Legislature:
Category:
Reset
Active:

għalliema li laħqu l-età ta' l-irtirar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel ta' l-istat li ngħataw estenzjoni għalkemm laħqu l-età ta' l-irtirar? X'suġġetti jgħallmu? Għaliex inħass il-bżonn li tingħata din l-estenzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Suġġetti Settur Primarju 5 Primarju Settur Sekondarju 9 Autocad Design & Technology Graphical Communication Maltese Systems of Knowledge English Italian Maths Dawn l-għalliema li hawn f’din it-tabella ġew impjegati bħala Retired Teachers għax ma kienx hemm għalliema regolari ġodda li applikaw biex jgħallmu s-suġġetti msemmija. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ma jagħtix estensjoni għal għalliema li laħqu l-eta’ ta’ l-irtirar.
Leg 11 PQ #7802 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Households li jirċievu home help care

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' households li qed jirċievu s-servizz tal-home help care? Minn dan in-numru, kemm hemm households li fihom hemm aktar minn persuna waħda li qed tirċievi dan is-servizz? Kemm hemm minnhom li huma persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Studenti li jmorru ħarġa kulturali — Ħlas tad-dħul

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li studenti li jittieħdu fuq ħarġa kulturali f'xi mużew tal-Malta Heritage qed jintalbu ħlas għad-dħul? Jekk fl-affermattiv, tgħid jekk qattx ġie ikkunsidrat li dan il-ħlas ma jsirx f'dawn il-każi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mhux minnu li studenti li jittieħdu fuq ħarġa kulturali f’xi mużew tal-Heritage Malta qed jintalbu ħlas għad-dħul. Il-proċedura hi li timtela applikazzjoni minn ġimgħa qabel, din tintbagħat b’e-mail sabiex jingħata l-permess lit-tfal biex iżuru s-siti storiċi b’xejn.

Skejjel għal tfal bi bżonnijiet speċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn skejjel għal tfal bi bżonnijiet speċjali u kemm hemm klassijiet f'kull waħda minn dawn l-iskejjel? Tista' tgħid ukoll kemm qed jattendu studenti fihom separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, għandu: · Erba’ skejjel għal tfal bi bżonnijiet speċjali f’Malta · Unit li jagħmel parti mill-iskola Primarja ta’ Sannat għal tfal bi bżonnijiet speċjali f’Għawdex · Skola u Craft Centre għal tfal b’imġiba diffikultuża f’Malta Skola Numru ta’ Klassijiet Numru ta’ Studenti Guardian Angel 9 83 Dun Mikiel Attard, Wardija 6 51 San Miguel 6 44 Helen Keller 4 20 Mater Dei 4 29 St. Patricks Craft Centre 4 27 Sannat Special Unit 3 19
Leg 11 PQ #7805 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Djar tal-anzjani — Part-time social assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm part-time social assistants fid-djar residenzjali tal-anzjani tal-Furjana, l-Imsida, Bormla, il-Gżira, il-Mosta u l-Imtarfa? Kemm hemm part-time social assistants f'San Vincenz de Paule?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Assenteiżmu mill-iskejjel tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien l-assenteiżmu mill-iskejjel tal-Gvern fis-sena skolastika li għaddiet mqassma fi skejjel primarji, sekondarji, eċċ? Tista' tgħid ukoll liema skejjel kellhom lanqas, kif ukoll l-aktar każi ta' assenteiżmu? Kontra kemm-il ġenitur ttieħdu passi bil-qorti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba ser tingħata f’Seduta oħra.

Bingemma — arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jassigura li numru ta' arbli tad-dawl f'Binġemma limiti tal-Imġarr jinbidlu ma' oħrajn ġodda għaliex jinsabu ta' periklu u ta' inkonvenjent għar-residenti u l-bdiewa tal-madwar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Direttur tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-Direttur tat-Toroq ta' l-Awtorità dwar it-Trasport tneħħiex qabel spiċċalu l-kuntratt? Jekk iva, jista' jgħid għaliex u jekk għandux intenzjoni li jingaġġa lil xi ħaddieħor minfloku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità tad-Djar — Skema fuq sussidju tal-kera

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-Awtorità tad-Djar għadhiex taċċetta dikjarazzjonijiet minn applikanti għall-iskema fuq is-sussidju tal-kera, dwar il-fatt li sid il-fond mikri ma jkunx irid lill-inkwilin japplika għal din l-għajnuna u għaldaqstant, l-awtorità taċċetta din id-dikjarazzjoni biex ma jinħolqux problemi u kumplikazzjonijiet għall-benefiċjarji? Jekk huwa l-każ, allura l-Ministru jaf li hemm ċirkostanzi fejn inkwilini ġew mitluba biex jitilqu mill-fond li jkunu krew għaliex is-sid ma jkunx irid juri u hemm oħrajn li żdidietilhom il-kera u allura s-sussidju jkun spiċċa fi bwiet min m'għandux bżonn? Jista' jgħid x'se jagħmel dwar dan?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar titlob mingħand l-inkwilin kopja tal-kuntratt tal- kirja jew irċevuta tal-pagament li jkun sar. Dan isir biex l-Awtorita’ tisgura li ma jkunx hemm abbużi ta’ l-iskema. Għalhekk mhux korret li l-Awtorita’ qed titlob il-kunsens tas-sid tal-fond biex l-inkwilin jingħata xi għajnuna . L-Awtorita’ mhux infurmata li kien hemm każijiet fejn l-inkwilinin ġew mitluba jitilqu mill-fond jew żdiditilhom il-kera għax ġew mgħotija sussidju fuq il-pagament tal-kera.

Awtorità dwar it-Trasport — Min hu responsabbli mit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min hu responsabbli mit-toroq f'pajjiżna jekk hux ic-Chairman ta' l-Awtorità dwar it-Toroq jew ic-Chairman tan-Network Infrastructures Directorate? Jista' jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet ta' ingaġġ ta' dawn iż-żewġ chairmen rigward salarji, allowances u benefiċċji oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Art fil-Qawra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhu jagħmel biex jirkupra mingħand T-Com Investments l-art fil-Qawra b’valur approssimattiv ta’ €23 miljun, liema art kienet tagħmel parti mill-Maltacom u li tant kien hemm kontroversja dwarha?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Network Infrastructures Directorate — Managers

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm managers impjegati ma' Network Infrastructures Directorate ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport? Jista' jgħid kull manager x'inhu x-xogħol tiegħu jew tagħha? Jista' jgħid kull manager kif ġie impjegat u x'inhuma l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg rigward salarji, allowances u benefiċċji oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Inċineratur f'Delimara

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta d-dokumenti u l-istudji kollha li saru u li fuqhom ittieħdet id-deċiżjoni li jsir inċineratur f'Delimara?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li dokumenti msemmija ġew ippubblikati meta kien varat l-abboz dwar l-aġġornament tal-iStrateġija tal-iSkart Solidu u li dawn l-istess dokumenti jinstabu fuq il-websitetal-Ministeru.
Leg 11 PQ #7833 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Interim From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tniġġiż tal-arja — Studji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi studji saru dwar it-tniġġiż tal-arja lokalità b’lokalità, jew fuq bażi reġjonali, jew fuq bażi nazzjonali? Jekk saru dawn l-istudji, jista' jippreżentahom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

skips-karkassi tal-annimali tal-biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' arranġament hemm bħalissa biex jitnaddfu l-iskips li fihom jitpoġġew il-karkassi ta' l-annimali tal-biċċerija? Kull kemm żmien hu mistenni li dawn l-iskips jitnaddfu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment tal-Agrikultura — numru ta' siġar ta' frott - bejgħ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' siġar tal-frott (tipi differenti) li nbiegħu din is-sena mid-Dipartiment tal-Agrikultura?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar, Bugibba u Qawra — green plots - bini ta' ħajt madwarhom

Question

Billi fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Bugibba u Qawra ġew identifikati numru ta' siti li mhumiex mibnija (green plots), jista' l-Ministru jara jistgħux jittieħdu l-paċċi neċessarji biex dawn il-plots fil-fatt jinbnilhom ħajt madwarhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-Kunsill Lokali ntalab jipproċedi bil-proċess kif stipulat mal-MEPA biex jottjeni l-fondi neċessarji. Id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet uriet id-disponibilità li tagħmel ix-xogħlijiet wara li l-Kunsill Lokali jkun ġab l-approvazzjoni mill-MEPA.
Leg 11 PQ #3727 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: JESMOND MUGLIETT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — nefqa fuq kotba ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet in-nefqa li saret mill-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex fuq kotba ġodda għall-libreriji lokali skond il-ftehim bejn il-kunsilli lokali u d-dipartiment tal-libreriji? Jista' jagħti dan it-tagħrif mis-sena 1999 meta daħal fis-seħħ il-ftehim ta' koperazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall Mistoqsija Parlamentari Numru 3727 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi l-ammont ta’ flus li l-Kunsilli Lokali nefqu mill-1999 sal-2008 fuq kotba ġodda għall-libreriji li kienu devoluti lilhom.

MCAST — Pathway to Independent Living

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’qed isir matul dis-sena mill-MCAST u x’hemm ippjanat għas-snin li ġejjin fit-twettiq tal-programm Pathway to Independent Living?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Din is-sena hija l-ewwel darba li l-programm Pathway to Independent Living ġie estiż għal sentejn, u għalhekk il-kors diġa’ ġie mifrux fuq żmien itwal sabiex il-parteċipanti jassimilaw aħjar il-kontenut tal-programm. Bħalissa għaddejja reviżjoni sħiħa tal-programm, kemm f’dak li huwa kontenut kif ukoll fl-implimentazzjoni tiegħu. Dan qed iseħħ f’kollaborazzjoni sħiħa bejn l-MCAST u l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ (KNPD).

MCAST — Opportunitajiet dwar studji

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta l-MCAST jaħseb li se jkun f’pożizzjoni li jista’ jibda jipprovdi opportunitajiet biex persuni jkunu jistgħu jsegwu moduli individwali ta’ studju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Diġa’ qed isir studju dwar il-possibilta’ li studenti jsegwu moduli individwali ta’ studju fl-MCAST. Dan jgħodd kemm għal studenti li diġa’ huma parti mill-MCAST kif ukoll għal studenti li jridu jsegwu moduli individwali fil-perspettivia tal-Lifelong Learning. Diġa’ teżisti l-possibilta’ li studenti jsegwu korsijiet qosra tal-għażla tagħhom fil-part-time evening courses.