Trasferiment ta' persuna għal San Vincenz de Paule
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7277, 6929 u 6658 u jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li b'ittra tas-26 ta' Frar, 2009 ġiet trasferita mill-home tal-Imsida għar-Residenza San Vincenz de Paule għal raġunijiet għal kollox inġusti li jmorru kontra kull sens ta' dak li huwa sewwa għal żewġ raġunijiet prinċipali:
i) hija lanqas biss ingħatat raġuni għat-trasferiment;
ii) l-istess persuna kienet għamlet att ta' whistleblowing kontra żewġ persuni li jaħdmu fil-home tal-Imsida (ara l-annessi ittri Dok A u B) u minn fuq kienet hi li ġiet trasferita mill-home tal-Imsida għal San Vincenz!
Jaħseb il-Ministru li dan m'huwiex skond is-sewwa u allura l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għandha tmur lura fejn kienet?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li d-Dipartiment tal-Anzjani iddeċieda li din il-persuna jkun aħjar li tiġi trasferita kemm fl-interess ta' l-istess impjegata kif ukoll minħabba esiġenza tas-servizz.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3994 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3995 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Response (GATT, AUSTIN)
Rigward l-informazzjoni mitluba li tkopri sal-aħħar tal-2008, nitlob lill Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru 4292. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni rigward 2009.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4000 u tgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għall-perjodu Jannar 2008 sa Marzu 2009 hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Rigward is-snin 2004-2007 nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġibiet Parlamentari Numri 7542, 18073, 25148, 26033 u 28280.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ u jkompli jestendi l-għajnuna lill-famlija li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Dħul ta' VAT — Oġġetti tal-informatika u computers
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6602, jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien id-dħul tal-Gvern mit-taxxa tal-VAT fuq il-prodotti tal-informatika, computers u ammonti oħra ta' VAT koperta taħt l-istess kategorija għall-fini ta' VAT?
Response (FENECH, TONIO)
Kif diġa ġie spjegat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6602 mhux possibli li jingħata t-tagħrif fil-format kif mitlub.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' fuel/petrol
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6927, 6617, 6208, 6118, 5820, 5580 u 5123 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' fuel/petrol
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6927, 6617, 6208, 6118, 5820, 5580 u 5123 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5123.
Bulebel u Ħal Far — Fabbriki tal-farmaċiji - skart
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir bl-iskart (inkluż waste water) li jipproduċu l-fabbriki tal-farmaċija kemm f'Bulebel kif ukoll f'Ħal Far?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Infurmat li parti żgħira biss ta’ skart f’forma solida jitwassal għat-trattament fl-inċineratur tal-Marsa. Nitlob l-Onor Membru biex għall-informazzjoni dwar it-trattament tal-kumplament tal-iskart kemm solidu u kemm likwidu, jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministri kkonċernati
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir riforma fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? Jekk fl-affermattiv, dan ifisser li xi partijiet tal-Korporazzjoni se jiġu privatizzati?
Response (GATT, AUSTIN)
Saru diversi riformi fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma matul il-5 snin li għaddew, liema riformi għadhom għaddejjien sal-lum. Fil-preżent m'hemm l-ebda pjan li xi partijiet tal-Korporazzjoni ser jiġu pprivatiżżati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6559 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Ambjent Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx xi proġett maħsub dwar l-użu aħjar tal-ġibjuni ta' Santa Liena, Bormla? Hemm xi ħsieb li jkunu msewwija biex jilqgħu fihom il-kapaċità oriġinali tal-ilma li għalihom kienu maħsuba?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5908 u jara li ssir spezzjoni u tittieħed azzjoni sabiex jinqerdu l-ammonti kbar ta' firien li hemm fl-akkwati tal-Blocks 1A, 1B, 2A, 2B, 3A, 3B f'San Ġwann t'Għuxa Bormla?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li saret spezzjoni minn uffiċjali tad-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali fil-lokal indikat ġo San Ġwann t’Għuxa Bormla. Fl-inħawi ma’ ġie nnotatat l-ebda akkumulu ta’ skart u lanqas xi drenagg miftuh. L-Aħħar trattament kontra l-ġrieden f’din l-area sar fid-19 ta’ Jannar 2009.
Informat ukoll li fl-4 ta’ Marzu, 2009, ħaddiema mis-sezzjoni għal protezzjoni kontra l-ġrieden, poġġew velenu tal-ġrieden fuq wara ta’ dawn il-
Blocks
li jiġi taħt is-swar. Tpoġġa wkoll velenu fil-manhole tad-drenaġġ tal-gvern quddiem
Block 3B
. L-
Area
indikata ser tibqa tiġi sorveljata u jerġa jsir trattament għal kontra il-ġrieden kif ikun hemm bżonn.
Awtorità Marittima ta' Malta — Baċir Nru 1 - bollards u ħadid
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7007 u jgħid jekk hemmx xi pjanijiet ġodda għall-Baċir Nru 1? X'inhi r-raġuni għaliex ħaddiema tal-Awtorità Marittima ta' Malta żebgħu bollards u xi ħadid ieħor mad-dawra tal-Baċir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li qed isir studju fuq il-possibilita’ li ssir marina temporanja f’din il-lokalita’ sakemm tittieħed id-deċiżjoni.aħħarija dwar il-proġett il-ġdid għad-Dock 1. Għaldaqstant, l-Awtorita’ Marittima ħadet ħsieb li jsiru xi xogħolijiet żgħar .
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7270 u jgħid għala t-tobba fl-Isptar Mater Dei qegħdin jippreskrivu l-mediċina Xeralto meta din il-mediċina ma tinstabx fl-isptar u jkun hemm bżonn tinxtara privatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li ll-prodott Xeralto huwa ġdid. L-ekwivalenti tiegħu jeżisti fil-formularju tal-Gvern, pero’ jingħata permezz ta’ injezzjoni. Kien hemm xi każi fejn il-pazjent ipprefera jieħu pilloli milli injezzjoni u l-konsulent tiegħu tah l-għażla, pero’ spjegalu li l-pilloli jridu jinxtraw privatament.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — complaince certificate - applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7273 u jgħid kemm irċeviet applikazzjonijiet għall-complaince certificate l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (elettriku u ilma) għas-snin 2007 u 2008 kull sena separatament? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati? Kemm irċeviet l-awtorità applikazzjonijiet għas-sena 2009 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7273.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7062, 6431 u 5528, u jgħid jekk il-Gvern jikkonsidrax proposta konkreta għal servizz ta’ l-ajru bejn Malta u Għawdex li tkun tinkludi sussidju mill-Gvern taħt public service contract? Jekk iva, hemm xi sejħa miftuħa bħalissa għal proposta bħal din? Jekk m’hemmx, meta mistenni li jkun hemm sejħa?
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7065, tista’ l-Ministru tgħid fuq liema bażi l-Ministeru tagħha qed iħallas għax-xogħol li jagħmel dan il-consortium f’Għawdex ladarba l-Ministeru tagħha m’għandu l-ebda kuntratt mal-istess consortium? X’awtorità u/jew kontroll għandu l-Ministeru tagħha fuq il-consortium? Min jagħti lill-consortium id-direttivi u l-istruzzjonijiet dwar x’għandu jsir f’Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Environmental Landscapes Consortium estenda l-kuntratt li għandu f'Malta biex ikopri xogħolijiet ta' landscaping f'Għawdex. Il-Ministeru għal Għawdex jiddeċiedi liema proġetti għandhom isiru.
Bħalma jsir f'Malta, ix-xogħolijiet huma kkontrollati mill-Malta Embellishment and Landscaping Project, li tanalizza l-proposti tal-ELC, tiċċekkja l-istejjem tagħhom, tagħmel monitoring waqt ix-xogħolijiet, u finalment tiċċekkja li x-xogholijiet kollha saru kif miftiehem.