B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5999, jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jkunu allokati l-fondi meħtieġa lill-Awtorità dwar it-Trasport u f'liema prijorità tinsab din it-triq li tinsab fil-Fgura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Skema għal Proġetti Turistiċi — fondi strutturali ewropej
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6340 li oriġinarjment saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk l-€10 miljun li ġew allokati għall-Iskema għal Proġetti Turstiċi minn fondi strutturali Ewropej hux se jibbenifikaw minnhom operaturi turistiċi Għawdxin? Jekk fl-affermattiv, liema huma l-operaturi li jistgħu jibbenefikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Operaturi turistiċi Għawdxin jistgħu japplikaw biex jibbenefikaw minn din l-iskema. L-operaturi li jistgħu jibbenefikaw iridu jkunu intrapriżi. Iktar informazzjoni dwar l-iskema tinstab fuq www.tourismschemes.gov.mt
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — rapport annwali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6921 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għas-sena 2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7486.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6919 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inġibdu films f'Malta sena b'sena mill-1999 sal-lum? Kemm hu prospettat li jinġibdu films fil-bqija tas-sena? X'se jkun il-budget tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ films, flimkien ma’ xi xogħol ieħor ta’ produzzjoni li nġibdu f’Malta mill-1999 sas-sena 2008 huwa kif ġej:
Sena
Ammont ta’ produzzjonijiet li nġibdu f’Malta
1999
2
2000
18
2001
13
2002
16
2003
7
2004
7
2005
9
2006
10
2007
12
2008
8
Ta’ min iżid jgħid li r-riċessjoni dinjija wkoll qed tħalli impatt fuq din l-industrija u fis-sena 2009 għadu ma sar l-ebda xogħol ta’ produzzjoni f’Malta. Madankollu huwa proġettat li jkun hemm tliet xogħolijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ produzzjoni u li ċ-ċifra ta’ infiq f’Malta għall-ewwel żewġ produzzjonijiet ser tkun ta’ madwar €2.25m. Il-
budget
għat-tielet produzzjoni għad irid jiġi stabbilit.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Annual Report
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6986 u jgħid għaliex ir-rapport annwali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar 2008 għadu ma ġiex ippubblikat u mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? Jidhirlu li dan qed imur kontra l-legal frameworks kif ipprovdut mid-Development Planning Act li jirrigwarda financial reporting tal-awtorità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7486.
Għawdex — produzzjoni tal-films - open air studios
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi żviluppata faċilità ta’ open air studio għall-produzzjoni tal-films f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq dan il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern talab lil Malta Film Commission biex iwettqu studju dwar x’tip ta’ faċilitajiet jistgħu jiġu kunsidrati f’Għawdex u li jistgħu jużaw biex Għawdex ukoll jibbenifika minn din l-industrija.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex almenu fix-xhur tas-sajf ikun hemm estenzjonijiet fil-ħinijiet tat-trasport pubbliku minn u lejn il-Mellieħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-talba qiegħda tiġi ikkunsidrata bħala parti mill-proposta tal-Gvern għal Network gdid ta’ Trasport Pubbliku matul il-ġurnata u tul il-lejl.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet għal kmamar tan-nar
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema stadju waslu l-applikazzjonijiet għal kmamar tan-nar li hemm quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-istadju fejn waslu l-applikazzjonijiet għal kmamar tan-nar li l-MEPA għandha quddiemha bħalissa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi li tħallset il-Value Added Tax fuq ir-reġistrazzjoni tagħhom (maqsumin skond il-klassi rispettiva) kull sena mill-aħħar ta' Mejju 2004 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Korporazzjoni Enemalta u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — każ ta' meter tad-dawl u l-ilma
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6719, 6093 u 5567 u jara li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta u tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jaraw il-meter tad-dawl u l-ilma peress li l-anzjana li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qiegħda tara li dan il-main mhux qiegħed idur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta' l-individwu konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6660 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jara x'sar minn reserved parking ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li minkejja li applikat it-talba ma ġietx aċċettata? Jista' l-Ministru jivverifika l-każ peress li hija ssostni li nies b'diżabilità bħalha ħarġulhom l-blue sticker u tagħha ma ħarġitx?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ Dwar it-Trasport ta’ Malta m’għandha l-ebda applikazzjoni għal Reserved Parking Bay għal din il-persuna li ntbagħtu d-dettalji tagħha. Il-blue badge tapplika għaliha u tinħareġ mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6165, minbarra n-nefqa ta' €174,821,49 għat-tiswija tal-klieb u l-qtates, jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-€175,178,51 l-oħra? Kif tqassmu dawn il-flus, ma' liema NGOs u għal liema skopijiet speċifiċi?
Ġew ivvutati total ta' €350,000 (Lm150,000) għas-santwarji fil-budget 2008, bi ftehim mal-NGOs, nofshom għat-tiswija u n-nofs l-ieħor għal upgrading tas-santwarji biex f'sentejn jitlaħħqu standards adegwati skond regolamenti li għadhom ma ġewx ippubblikati.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-kont tal-ilma ta' anzjana li d-dettalji tagħa qed jintbagħtu separatament li qed tilmenta li ġie għoli pparagunat ma' kontijiet oħrajn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma naħsibx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta' l-individwu konċernat.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' mara miżżewġa li dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li qed tilmenta minħabba li l-kera għoliet drastikament? Jista' jara jekk sarx xi żball u jagħti spjegazzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ rċeviet it-talba tal-persuna konċernata biex tiġi rikonoxxuta minflok ommha fis-26 ta’ Mejju, 2008. L-Awtorita’ tad-Djar laqgħet it-talba tagħha u Sinjura kellha tagħmel kuntratt ġdid f’isimha. Il-kera ġiet ikkalkulata skond ir-rati tas-suq. Pero’ is-sinjura applikat għal sussidju fuq il-kera u skond l-introjtu tagħha ingħatat sussidju ta’ 50% fuq il-kera li trid tħallas.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' sinjura li applikat għal post ta' support worker li minkejja l-esperjenza li għandha ta' 25 sena ħidma qalulha li m'għandhiex il-kwalifiki biżżejjed biex tagħmel dan ix-xogħol. Jista' jara li dan il-każ jiġi investigat qabel jinfetħu proċeduri quddiem l-Ombudsman?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6363 u 6061 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jara jekk hux minnu li sinjur li d-dettajli tiegħu qed jintbagħtu separatament, għandu post li jrid ibiegħu u ġie infurmat li jekk jixtri ċ-ċens ikollu jistenna għoxrin sena biex ibiegħ id-dar? Jista' jsir xi ħaġa jew dan is-sinjur hemm bżonn li jkollu laqgħa mad-Dipartiment ta' l-Artijiet? Il-kunsens tal-persuna qed jidher separatament.
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn
childcare centres
reġistrati? Jista' jagħti l-informazzjoni skond il-lokalitajiet li qegħdin fihom, in-numru tat-tfal li jattendu, ir-
range
tal-etajiet tat-tfal li jiġu aċċettati u l-ħinijiet li ċ-ċentri jkunu miftuhin?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7237 u jgħid kemm inħarġu ‘letters to prosecute’mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart? Kemm minn dawn ġew deċizi mill-qorti u minn dawk deċizi nstabu ħatja?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Spetturi ta' l-Ambjent
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7238 u jgħid sena b’sena mill-2002 sa l-2008 kemm kien hemm Spetturi ta’ l-Ambjent impjegati ma' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7282, 6906, 6738 u 6548 u jgħid fiex wasal l-istormwater master plan? Jista' jgħid jekk dan il-pjan hux ser jindirizza l-aspett tal-flood relief u hux ser jipprovdi ammont sostanzjali ta’ storm water għal re-use fix-xhur tas-sajf meta l-aktar ikun meħtieġ?
X’inhu l-istorage capacity ppjanat tal-istorm water infrastructure? Meta ser jigi ppubblikat il-pjan nazzjonali dwar l-ilma? Kemm implimentajna s’issa mill-European Union Water Framework Directive?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li r-rapport tekniku tal-iStormwater Master Plan tlesta, u ser jinħareġ għall-konsultazzjoni dalwaqt.