każ ma tinżammx statistika speċifika u għalhekk mhux possibbli tgħid kemm mit-talbiet taħt 36(6) huma taħt il-paragrafu (f). Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi lista ta’ l-applikanti li talbu li l-applikazzjoni sabiex ikunu ipproċessati skond Artikolu 36(6) tal-Att.

Ta' Qali — Villaġġ tas-Snajja' - ażjendi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6052, 5832 u 5585 u jagħti lista ta' ażjendi li llum qegħdin joperaw fil-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5585.

Eżenzjoni mill-income tax għan-nisa li jidħlu lura għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa biex tidħol fis-seħħ l-miżura mħabbra fl-aħħar budget li permezz tagħha kull omm li diġa' taħdem jew li m'ilhiex nieqsa mix-xogħol ħames snin, u li tidħol lura għax-xogħol wara li jkollha t-tfal, tingħata sena eżenzjoni mill-income tax, għat-tfal kollha li twieldu mill-2007 'l quddiem?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevli Interpellant illi n-nisa li kellhom it-tfal mill-2007 lil hawn u bdew (jew komplew) jaħdmu wkoll minn dik id-data lil hawn huma ntitolati għal eżenzjoni mit-taxxa sa massimu ta’ €2000 fis-sena. L-ewwel eżenzjonijiet huma applikabbli mis-sena bażi 2008 u għalhekk jintalbu fil-prospett tat-taxxa li jintbagħat f’Ġunju li ġej. L-Avviż Legali relatat qiegħed fil-proċess li jiġi pubblikat. Id-dettalji dwar din l-iskema ser ikunu wkoll fuq il-website tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni.

Road tax

Question

Billi minn din is-sena nbidlu l-kriterji li abbażi tagħhom wieħed iħallas il-liċenzja (road tax) annwali tiegħu, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt bniedem li jbiddel il-magna tal-vettura tiegħu, mingħajr ma jbiddel il-vettura hux ser ikun jista' jitlob għar-reviżjoni tal-ħlas dovut, abbażi ta' l-emissjonijiet li l-magna mqiegħda ġdida fil-fatt tipproduċi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #6620 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Lunzjata — skart u ħmieġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6396 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid: Peress li r-residenti ta' Triq Lunzjata fir-Rabat, Għawdex qed jilmentaw minħabba rwejjaħ ikkaġunati minn rimi ta' skart u ħmieġ ieħor f'Wied il-Lunzjata, tara li dan l-inkonvenjent jiġi ndirizzat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-Kunsill Lokali Rabat (Għawdex) qatt ma daħallu xi lment li qed jintefa skart fil-Wied tal-Lunzjata. Il-Kunsill kellu lment fl-2008 dwar ħruġ ta’ drenaġġ li kien qed jikkawża riħa. Dan l-ilment kien ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma fi Frar 2008. Madanakollu l-ilment imressaq mill-Onorevoli Membru ġie mgħoddi lill-Kunsill għall-attenzjoni tiegħu.
Leg 11 PQ #6713 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dħul ta' flus mill-multi tal-wardens

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont (breakdown) ta' kemm daħħal flus mill-multi tal-wardens fis-sena 2006, 2007? Jista' jagħti dan it-tagħrif ukoll għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-30 ta' Marzu 2008, bejn l-1 ta' April 2008 u l-31 ta' Diċembru 2008 u bejn l-1 ta' Jannar 2009 u t-28 ta' Frar 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Membru. Ta’ min wieħed jinnota illi inkluża fl-informazzjoni hemm flus li daħlu minn ċitazzjonijiet maħruġa mill-Pulizija.

Nies li daħlu f'pajjiżna b'mod irregolari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm min-nies li daħlu fil-pajjiż b'mod irregolari matul is-sena 2008: a) iżżewġu f'Malta? b) kellhom tfal? ċ) ħallew ħajjithom? d) suppost kienu parti minn dan il-grupp imma m'hemmx traċċi ta' x'sar minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din l-informazzjoni ma tinżammx fil-Ministeru tiegħi.

Kwalità u Kwantità ta' turisti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet qed jaħdem fuqhom sabiex jerġa' jżid il-kwalità kif ukoll il-kwantità ta' turisti li għandhom iżuru Malta fl-2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern, permezz tal-isforzi tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, kontinwament jesegwixxi pjani li huma ntiżi sabiex itejbu l-kwalità tat-turisti li jżuru Malta. Dawn il-pjani jkopru kemm l-aspett ta' prodott, sabiex permezz ta' titjib fl-offerta nkunu nistgħu nattiraw profil ta' turist aħjar, kif ukoll permezz ta' marketing li jindirizza dawk il-vjaġġaturi li l-aktar jaqbel għall-pajjiżna. Il-pjan fir-rigward ta' kwantita’ ta' turisti jibni fuq is-sentejn rekord li għadha kif irreġistrat Malta bejn l-2007 u l-2008, liema sentejn igħinuna niffaċċjaw l-isfidi li qed iħabbat wiċċu magħhom it-turiżmu internazzjonali b'kuraġġ li għandna destinazzjoni attraenti u mfittxija minn numru sostanzjali ta' turisti internazzjonali.

Ftehim bejn il-Gvern u l-Unjoni Ħaddiema Maqugħdin — allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema nursing aids, health assistants, care workers u assistant care workers li qed jibbenefikaw mill-ftehim li kien sar bejn il-Gvern u l-Unjon Ħaddiema Maqugħdin fis-7 ta' Marzu 2008, ġurnata qabel l-elezzjoni ġenerali? Kemm hemm minn dawn l-kategoriji ta' ħaddiema li diġà qed jibbenefikaw minn allowances li laħqet €1150 fis-sena? Kemm fadal ħaddiema f'dawn il-gradi li għadhom ma ħadux dawn l-allowances u għaliex dawn għadhom ma ħadux dawn l-allowances s'issa?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pillola ġdida għad-dijabetiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din il-pillola li ssemmiet fil-gazzetta "The Times" tas-16 ta' Diċembru 2008, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tista' tintuża minflok l-injection fuq il-pazjenti tad-dijabete, hux se titniżżel fil-lista ta' pilloli b'xejn fil-kartuna r-roża? Jista' jgħid jekk isirx costing ta' kemm qed jiġi jiswa pazjent illum u kemm jiġi jiswa jekk din il-pillola tidħol fis-seħħ? Jiġi kkunsidrat li jekk tidħol din il-pillola l-pazjenti ma jkollhomx għalfejn jittaqqbu iktar u allura jkollhom inqas tbatija?

Response (DALLI, JOHN)

Il-mediċina li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Agius Decelis hija il-Januvia li hija d-ditta ta’ l-ingredjent farmaċewtiku Sitagliptin. Fil-preżent hemm applikazzjoni pendenti mill-Marketing Authorisation Holder biex din il-mediċina tiġi kkunsidrata għall-introduzzjoni fil-formularju tal-gvern. Rigward il- costings u il-vantaġġi ta’ medicini ġodda fuq oħrajn alternattivi li diġa qegħdin fil-formularju, wieħed irid jgħid li dawn jagħmlu parti integrali mill-evalwazzjoni ta’ kull mediċina li għaliha jkun hemm talba biex tiġi inkluza fil-formularju.

Ta' Qali — Villaġġ tas-Snajja - ażjendi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6500, 6052, 5832 u 5585 u jagħti lista ta' ażjendi li llum qegħdin joperaw fil-Villaġġ tas-Snajja ta' Ta' Qali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5585.

Awtorità dwar it-Trasport — Ħal Tarxien - Triq Palma - Bus Shelter

Question

Peress li għaddiet sena minn meta l-Awtorità dwar it-Trasport qalgħet bus shelter li kien jinsab fi Triq Palma, f'Ħal Tarxien u dan ma reġgħax tpoġġa f'postu b'inkonvenjet kbir għar-residenti li jużaw din il-bus stop fi triq ewlenija, jista' l-Ministru jindika meta l-Awtorità ser tpoġġi lura l-bus shelter eżattament fejn kien? Jista' jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari 5171 li tressqet għall-attenzjoni tiegħu fit-12 ta' Jannar li għadda li tirrigwarda l-proġett li twettaq fi Triq il-Knisja, f'Ħal Tarxien u li fadallu xi dettalji xi jsiru biex ikun konformi mal-pjanti oriġinali tal-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-bus shelter fi Triq il-Palma inqala’ mill-Awtorità fuq talba tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien minħabba li dan il-bus shelter kien fi stat perikoluż. Ir-responsabbiltà tat-tqegħid mill-ġdid tal-imsemmi bus shelter hija tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien minħabba li dan jinsab f’ żona residenzjali. Fir-rigward ta’ l-ewwel parti tal-mistoqsija Parlamentari nru.5171, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 2565.