Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #7608 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — allokazzjoni finanzjarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu l-allokazzjonijiet finanzjarji li tqassmu lil kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex (jiġifieri lokal lokal) skont il-funzjonijiet tagħhom għas-snin 2008/2009, 2007/2008, u 2006/2007?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant kif ukoll l-allokazzjoni għas-sena finanzjarja 2009-10. Din it-tweġiba ġiet ikkoreġuta bid-dokument Nru. 2062 li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 101 tal-21 ta' April 2009.

Siġar tal-palm reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati siġar tal-palm minn mindu kellhom jigu registrati u ta' liema speċi huma, f’Malta, f’Ghawdex u Kemmuna? Kemm minn dawn huma pubbliċi u kemm minnhom huma privati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-ammont u t-tip ta' Palm li ġie rreġistrat mad-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti sas-6 ta' Marzu 2009 huwa skond kif ġej: Phoenix Washingtonia Oħrajn Total Malta 11,360 7,436 6,009 24,805 Għawdex 2,539 1,629 348 4,516 Total 13,899 9,065 6,357 29,321 Ir-reġistrazzjoni ġiet estiża sal-Ġimgħa 17 ta` April 2009. Ir-reġistrazzjoni tal-palm minn entitajiet governattivi u mill-Kunsilli Lokali, li hija separata, għadha qed tinġabar.
Leg 11 PQ #7610 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill lokali — attivitajiet kulturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li applikaw għall-għotja finanzjarja għall-attività/attivitajiet kulturali? Liema huma l-kunsilli lokali li se jibbenefikaw? X'inhu l-ammont li se jingħata lil kull kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kunsill Lokali li applikaw għall-iskema dwar Attivitajiet Kulturali kienu dawn: Mdina, Birgu, Isla, Qormi, Żabbar, Żejtun, Rabat (Għawdex), Floriana, Fontana, Għajnsielem, Għarb, Għasri, Hamrun, Kerċem, Marsaskala, Marsaxlokk, Mellieħa, Mqabba, Munxar, Nadur, Qala, Qrendi, San Ġwann, San Lawrenz, San Pawl il-Baħar, Tarxien, Xagħra, Żebbuġ (Għawdex), Żurrieq u Mtarfa. Il-Kunsilli li ser jibbenefikaw minn din l-iskema huma dawn: € Mdina 6,000 Birgu (żewġ skemi) 5,500 6,000* Isla 5,500 Qormi (żewġ skemi) 4,500 5,500 Żabbar 4,000 Rabat (Għawdex) 5,000 Floriana 5,500 Fontana 4,500 Għajsnielem 5,000 Għarb 5,000 € Għasri 4,500 Hamrun 5,000 Kerċem 4,500 Marsaxlokk 4,500 Mellieħa 4,500 Mqabba 5,000 Munxar 5,000 Nadur 4,500 Qala 4,500 Qrendi 4,500 San Lawrenz 5,000 Tarxien 5,000 Xagħra 4,500 Żebbug (Għawdex) 4,500 Żurrieq 5,500 Mtarfa 5,000 * L-iskema tal-Kunsill Lokali Birgu, li għaliha ġie mgħoti għotja finanzjarja ta’ € 6,000 kienet intenzjonata li ssir fl-aħħar ta’ Marzu u il-Kunsill talab li din l-attività ssir aktar tard matul l-istess sena. It-talba tal-Kunsill ġiet mgħoddija lill-Bord ta’ Aġġudikazzjoni sabiex jagħti r-rakkomandazzjoni tiegħu.

Pazjenti tat-Thalassemia — Mediċina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess biex il-pazjenti tat-Thalassemia jingħataw il-mediċina bl-isem X jad?

Response (DALLI, JOHN)

Fil-preżent hemm applikazzjoni pendenti biex il-mediċina Exjade, li fiha l-ingredjent farmaċewtiku Deferasirox, tiġi ikkunsidrata biex tiġi introdotta fil-formularju tal-Gvern. Bħalissa din l-appplikazzjoni qed tiġi evalwata.

Dipartiment tal-artijiet — Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu saru applikazzjonijiet mad-Dipartiment tal-Artijiet biex jiġu rikonoxxuti l-inkwilni f’artijiet proprjetà tal-Gvern fl-iskema tas-sena 2002? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew proċessati sal-lum? Għal liema raġunijiet ċerti applikazzonijiet tal-iskema tas-sena 2002 għadhom pendenti? U, peress illi dawk li għadhom qed jiġu proċessati, għal liema dewmien ma jaħtux huma, humiex ser jiġu eżentati mir-reviżjoni u awment fl-ammont għall-fidi taċ-ċens gravanti l-proprjetà tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Maltin li emigraw u barranin li ġew f'pajjiżna

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien l-ammont ta' Maltin li emigraw lejn pajjiżi oħra mill-2004 'l hawn b'mod permanenti? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' persuni barranin li ġew f'pajjizna mill-2004 'l hawn b'mod permanenti?

Response (BORG, TONIO)

B'riferenza għall-ewwel parti tal-Mistoqsija nru. 7616 nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel it-talba tiegħu lill-Ministru kkonċernat. Dwar it-tieni parti ninforma lill-Onorevoli Interpelleant li persuni barranin jistgħu jakkwistaw residenza permanenti f'Malta jekk: - Huma ċittadini ta' pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' l-Avviż Legali nr. 278 ta' 2006: Regolamenti ta' l-2006 dwar Status ta' Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi). Dawn jinħargilhom permess ta' residenza bħala Residenti fit-Tul - KE. Id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatiates, li huwa responsabbli mill-ħruġ ta' permessi ta' residenza, s'issa ħareg 421 permess ta' dan it-tip; - Huma persuni li għandhom ċertifikat mill-kummissarju tat-Taxxi Interni maħruġ taħt l-Avviz Legali nru. 428 ta' 2004: Regolamenti ta' l-2004 dwar Skema għal Residenti. Dwar in-numru ta' persuni li nħargilhom dan iċ-ċertifikat l-Onorevoli Interpellant jista' jitlob din l-informazzjoni lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Qormi — Bir id-Deheb fin - skema HOS

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-kuntratti tad-djar tal-Gvern min-naħa tal-Awtorità tad-Djar li kienu jaqgħu taħt l-iskema tal-HOS li jinsabu fi Triq id-Deheb Fin, f'Ħal Qormi li ħafna minnhom għadhom fuq l-att tal-konvenju mal-Gvern? Jista' jgħid kif din il-problema tista' tiġi riżolta għal dawn il-familji li jixtiequ li jifdu anke ċ-ċens li għandhom fuq l-art?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art fi Triq id-Deheb Fin, Ħal Qormi, li fuqha nbnew id-djar taħt l-iskema tal-HOS kienet ġiet dikjarata mill-Gvern bħala meħtieġa għal skop pubbliku. L-akkwist ta’ l-art għadu ma ġiex iffinalizzat peress li s-sidien għadhom ma tħallsux il-kumpens dovut lilhom. Meta l-kumpens lis-sidien jitħallas, l-art fuq liema hemm mibnija dawn id-djar, tiġi mgħoddija lill-Awtorità tad-Djar sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jiffinalizzaw il-kuntratti tal-fidi taċ-ċens.

CVA

Question

Jista' l-Ministru jindika b'liema liġi l-operaturi tas-CVA ingħatalhom id-dritt li jekk ma jitħallsux id-drittijiet dovuti lilhom, persuna ma tistax tħallas il-liċenzja tal-vettura?

Response (GATT, AUSTIN)

Infakkar lill-Onor Interpellant illi mhiex konswetudini ta' din il-Kamra li Ministru jagħti pariri legali.
Leg 11 PQ #7625 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni ta' single mother li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li applikat għal akkomodazzjoni alternattiva?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Awtorita’ tad-Djar rċeviet l-applikazzjoni tal-persuna imsemmija fl-4 ta’ Frar, 2009 u għalhekk qagħda qed tiġi proċessata.

Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma kemm ġew utilizzati fondi mill-Unjoni Ewropea li attwalment issarrfu f'nefqa mill-Gvern fis-sena 2007 u fis-sena 2008 u fl-ewwel xahrejn tas-sena 2009?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Riċessjoni f'Malta

Question

Peress li pajjiżna issa jinsab f'riċessjoni, jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub mill-Gvern li Malta ser toħroġ mir-riċessjoni? X'inhuma l-pjani tal-Gvern u x'qiegħed attwalment iwettaq biex il-pajjiż joħroġ malajr mir-riċessjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ekonomija Maltija hija waħda miftuħa ħafna u għalhekk hija esposta għaċ-ċiklu ekonomiku u finanzjarju nternazzjonali. L-aħħar tbassir ekonomiku mid-diversi istituzzjonijiet internazzjonali juri li hemm ċans li ħafna mill-ekonomiji l-kbar jibdew jirpiljaw lejn l-ahhar ta’ din is-sena jew kmieni s-sena d-dieħla. Imma, ta’ min jgħid li l-qagħda ekonomika għadha fraġli u fluwida ħafna u għalhekk huwa diffiċli li tgħid li dak li qiegħed jitbassar se jseħħ kif previst. Naturalment, jekk is-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali titjieb, Malta għandha tgawdi minnha wkoll. Il-Gvern ppreveda l-qagħda ekonomika attwali meta fassal il-baġit għal din is-sena u għalhekk ħaseb għal programm qawwi ta’ nvestiment kif ġej: (a) xogħolijiet infrastrutturali – 124 miljun ewro; (b) proġetti ambjentali – 61 miljun ewro; (c) titjib fil-ħiliet tal-poplu tagħna (apparti l-qasam edukattiv) – 58 miljun ewro; (d) enerġija alternattiva u l-użu efficjenti tal-enerġija – 30 miljun ewro; (e) inċentivi lill-intrapriżi u promozzjoni akbar lis-setturi ekonomiċi tagħna, inkluż it-turiżmu – 47 miljun ewro; (f) miżuri li jinċentivaw ix-xogħol u li jħallu aktar flus fi bwiet in-nies. Iżda apparti dan, il-Gvern kompla bil-ħidma tiegħu u fassal numru ta’ strateġiji oħra li jinċentivaw u jsostnu x-xogħol f’pajjiżna. Għaldaqstant, kull fejn ikun meħtieġ, il-Gvern qiegħed jgħin lill-intrapriżi li jkunu għaddejjin minn xi diffikultajiet u li għandhom futur u li lesti jkomplu jinvestu f’pajjiżna. Dan diġa sar b’suċċess ma’ numru ta’ ntrapriżi fil-qasam tal-manifattura.

Nefqa kapitali tal-Gvern

Question

Peress li fid-diskors tal-budget il-Ministru kien saħaq fuq nefqa kapitali akbar biex tilqa' għar-riċessjoni, x'inhi r-raġuni li n-nefqa kapitali tal-Gvern fl-ewwel xahrejn tas-sena 2009 kienet madwar €15 miljun anqas mill-ewwel xahrejn tas-sena 2008? X'inhuma n-nefqiet kapitali li l-Gvern ser jimplimenta fis-sitt xhur li ġejjin u meta ser jinbdew attwalment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-raġunijiet għan-nefqa anqas fl-ewwel xahrejn tal-2009, hekk kif ipparagunat ma’ l-istess xhur fl-2008, huma prinċipalment minħabba nefqa kapitali għat-tlestija tal-proġett ta’ l-isptar Mater Dei u minħabba akkwist ta’ ishma fil-Malta Exchange Holdings plc, liema spejjeż seħħew fl-ewwel xahrejn tas-sena 2008 u ma reġax sar infiq simili fl-2009. L-infieq kapitali li huwa mistenni li jseħħ fis-sitt xhur li ġejjin u għall-bqija tas-sena huma kif iddettaljati fl-Estimi Finanzjari tal-2009.
Leg 11 PQ #7637 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

impjegati il-qorti — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm hemm impjegati il-Qorti u f'liema gradi u fejn huma assenjati? Jista' jgħarraf ukoll lill-Kamra jekk wara l-promozzjonijiet riċenti kienx hemm replacement għal dawk li ħadu xi promozzjoni ġdida?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' impjegati fil-Qorti huwa kif ġej:- Direttur Ġenerali 1 Qrati u Tribunali Ċivili 214 Qrati u Tribunali Kriminali 67 Support Services 106 TOTAL 388 Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru fit-tieni parti tal-ewwel mistoqsija. Rigward l-aħħar domanda ninsab infurmat illi d-Diviżjoni Qrati tal-Ġustizzja għadha kemm għamlet talba għal seba' skrivani.

Tribunal għat-talbiet tal-konsumaturi

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 7167 u 7172 illi jindikaw kemm ġew preżentati kawżi quddiem it-tribunal għat-talbiet tal-konsumatur, kif ukoll in-numru ta' kawżi li ġew deċiżi matul is-snin 2006-2008, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hux aċċettabbli illi jinħoloq dan il-back log kollu? X'riżorsi qed jingħataw lil dan it-tribunal biex ma jkunx hemm daqstant kawżi pendenti?

Response (FENECH, TONIO)

Peres li n-numru ta’ każijiet riferuti lit-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur kiber b’mod sostanzjali f’dawn l-aħħar xhur qed jiġi kkunsidrat jekk għandiex tissaħħaħ l-amministrazjoni tat-Tribunal bien jitnaqqas il-back log li hemm.
Leg 11 PQ #7639 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Interim From: MICHAEL FALZON To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enforcement order

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ġara fir-rigward tal-enforcement order,li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li baqgħet qatt ma ġiet inforzata? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni għaliex l-flat in kwistjoni baqa' jitħalla jservi bħala post tat-talb mhux uffiċjali minkejja d-diversi ilmenti ripetutament mir-residenti tal-madwar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7640 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sejba ta' Mediċini foloz

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni tal-Pulizija rigward is-sejba ta' mediċini foloz li kienet seħħet xi żmien ilu, b'mod partikolari b'referenza għall-mediċina Plavix? Jekk din tinstab konkluża, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-istess inkjesta fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, x'inhu jsir sabiex din l-inkjesta fl-aħħar tingħalaq, aktar u aktar meta wieħed iqis li din hi materja tant serja li tirrigwarda s-saħħa tal-pubbliku in ġenerali?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirrerferi l-Mostoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #7641 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Rinovar fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7509, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitkompla r-rinnovar fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija, b'referenza speċjali għal dawk li huma l-uffiċini?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Kif diġa` spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru 7509, peress li l-pjan ta' rinnovar fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għadu għaddej, ix-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Membru ser isir meta jkun il-waqt.
Leg 11 PQ #7642 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Triq Wied il-Għajn — avviż legali

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra x'passi ttieħdu fil-proġett tat-Triq Wied il-Għajn biex jiġi osservat l-avviż legali numru 281/2004? Jista' jgħid ukoll jekk ġiex ukoll appuntat health and safety supervisior fid-design and constructions stages?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ċimiterji fil-Mosta — art tal-gvern jew tal-Knisja

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 6993, jista' l-Ministru janalizza r-risposta mogħtija mal-informazzjoni li qed tidher separatament. Din il-mistoqsija qed titpoġġa sabiex għall-fini ta' riċerka u storja jkollna risposta partikolari li tkun konformi mal-istorja. Għalhekk jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-informazzjoni tal-Gvern fir-rigward tal-informazzjoni li qed tidher separatament ma' din il-mistoqsija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern m’għandha l-ebda indikazzjoni li ċ-ċimiterji li kienu jinsabu maġenb iż-żewġ kappelli imsemmija fid-dokumentazzjoni ppreżentata huma jew kienu proprjeta’ tal-Gvern.