Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #7646 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — bordijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — bordijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarjiet Barranin jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi taħt id-dekasteru tiegħi hemm tlett (3) boards. (a) It-Tsunami Relief Fund Committee iltaqa' darba; (b) L-Awtorita Nazzjonali għall-Implementar tal-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi ma ltaqax fil-perjodu msemmi; (c) Peress li s-segretarju tal-kumitat responsabbli għad-Deprivazzjoni taċ-Ċittadinanza għadu kemm ġie appuntat, ma kienx hemm żmien biex jiltaqa.
Leg 11 PQ #7648 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Bordijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tagħha li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'hemmx bordijiet statutorji fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħi li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu huma kif ġejjien: Il-Bord tal-Korporazzjoni għall-Intrapriża ta’ Malta Il-Bord tal-Malta Industrial Parks Il-Bord ta’ l-Appelli dwar l-Att tal-Kumpanniji Kontrollati (Proċedura ta’ Stralċ) Il-Bord tal-Accountancy Il-Bord ta’ l-Appelli tal-Kuntratti Il-Bord Nazzjonali ta’ l-Akkreditament Il-Bord tal-MIMCOL Il-Bord tal-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) Il-Bordijiet ta’ l-Appell tal-VAT (l-ewwel u t-tielet) Il-Bord dwar drittijiet ta’ l-Awtur Il-Bord dwar is-Sorveljanza fuq l-Għajnuna Mogħtija mill-Istat Il-Bord ta’ l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji Il-Bord ta’ l-Awtorita’ dwar il-Lotteriji u l-Logħob Il-Bord ta’ l-Awtorita’ ta’ l-Istatistika Il-Bordijiet msemmija hawn taħt huma dawk li ma ltaqgħux matul ix-xhur msemmija: Il-Bord ta’ l-Appell għall-Appelli tal-Konsumatur Il-Bord dwar ir-Reviżjonijiet Notarili Il-Bord dwar l-Eżamijiet ta’ l-Irkantaturi Il-Bord ta’ l-Appell dwar il-Liċenzji tan-Negozji

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7693 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xiri tal-Hexagon house

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7289 u jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar xtratx l-uffiċċju Hexagon House mill-fondi tagħha jew irrikorritx għall-fondi mill-banek?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma rrikoriet għall-ebda self mill-Banek sabiex inxtrat Hexagon House.
Leg 11 PQ #7695 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Interim From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Skema CPPS - ammont ta' flus

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7290 u jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li ġabret il-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-iskema CPPS u li sal-lum għadhom għandha u ma sarx użu minnhom? Jistgħu dawn il-flus jinqasmu skond il-lokalità li nġabru minnha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kumpanniji ta' l-assigurazzjoni — Health insurance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kumpanniji ta' l-assigurazzjoni li joffru health insurance reġistrati mal-Malta Financial Service Authority? Kemm kienet tħaddem kull kumpannija matul l-2007 u matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellat illi sad-data ta’ din il-mistoqsija, (a) Hawn tlett kumpannija ta’ l-assigurazzjoni li huma awtorizzati taħt l-Att biex jirregola l-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni (Kap. 403) biex joffru “health insurance”. (b) Hawn żewġ aġenti fl-assigurazzjoni li huma iskritti taħt l-Att dwar l-Intermedjarji fl-assigurazzjoni (Kap. 487) li huma maħtura minn żewġ impriżi ta’ l-assigurazzjoni Ewropej li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fi Stat Membru biex bħala aġenti fl-assigurazjoni joffru “health insurance” għan-nom ta’ dawn l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni. (c) It-tlett kumpanniji mmsemmija taħt (a) huma awtorizzati biex jiktbu klassijiet oħra ta’ l-assigurazzjoni u mhux biss “health insurance”, u l-informazzjoni li jkollha l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta ma tkunx maqsuma biex turi kemm minn dawn l-impjegati huwa jaħdmu specifkament fis-settur tal-“health insurance” biss. Għaldqstant, din l-informazzjoni mhix disponibbli.

Reżistenza kontra l-antibiotiċi

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 5633 u 7389, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li d-dipartiment konċernat jifhem id-diffikultà li għandhom pazjenti bil-karta r-roża fir-rigward ta’ antibiotic f’forma ta’ injection u mhux pilloli kif jingħad fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 7389? Jaf il-Ministru li dawn l-injection disponibbli b’karta roża, fil-fatt jaħdmu biss fuq numru ristrett ta’ mikrobi u tant ieħor jintużaw għexieren ta’ snin li r-reżistenza għalihom hi tali li ftit għad għandhom utilità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sptar Mater Dei — Tilqim tal-Influwenza

Question

Jista' l-Ministru wieġeb mistoqsijiet parlamentari 7391, 6975, 6265 u 5939 u cioè : B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5629 u b'mod partikolari sabiex ikun hemm ġustifikazzjoni għan-nefqa pubblika għal li jirrigwarda kampanji ta' tilqim, tilqim b'xejn, kampanja kontra l-użu ħażin ta' antibiotiċi u l-għoti ta' antibiotiċi b'xejn, tista' tibda tinġabar din l-informazzjoni li wara kollox diġa' hi miżmuma f'records ta' tilqim tal-influwenza kif ukoll fl-istorja tal-pazjenti riferuti fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li għalkemm l-informazzjoni dwar tilqim u antibijotiċi tista’ tkun miktuba fl-istorja tal-pazjenti li jattendu l-isptar, mhux fiżikament possibbli li tinġabar b’mod sistematiku minn dawn l-istejjer. Wieħed irid iqis ukoll il-kunfidenzjalità u l-kwalità tad-data miġbura li jnaqqsu ħafna mill-effetività ta’ eżercizzju ta’ ġbir ta' informazzjoni simili. Bħalissa, din l-informazzjoni lanqas tiddaħħal fuq sistemi tal-informatika ta’ l-isptarijiet.

spezzjonijiet fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7390, 6974, 6262 u 5948 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5630, jista' l-Ministru jgħid mill-2022 spezzjoni li saru f'postijiet tax-xogħol, f'kemm minnhom jirriżulta li huma impjegati: a) tobba? b) infermiera? ċ) paramediċi? Kemm hemm impjegati u health workers f'kull post tax-xogħol fejn japplika?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex ikun aktar preċiż fil-Mistoqsija tiegħu.

Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7388, 6980 u 6256 u jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta': a) Amlodipine 5mg u 10mg b) Serenace 5mg meta fl-ewwel każ is- supplier jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

kanċer fil-musrana — screening tal-familjari tal-pazjent

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7387, 6983 u 6251 u jgħid kemm ġew diagnosed każijiet ġodda ta' kanċer fil-musrana (colon) matul l-2008? F'kemm-il każ minnhom sar screening tal-familjari tal-pazjent? Kemm-il konsulent mexa b'dan il-mod għaqli?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Awtorità dwar it-Trasport — tickets mingħand l-operatur

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7299 u 7057 u jgħid kif l-Awtorità dwar it-Trasport qed tħalli l-operatur jagħti t-tickets li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li fuqhom il-prezz indikat huwa ta' €13.00 iżda meta l-passiġier jixtri dawn it-tickets qed jiġi mitlub iħallas €15.00, hekk kif jidher ċar fuq it-tickets datati 4 ta' Marzu 2009?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT qed tinvestiga l-każ imqajjem mill-Onor. Interpellant u se tieħu l-passi kollha neċessarji skond il-liġi.

Brochure bit-tibdil fuq ir-rotot

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7297 u 7055 u jgħid min kienet il-persuna responsabbli li approvat it-tibdil fuq ir-rotot b'referenza għall-brochure li qed jinbagħat separatamenet u l-kundizzjonijiet li hemm immniżżla fuq it-tender(a) minn dawk li hemm imnizzla fuq il-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-Awtorità dwar it-Trasport u l-operatur li ismu qed jintbagħat separatament? Jista' jgħid għala l-kundizzjonjiet li hemm imnizzla fil-kuntratt li l-Awtorità dwar it-Trasport iffirmat mal-operatur huma differenti mill-kundizzjonijiet li hemm fuq it-tender (b) li ġiet maħruġa għall-pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT hija responsabbli mill-infurzar tal-Kuntratti li ġew iffirmati mill-istess ADT u l-Operatur; fejn irriżulta li l-kundizzjonijiet ta' dawn il-kuntratti ma ġewx osservati mill-Operatur, l-ADT ħadet il-passi kollha meħtieġa skond il-provvediment tal-istess kuntratt.

Brochure — Dettalji fuq tickets

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7298 u 7056 u jgħid kif l-operatur b'referenza għall-brochure li qed jinbagħat separatament, qed jitħalla jagħti diversi tickets (li dettalji qed jintbagħtu separatament) lill-passiġieri li fuqhom m'hemmx immniżla id-dettalji kollha mitluba kemm fuq it-tender u fuq il-kuntratt li l-istess awtorità iffirmat mal-Operatur? Jaf li fuq dawn it-tickets suppost hemm imniżżla l-informazzjoni segwenti: a) Dettalji tal-operatur inkluż dettalji tal-VAT b) Numru ta' reġistrazzjoni tal-open top bus li minn fuqu jkun inxtara ticket ċ) Deskrizzjoni tat-tour d) Data e) Ħin f) Kategorija tal-passiġġier g) L-ammont li passiġġier irid iħallas Jista' jgħid kif l-Awtorità dwar it-Trasport qed tippermetti lill-operatur li jingħataw tickets kif jidhru fid-dokument li qed jinbagħat separatament mil-lukandi lit-turisti u li fuqhom m'hemmx imniżżla d-dettalji miktuba fil-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fejn irriżulta li l-kundizzjonijiet tal-kuntratti ma ġewx osservati mill-Operatur, l-ADT ħadet il-passi kollha meħtieġa skond kif provdut fl-istess kuntratti.

Awtorità dwar it-Trasport — brochure approvat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7300 u 7070 u jagħti raġuni għala l-ħinijiet li qed jirriklama l-operatur fuq il-brochure li qed jintbagħat separatament li ġie approvat mill-Awtorità dwar it-Trasport m'humiex l-istess ħinijiet li ġie marbut bihom fil-kuntratt fuq ir-rotta tan-North? Jista' jagħti raġuni għala l-operatur qed joffri servizz anqas ta' ħinijiet fil-Ħdud u l-festi pubbliċi minn dawk li ġie marbut bihom fil-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-brochure li ntbagħat separatament ma ġiex approvat mill-Awtorità. Infurmat ukoll li fejn jinstab li l-ħinijiet tar-rotta ma jkunux kif provdut fil-kuntratt, l-Awtorità tieħu l-passi skont it-termini tal-istess kuntratt.

Buġibba — Loop Starting Point - double deckers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7301 u 7071 u jgħid kif mill-Bus Terminus ta' Buġibba Loop Starting Point qegħdin jitilqu biss tliet double deckers wieħed fil-08:15, ieħor fid-09:15 u ieħor fl-10:15 biex jagħmlu sightseeing North Route u s-servizz mhux jopera minn dan il-loop starting point fil-ħinijiet l-oħra tal-ġurnata, iżda jopera minn Sliema Ferries hekk kif indikat fil-brochure tal-operatur (paġna 2 tad-dokument li qed jintbagħat separatament) u differenti mill-kundizzjonijiet imniżżla fuq il-kuntratt u fuq it-tender ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat mill-ADT li mill-istħarriġ tagħha jirriżultalha li l-operatur mhux konformi mal-kuntratt li għandu ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport fuq dan is-servizz. Għaldaqstant tajt struzzjonijiet lill-ADT biex tieħu l-passi kollha fil-kompetenza tagħha biex din is-sitwazzjoni tiġi ndirizzata skond il-kuntratt u skond il-liġi.

Full time farmers u fishermen

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6916 u jgħid kemm hawn reġistrati: a) Full time farmers b) Part-time farmers ċ) Full time fishermen d) Part-time fishermen? Jista' jikklassifika l-istess informazzjoni skond: a) Age group b) Lokalità ċ) Income?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Rigward l-informazzjoni mitluba dwar Full time farmers u Part-time farmers nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija Nru 3624. Ma tinżammx informazzjoni klassifikata bl-age group u l-anqas bl-income. Rigward l-informazzjoni mitluba dwar Full time fishermen u Part-time fishermen jien infurmat li fl-aħħar tal-2008 kien hemm irreġistrati 408 dgħajsa full time u 718-il dgħajsa part-time. L-età tas-sidien ta’ dawn il-bastimenti tas-sajd tvarja bejn it-18 u s-86 sena. Dawn is-sidien huma minn madwar Malta u Għawdex kollu imma l-ikbar numru ta’ sidien ġej minn Marsaxlokk (16.96%), segwit mill-Mellieħa (5.24%) u wara Għajnsielem Għawdex (4.17%).

Marsa Power Station — Combustion plants

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6914 u jgħid liema hi r-rata li biha l-combustion plants fil-Power Station tal-Marsa jaħarqu l-enerġija? Kemm hi dik permessa mill-Unjoni Ewropea? X'inhu l-impatt jekk dawn il-plants ikollhom jgħalqu qabel l-2015? Xi pjan ta' kontinġenza għandu l-Gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Power Station taħraq madwar 330,000mt ta' fuel oil biex tiġġenera 1,060,000 Mwh ta' enerġija fis-sena. M'hemm l-ebda limiti stipulati mill-EU jew awtoritajiet oħra in konnessjoni ma dan. Hu ppjanat li parti mill-impjant tal-Marsa ser jiġi mibdul ma l-impjant il-ġdid li ser jiġi nstallat Delimara, li għalih diġa ħareġ tender li qiegħed fl-aħħar fażi ta' l-evalwazzjoni tiegħu. Il-bqija ta' l-impjant fil-Marsa jintefa meta jibda jiffunzjona submarine interconnection ma Sqallija.