Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pensjoni ta' l-irtirar — Capping

Question

Jista' l-Minsitru jgħid x'inhuwa l-capping li qed jintuża bħalissa fir-rigward tal-pensjoni ta' l-irtirar u kemm dan il-capping ilu ma jiġi rivedut? Meta huwa maħsub li dan il-capping jiġi rivedut, skond kif kien imwiegħed meta ġiet introdotta r-riforma fil-pensjonijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi il-capping li qed jintuża din is-sena fir-rigward tal-pensjonijiet tal-irtirar huwa ta’ € 16,813. Dan il-- capping beda jiżdied biż-żidiet li l-Gvern jagħti għall-għoli tal-ħajja b’effett mis-sena 2007 u hu garantit li jibqa jiżdied sa ma jilħaq l-ammont ta’ €17,470 għal dawk il-persuni li twieldu qabel il-31 ta’ Diċembru 1951 u sa ma jilħaq l-ammont ta’ €20,964 għal dawk il-persuni li twieldu qabel il-31 ta’ Diċembru 1961. Ninsab informat ukoll li mis-sena 2014 il- capping imsemmi jibda jiżdied bl-ammont li jikkorrespondi għal 70 fil-mija miż-żieda perċentwali fil-paga medja nazzjonali flimkien ma’ 30 fil-mija tar-rata tal-inflazzjoni ibbażata fuq is-sena ta’qabel għal dawk il-persuni li twieldu wara l-1 ta’ Jannar 1962.

San Gwann — Triq Sebuqa

Question

Ġaladarba qed ikun hemm inċidenti spissi fit-Triq Sebuqa, San Gwann u hemm talbiet għal miżuri ta' traffic calming mir-residenti u mill-kunsill lokali, jista' l-Ministru jgħid x'miżura beħsiebha tieħu l-Awtorità dwar it-Trasport biex dawn l-inċidenti jitnaqqsu u r-residenti jistgħu jserrħu rashom li t-triq ma tibqax tintuża donnha korsa tal-karozzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Birzebbugia — St Peters Football Club

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex waslu l-proċeduri li kellhom iwasslu sabiex St Peters Football Club ta' Birżebbugia jingħata sit fil-kontrada tal-Brolli f'Birżebbugia stante li sal-lum it-tfal m'għandhomx fejn jilgħabu u jitrenjaw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kunsill Malti għall-iSport qed jistenna l-proċess jimxi min-naħa tad-Dipartiment ta’l-Artijiet fir-rigward tat-talba li saret mill-Birżebbuġa Sports Foundation.

Studenti li se jtemmu l-edukazzjoni sekondarja

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti li se jtemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom f'din is-sena skolastika fl-area secondary schools, fil-Junior Lyceums, fl-iskejjel tal-knisja u fl-iskejjel privati? Tista' tagħti l-istatistika maqsuma f'subien u bniet? Tista' t-tagħrif jinqasam għal Malta u Għawdex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Studenti li gradwaw bħala għalliema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti li ggradwaw bħala għalliema fl-aħħar gradwazzjoni li kien hemm? Tista' tgħid jekk dawn hux kollha sabu mpjieg? Kemm iggradwaw biex igħallmu fl-iskejjel primarji? Tista' tgħid kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa f'kull każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ studenti li ggradwaw bħala għalliema f’Diċembru 2008 hu kif jidher hawn taħt: Kors Nisa Irġiel Total B.Ed.(Hons): li minnhom Primary 92 27 30 3 122 30 PGCE 68 28 96 Id-Dipartiment għal Servizzi Edukattivi rċieva 89 applikazzjoni mingħand individwi li applikaw għall-post ta’ għalliema fis-settur Primarju. Minn dawn l-applikazzjonijiet kien hemm 53 ineliġibbli. Kien hemm 36 li qagħdu għall-intervista u minn dawn għaddew 28 (25 nisa u 3 irġiel), 5 m’għaddewx u 3 irtiraw l-applikazzjoni. Minn dawk li għaddew 22 ġew impjegati, 5 talbu postponiment u 1 inħatar kap ta’ skola. L-Universita’ ta’ Malta u d-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni m’għandhomx informazzjoni jekk dawk li ggradwaw sabux impjieg.
Leg 11 PQ #7800 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentri ta' matul il-jum għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet hemm miftuħa ċentri għal matul il-jum għall-anzjani? F'liema ġranet u ħinijiet dawn ikunu miftuħa? Kemm jattendu anzjani f'kull ċentru?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7825 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

liċenzji tal-campers

Question

Jista' l-Prim Ministru jinfurmani jekk huwiex veru li l-liċenzji tal-campers se jogħlew minn din is-sena? Jekk huma ogħla mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea , jista' jgħid għaliex, anke jekk dawn il-caravans jintużaw għall-weekends biss?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7826 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Inkjesta dwar mewt  ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta dwar il-mewt tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jikkonferma li fuq dan il-każ minbarra li saret inkjesta interna saret ukoll inkjesta Maġisterjali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #6990 Sitting 99 2009-04-04 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żejtun — tneħħija ta' ħajt

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5987, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li mar jagħmel spezzjoni fuq il-post imsemmi sabx strutturi kemm temporanji u/jew permanenti, mibnija illegalment u mingħajr permess u dan b'periklu ċar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Mosta — Ċimiterji antiki

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanti li juru fejn kienu ċ-ċimiterji fil-Mosta u fil-limiti tal-Mosta sa 50 sena ilu? Jista' jgħid jekk dawn l-artijiet li kienu jew għadhom jintużaw bħala ċimiterju kenux art tal-gvern jew art tal-Knisja jew privata?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6993.

Pont Manwel Dimech — Landscaping

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4109 u jgħid jekk ix-xogħlijiet kollha tal-proġett tal-Bridge Manwel Dimech inkluż ix-xogħol tal-landscaping fil-wied ta' taħt il-bridge hux lest kollu? Jekk fin-negattiv, meta se jitlestew ix-xogħlijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħolijiet tal-bini tal-Pont Manwel Dimech huma lesti għajr numru żgħir ta xogħolijiet li qed jiġu ndirizzati mill-kuntrattur. Fost dawn ix-xogħolijiet hemm modifikazzjoni fil-livell tal-asfalt fil-parti tat-triq fejn tagħqad mal-bridge li jagħti għall-mini u dan ix-xogħol sar. Din il-modifikazzjoni ġiet ordnata mill-Awtorita tat-Trasport wara li x-xogħol li kien sar f'din il-parti ma laħaqx l-istandard meħtieġ u għalhekk l-istess xogħol ser isir mill-kuntrattur a spejjeż tiegħu. Ix-xogħolijiet li saru fil-wied kienu ta' rijabilitazzjoni u mhux ta' landscaping. M'hemmx ippjanat xogħol ta' landscaping fil-wied.

Ftehim bejn l-MCAST u l-Federazzjoni ta' l-Industriji

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’rizultati nkisbu s’issa mill-ftehim iffirmat bejn l-MCAST u l-Federazzjoni ta’ l-Industriji f’Lulju 2007?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Permezz ta’ dan il-ftehim, l-MCAST għandha kuntatt dirett ma’ gruppi f’setturi diversi ta’ l-industrija. Dawn jagħtu feedback dwar x’hemm tajjeb, jew x’hemm bżonn li jinbidel biex il-korsijiet li joffri l-MCAST ikunu dejjem aġġornati maż-żminijiet u jippreparaw l-istudenti għax-xogħol. Infurmata wkoll li ġew offruti korsijiet speċifikament fuq rikjesta tal-industrija, fosthom Diploma in Manufacturing Excellence . Iż-żewġ istituzzjonijiet, jiġifieri l-MCAST u l-Federazzjoni ta’ l-Industrija, qed jieħdu sehem ukoll fi programmi ta’ riċerka mmexxijin mill-MCAST biex jiġi identifikat fejn hemm skills mismatch u b’hekk jiġu offruti korsijiet adattati.

MCAST — Training for Industry

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex jikkonsistu l-programmi tal-MCAST bl-isem ‘Training for Industry’? Kemm persuni s’issa ħadu sehem f’dawn il-programmi u b’liema rizultat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-korsijiet kollha li joffri l-MCAST huma tip ta’ Training for Industry. Biżżejjed wieħed jikkonsidra l-korsijiet fil-qasam tal-aviation maintenance u ħafna oħrajn li jiġu offruti bi sħab ma’ l-industrija. Biss ġeneralment din il-frażi tintuża b’referenza għal programmi offruti filgħaxija u ddisinjati u offruti skond il-bżonnijiet ta’ l-industrija jew anke ażjenda partikolari. Dawn il-korsijiet jiġu offruti kemm fl-MCAST kif wkoll fuq il-post tax-xogħol biex kemm jista’ jkun ma jintilifx ħin tax-xogħol. Din l-aħħar sena bbenefikaw minn dawn il-korsijiet madwar 150 adult u s’issa r-riżultati kienu dejjem mill-aħjar. Ta min jgħid wkoll li ħafna adulti oħra, madwar 4,000 kull sena, minn setturi varji jibbenefikaw minn korsijiet ta’ filgħaxija li jkunu ta’ natura iżjed ġenerali.

MCAST — Ipproċessar ta' kuntratti

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’passi se tieħu t-tmexxija tal-MCAST biex għal li ġej l-ipproċessar tal-kuntratti li joħorġu għall-private training providers fil-qasam tal-ICT isir fiż-żmien opportun mhux bl-għaġġla fis-sajf biex ix-xogħol isir sew u b’mod professjonali, mhux bħalma sar is-sajf li għadda b’mod dilettantesk u mhux serju kif qal il-Bord tal-Appell tal-Kuntratti Pubbliċi meta sema’ każ ta’ appell?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li x-xogħol ta’ preparazzjonijiet ta’ tenders relatati ma’ l-għoti ta’ kuntratti għall-private training providers fil-qasam tal-ICT diġa’ beda. Dan għandu jwassal għal għotja ta’ kuntratti kmieni u ferm qabel ma tibda s-sena skolastika.

MCAST — Bordijiet ta' studju

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema Bordijiet ta’ Studju jezistu s’issa fl-MCAST? X’inhu x-xogħol tagħhom? Xi pjanijiet għandu l-MCAST għal dawn it-tip ta’ bordijiet fis-snin li ġejjin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fl-MCAST s’issa jeżistu l-Bord tal-Gvernaturi, l-Bureau Amministrattiv u l-Kunsill tal-Istituti. Ix-xogħol ta’ dawn il-bordijiet huwa dak definit fl-Att tal-Edukazzjoni. Qed jittieħdu passi biex jitwaqqfu wkoll Bordijiet ta’ Studji u biex il-Kunsill tal-Istituti jiġi estiż biex ikollu rappreżentanza iżjed miftuħa.

Korsijiet fl-MCAST — Studenti nisa

Question

Tista' l-Ministru tgħid f’liema korsijiet għandu l-ħsieb l-MCAST jieħu inizjattivi biex iżid l-istudenti nisa? X’inizjattivi se jieħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-publikazzjonijiet u fil-promozzjoni tal-programmi kollha li jagħmel matul is-sena, kemm għall-korsijiet ta’ filgħodu kif ukoll dawk ta’ l-evening courses, l-MCAST jinforma bil-prospectus lill-istudenti prosepttivi kollha, mill-iskejjel kollha u ta’ abilitajiet differenti. L-MCAST jixtieq li t-tfajliet/nisa jiżdiedu fil-korsijiet kollha permezz ta’ promozzjoni li tkun miftuħa għal kulħadd, kif ukoll permezz ta’ tisħiħ ta’ counselling u l-careers guidance services tiegħu, f’kollaborazzjoni mal-iskejjel l-oħra f’pajjiżna.

MCAST — Korsijiet oħra

Question

Tista' l-Ministru tgħid b’kemm huwa stmat li jridu jiżdiedu r-riżorsi fiżiċi, umani u finanzjarji għall-MCAST fiż-żmien li ġej biex ikun jista' jwettaq b’mod adegwat il-pjan ambizzjuż li jipprovdi korsijiet oħra fil-qasam ta’ edukazzjoni avvanzata minbarra dawk eżistenti fil-livelli 1 sa 4?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-MCAST impenja ruħu li sa Settembru 2010 ikun beda joffri top-up fuq korsijiet ta’ livell 4 li jwassal għal degrees vokazzjonali f’erba’ mill-istituti tiegħu u fi żmien tlett snin fl-istituti l-oħra. Il-fondi meħtiega għat-taħriġ ta’ l-istaff kemm akkademiku kif wkoll mhux, kif wkoll fondi li għandhom x’jaqsmu ma’ disinn u preparazzjoni ta’ materjal għat-tagħlim, ġej kollu mill-European Social Fund (ESF). Riżorsi umani oħra u dawk fiżiċi jkunu approporzjon ta’ l-istudenti parteċipanti li naturalment huwa mistenni li jikber gradwalment.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Ta' liema marka, x'tip kienu u kemm qamu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba

Proġett fiċ-Ċirkewwa

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4784 jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex meħtieġa konferma mill-Kummissjoni Ewropea għall-allokazzjoni ta’ fondi għall-proġetti individwali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proġett taċ-Ċirkewwa huwa proġett wieħed u għall-allokazzjoni ta' fondi mill-UE għal dan il-proġett, mhiex meħtieġa konferma mingħand il-Kummissjoni Ewropea.