Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu d-diskussjonijiet għal privatizzazzjoni tal-Petroleum Division tal-Korporazzjoni Enemalta? Ma' liema kumpannija qegħdin isiru t-taħdidiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn ġejja r-riħa qawwija tinten fil-biċċerija u l-madwar fil-Marsa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li r-riħa qawwija tiġi meta xi drabi jkun hemm moviment, mill-operatur tal-inċineratur, ta’ karkassi ta’ annimali mejtin biex jiġu storjati fil-friża.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-inċeneratur tal-Marsa bħalissa hux bil-ħsara? Jekk fl-affermativ, kemm ilu bil-ħsara? X'isir bill-bhejjem mejta meta l-inċeneratur ikun bil-ħsara?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-volum tal-esportazzjoni minn pajjiżna lejn kull wieħed mill-pajjiżi tal-G20, tan-NAFTA, tal-Unjoni Ewropea fl-aħħar quarter ta' 2008 u fl-ewwel quarter ta' 2009? Fejn jirrizulta tnaqqis minn quarter għal ieħor, tista' tgħid jekk kienx hemm żieda f'tariffi u dazju, każ b'każ? Jew kien hemm xi tibdil fil-kundizzjonijiet ta' tiġdid ta' liċenzji ta' importazzjon f'xi każ? Kien hemm divjett/twaqqif ta' importazzjoni f'xi każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadu kmieni biex inkunu nistgħu nagħtu din l-informazzjoni li tinkludi jekk kienx hemm tnaqqis jew le tal-volum tal-esportazzjoni minn Malta għal diversi pajjiżi li jkopru l-G20, tan-NAFTA, u tal-Unjoni Ewropea bejn l-aħħar kwart ta’ 2008 u l-ewwel kwart ta’ 2009. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-news release tal-Unit tagħna li jkopri Frar 2009 ġie ppublikat nhar il-Ħamis disgħa t’April 2009.
B'referenza għan-numru ta' serqiet minn djar residenzjali li seħħew matul is-snin 2004 sa 2008 fil-lokalita' tal-Belt Valletta, jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti u kemm instabu ħatja sena b'sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba tirrikjedi għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7416 u jgħid kemm hu l-ammont ta' Karti tal-Identità temporanji li nħarġu lil persuni li qed ifittxu l-ażil f'Malta sena b'sena mill-2001 sal-lum?
Kemm hu l-ammont ta' persuni li qed ifittxu l-ażil f'Malta li ċċaħħditilhom it-talba msemmija u li ilhom f'pajjiżna għal aktar minn sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7418 u jispjega x'se jsir eżatt biex jitneħħa l-asbestos mill-Isptar Boffa? Kemm hu mistenni li jiswa dan il-proċess?
Jista' wkoll jikkonferma l-pjanijiet tal-Gvern li jutilizza l-Isptar San Luqa bħala awżiljarju għal dak ta' Mater Dei?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7484, 7280 u jgħid kemm inġibdu films f'Malta sena b'sena mill-1999 sal-lum? Kemm hu prospettat li jinġibdu films fil-bqija tas-sena? X'se jkun il-budget tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7280.
Jista' l-Ministru jara li jiġu replanted banda oħra s-siġar li qed jgħattu l-faċċata b'valur arkitettoniku tas-sala Robert Sammut, fi Pjazza Emanuel S Tonna, Floriana?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7275, 6944 u 6633 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' site plan li juri il-konfini preċiżi tal-Engineered Landfill taż-Żwejra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari li kont għamilt fl-2002 dwar irwejjaħ fl-inħawi tal-Marsa/Blata l-Bajda, jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar minn dak iż-żmien 'l hawn fir-rigward ta' infurzar fuq l-impjanti li jaħarqu ż-żjut fl-inħawi?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7302 u 7072 u jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratt ta' tliet rotot maħduma kuljum msejħa Malta by Night li qed tinħadem minn kumpannija li isimha qed jinbagħat separatament u li qed tiġi riklamata fuq il-brochure li qed jintbagħat separatament tal-istess operatur u li suppost hu approvat mill-Awtorità dwar it-Trasport?
Jista' l-Ministru jgħid għala għal dawn l-aħħar sentejn ġiet operata r-rotta Malta by Night mingħajr ma hi msemmija fuq it-tender u lanqas hi msemmija fuq il-kuntratt li l-awtorità iffirmat mal-operatur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma jeżistux kuntratti ta’ tlett rotot imsejħa Malta by Night.
Infurmat ukoll li fejn jirriżulta li tkun qed tinħadem rotta li ma tkunx skond kif stipulata fil-kuntratti eżistenti, l-ADT tieħu l-passi neċessarji skond it-termini tal-istess kuntratti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art li fuqha huma mibnijin d-djar u appartamenti mikrija mill-Gvern li qegħdin fi Triq Medjez, Pembroke, hiex akkwistata mill-Gvern u għaldaqstant jista' ibiegħ l-proprjetà li għandu mikrija?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' x'ġie implimentat wara l-emendi li saru fil-ligi dwar l-adozzjoni fl-2008? Jista' jgħid hemmx aġenziji akkreditati u jgħid liema huma?
Liġi dwar l-adozzjoni — Sentenza mill-Qorti Kostituzzjonali
Question
Fid-dawl tas-sentenza mill-Qorti Kostituzzjonali fejn il-liġi dwar l-adozzjoni ġiet dikjarata diskriminatorja fil-konfront tal-koppji miżżewġa, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex tiġi rimedjata din id-diskriminazzjoni?
Peress li s-sit elettroniku tal-Aġenzija Appoġġ, senjatament dik il-parti li tirrigwarda l-adoption unit ilha ma tiffunzjona għal xi żmien, jista' l-Ministru jgħid għaliex u meta ser tibda terġa' tiffunzjona?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li s-sit elettroniku tal-Aġenzija Appoġġ, senjatament dik il-parti li tirrigwarda s-servizz tal-Adozzjoni, dejjem kienet aċċessibbli imma għal perjodu ta’ żmien ma kienx teknikament possibbli li titpoġġa informazzjoni jew isir tibdil fiha. Dan minħabba li meta sit hosted għand il-MITA jsirlu tibdil – inkluż żieda ta’ informazzjoni, bħal ma kien jirrikkjedi dan il-każ - irid jgħaddi minn proċess ta’ testing u scans minħabba kwistjonijiet ta’ sigurtà. Dan il-proċess issa tlesta u l-informazzjoni qiegħda online għad-dispożizzjoni ta’ kulħadd http://www.appogg.gov.mt/childrenservices_adoption.asp.
Matul dan il-perjodu fejn din l-informazzjoni ma kinitx tidher, kull min irrefera għand l-Aġenzija Appoġġ għal informazzjoni dwar is-servizz tal-Adozzjon, din ingħatat – kemm permezz tas-servizz Supportline 179, il-linja tal-Appoġġ 22959000 jew permezz ta’ email fuq appogg@gov.mt li hu aċċessibbli wkoll mill-istess
website
tal-Aġenzija (www.appogg.gov.mt).
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-tħejjijiet għall-abbozzi ta' ligi dwar it-tfal u l-guardianship tal-persuni b'diżabilità?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita ħejjiet abbozz fuq il-Liġi dwar il-Guardianship ta’ pesuni b’diżabilita'. Fil-preżent għaddejja diskussjoni bejn il-Ministeru għal Politika Soċjali, il-Kummissjoni u l-ufficju tal-Avukat Ġenerali biex ttieħed deċizjoni x’inhi l-aħjar triq anke fid-dawl tad-diskussjoni li għaddejja dwar il-Liġi ġdida dwar is-Saħħa Mentali u l-obbligi li Malta jkollha meta tirrattifika l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilita'.
Tista` l-Ministru tgħid jekk l-iskejjel il-ġodda ġewx mibnija skond miżuri anti seismic?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Tradizzjonalment l-aspett siżmiku qatt ma kien ikkunsidrat bħala parti mid-disinn ta’ l- iskejjel. Dan ma jfissirx li l-iskejjel ġodda u eżistenti m’humiex reżistenti għal ċaqlieq siżmiku aktar u aktar għaliex il-bini ta’ l-iskejjel huwa baxx kif ukoll il-forma u d-daqs tal-bini u l-metodu solidu ta’ kostruzzjoni ta’ ħitan ikomplu jgħinu biex iżidu r-reżistenza tal-bini kontra xi ċaqlieq li jista’ jkun hemm. Il- pożizzjoni ġeografika u t-tip ta’ saffi ta’ blat tal-gżejjer Maltin ikomplu jnaqqsu l-vulnerabilita tal-bini f’każ ta’ ċaqlieq.