Każ ta' kopja li jaħdmu ma' l-uffiċju tal-Prim Ministru
Question
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hemmx każ ta' Direttur Ġenerali li tiġi l-mara ta' wieħed mill-uffiċjali għolja fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru responsabbli għad-dixxiplina fis-servizz pubbliku?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk bħalissa hemmx xi każi ta’ dixxiplina fi ħdan id-Diviżjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni u jekk dan l-uffiċjal huwiex inkarigat minn dawn il-każi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nikkonferma li hemm Direttur Ġenerali li tiġi l-mara ta’ wieħed mill-uffiċjali għolja fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru responsabbli għad-dixxiplina fis-Servizz Pubbliku.
Bħalissa hemm każ wieħed ta’ dixxiplina fid-Diviżjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni. Ma hemm l-ebda każ fuq id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni.
Il-proċeduri tad-dixxiplina huma delegati lid-Diretturi rispettivi, u għalhekk l-uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru normalment ma jkunx involut f’dawn il-każi. Jekk ikun hemm każ li d-Direttur Ġenerali tkun involuta direttament u l-każ jiġi riferut lill-Uffiċċju tiegħi, l-Uffiċjal għandu jiddikjara konflitt ta’ interess u ma jinvolvix ruħu.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kawza tad-dewmien għall-fidi taċ-ċens tal-persuna li dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament? Jista' jgħid kemm ġew mifdija ċnus f'dawn l-aħħar 12-il xahar, xahar b'xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti il-kunsens tagħha bil-miktub.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija l-informazzjoni hi kif ġej:
Minn Janar 2008, iċ-ċnus mifdija kienu 251 maqsuma hekk:
Jan.
Frar
Mar.
Apr.
Mej.
Gun.
Lul.
Aww.
Set.
Ott.
Nov.
Dic.
Jan/09
20
46
30
2
44
22
27
12
19
20
0
5
4
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6985 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jispjega għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, m'għandhiex vot?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi lill-persuna kkonċernata għand l-Uffiċċju Elettorali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ċifri għandu l-Bank Ċentrali ta’ Malta għas-sena 2008 fejn jidħol l-investiment barrani u jagħti wkoll id-dettalji ta’ fiex jikkonsisti dan l-investiment?
Response (FENECH, TONIO)
Qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, miġbura mill-NSO.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6720 u jgħid meta hu maħsub li jiġi attwat il-pjan biex isir it-tibdil fit-toroq li jinkludi flyover fejn hu magħruf bħala t-tankijiet tal-gass fit-Triq Reġjonali?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija jistgħux jieħdu passi dwar trakkijiet tal-gass li jkunu pparkjati fit-toroq fejn jistgħu jkunu ta' periklu u nkonvenjent għar-residenti u karozzi oħra fit-toroq bħal, per eżempju, trakk li jkun ipparkjat fi Triq il-Ħerba fiż-Żejtun?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-ilment imressaq mill-Onorevoli Membru qed jiġi nvestigat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentariu 6592 u cioè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5987, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-iżvilupp imsemmi u fiex jikkonsisti? Jista’ jgħid ukoll liema hija l-Awtorità kompetenti li ssemmiet fl-aħħar parti tat-tweġiba, minħabba li s-sitwazzjoni kompliet teħżien u mhux titjieb?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6714 u jgħid kemm kien hemm flus fil-Fond għall-Kawzi Ġusti fl-1 ta’Jannar 2008? Kemm daħlu flus fil-fond matul l-2008 u minn fejn?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6714.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6196 dwar spiża għal kull student, tista' l-Ministru tagħti din l-informazzjoni għas-settur privat u dak tal-Knisja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ispiża għal kull student għal kull jum fl-iskejjel tal-Knisja matul is-sena 2008 hija ta’ €10.93. Dwar l-ispiża ta’ kull student fl-iskejjel privati, d-Direttorat tas-Servizzi Korporattivi m’għandux l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 6204 u jgħid: -
i) X'inhi r-raguni li l-Gvern waqqaf l-insib għall-gamiema, pluviera, summiena u mlievez meta dawn huma permessi li jiġu kkaċċjati u meta l-Kumitat Ornis qabel li l-insib ta' dawn l-ispeċi ma jikser l-ebda regolament Ewropew u l-Gvern jista' japplika deroga biex dan isir?
ii) Skont il-ftehim mal-Unjoni Ewropeja, il-Gvern kellu jagħmel studju biex sal-aħħar tal-2008 jistabbillixxi n-numru ta' għasafar tal-għana li jistgħu jiġu maqbuda mis-selvaġġ. Sar dan l-istudju? Jekk iva, ġie stabbilit kif u min jista' jaqbad dawn l-għasafar?
iii) Jista' jgħid fiex wasal l-istudju li qed isir dwar il-migrazzjoni tal-gamiema u s-summiena? Kemm hemm nies /osservaturi li qed jieħdu sehem?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — complaince certificate - applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm irċiviet applikazzjonijiet għall-complaince certificate l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (elettriku u ilma) għas-snin 2007 u 2008 kull sena separatament? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati? Kemm irċiviet l-awtorità applikazzjonijiet għas-sena 2009 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bin-numri ta' applikazzjonijiet li rċeviet il-MEPA u kemm inħarġu jew kemm ġew approvati compliance certificates għas-snin 2007 u 2008. Inkluż ukoll hemm in-numru tal-applikzjonijiet li rċeviet l-Awtorità mill-bidu tas-sena sal-lum.
Awtorità dwar it-Trasport — brochure - open top buses
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7073 u jgħid għala l-mappa tar-rotta tan-North ippublikata fuq il-brochure tal-open top buses tal-operatur li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, hi differnti mill-mappa li ġiet ippublikata fuq it-tender(a) li din tal-aħħar hi l-istess mappa ppublikata fil-kuntratt iffirmat fl-14 ta' Ġunju, 2007? (referenzi għad-dokument qed jintbagħtu separatament)
Jista' jispjega kif l-Awtorità ppermetiet li minn fuq il-mappa tan-North ippublikata fuq il-brochure tneħħew il-bus stops li skond il-kuntratt tal-14 ta' Ġunju, 2007 (riferenza: Schedule 3: The Service) u skond it-tender(b) jindika li suppost hemm fejn il-knisja parrokkjali tal-Mellieħa u fejn in-nature reserve tal-Għadira u għala l-open top double decker mhux qed tgħaddi minn hemm u jekk qattx operat minn hemm? Jista' jippreżenta kopja tas-site plans tal-loop starting points u loop stopping points tar-rotta tan-North skond il-mappa li hemm fit-tender(ċ)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-unika rotta tan-North approvata mill-Awtorità hija dik li tinsab fil-kuntratt eżistenti.
Fir-rigward tat-tneħħija ta’ loop stopping points minn fuq ir-Rotta tan-North, ninsab infurmat li f’ Jannar tal-2008, l-Awtorità kienet awtorizzat it-tneħħija tal-
loop stopping points
tal-Għadira Nature Reserve minħabba li din hija miftuħa għall-pubbliku b’appuntament minn qabel.
Ninsab infurmat ukoll li fit-tender tar-Rotta tan-North ma jeżistu ebda
site plans
tal-
loop starting points
u l-
loop stopping points
Kunsill Malta għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku — qagħda soċjali u ekonomika ta' Għawdex
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7050 u jgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku, iddiskutiex il-qagħda soċjali u ekonomika ta’ Għawdex kif jiena, permezz tal-Aġent Skrivan tal-Kamra u bil-permess tal-istess Kamra, tlabt lill-Kunsill fl-14 ta’ Novembru, 2008?
Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid f’liema laqgħa u meta l-Kunsill iddiskuta u fela l-qagħda soċjo-ekonomika t’Għawdex? X’kien l-eżitu tad-diskussjoni? X’azzjoni ġiet rakkmandata mill-Kunsill biex Għawdex ikun jista’ jikseb l-istess livell ta’ żvilupp ta’ Malta?
Jekk fin-negattiv, għaliex il-Kunsill għadu ma ddiskutiex il-qagħda f’Għawdex? Meta mistenni li din tkun diskussa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7050.
European Union Steering and Action Committee — qagħda soċjali u ekonomika ta' Għawdex
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7052 u jgħid jekk il-Malta - European Union Steering and Action Committee ddiskutiex il-qagħda soċjali u ekonomika ta’ Għawdex kif jiena, permezz tal-Aġent Skrivan tal-Kamra u bil-permess tal-istess Kamra, tlabt lill-Kunsill fl-14 ta’ Novembru, 2008?
Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid f’liema laqgħa u meta l-Kumitat iddiskuta u fela l-qagħda soċjo-ekonomika t’Għawdex? X’kien l-eżitu tad-diskussjoni? X’azzjoni ġiet rakkmandata mill-Kumitat biex Għawdex ikun jista’ jikseb l-aħjar benefiċċji mill-politika tal-Unjoni Ewropea biex ikun jista’ jilħaq l-istess livell ta’ żvilupp ta’ Malta?
Jekk fin-negattiv, għaliex il-Kunsill għadu ma ddiskutiex il-qagħda f’Għawdex? Meta hu mistenni li din tkun diskussa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7052.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7235 u jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal permessi ambjentali sena b’sena mill-2002 sa l-2008 u kif kienu mqassma bħala waste management, nature protection, VOCs, transboundary movement of waste, CITES u IPPC? Kemm minn dawn ġew approvati sena b’sena?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7234 u jgħid kemm giet skedata proprjetà sena b’sena mill-1993 sa l-2008 u din kif kienet maqsuma bħala kategoriji bejn bini storiku, siti arkeoloġiċi, siti ta’ interess ekoloġiku, siti ta’interess xjentifiku u siti ta’ valur panoramiku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numri ta’ proprjetà li kienu skedati sena b’sena mill-1993 sa l-1998.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7123 u jgħid jekk il-Gvern għandux xi policy dwar iż-żbir tas-siġar kemm fir-rigward l-operat tiegħu nnifsu kif ukoll bħala gwida għall-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex, billi spiss jaslu rapporti u jkun hemm min anke kkritika u kkummenta fil-media indipendenti li ħafna drabi iż-żbir isir b'nuqqas t'għaqal?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7119 u jikkonferma meta inħatar chairman tal-Park tal-Majjistral l-persuna li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament? Meta issottometta r-riżenja tiegħu? Meta irriżenja, kemm kien ilu ma jattendi board meeting tad-diriġenti tal-proġett?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-persuna msemmija kienet inħatret Chairman fl-4 ta’ Ġunju 2007. L-ittra tar-riżenja hija datata 31 ta’ Lulju 2008. M’attendiex għal laqgħa waħda li kienet saret fit-3 ta’ Ġunju 2008.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6700 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5881, nixtieq ninforma lill-Ministru li t-triq hija maqlugħa u is-sistema tad-drenaġġ hija antik u għadha bil-katusi u hemm minnha li għadha bil-ġebel (gandott) u hemm spralli u l-ilma tat-triq qed jinżel fil-kantina tar-residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-main tad-drenaġġ fi Triq Sant Anna, Tarxien ser jinbidel. Dan ix-xogħol ġie inkluż fl-programm ta’ xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6681 u jgħid kemm twieldu trabi f'dawn l-aħħar 15-il sena, sena b'sena? Kemm minn dawn kienu reġistrati b'unknown father sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.