Legislature:
Category:
Reset
Active:

Zejtun — Skola Primarja

Question

Tista' l-Ministru tinvestiga jekk l-iskola Primarja A taz-Zejtun hemmx indafa biżżejjed minkejja li jidher li hemm persuni nkarigati minn dan ix-xogħol? Taf li kien hemm każ ta' skarlatina fl-istess skola ftit tal-jiem ilu? X'passi ttieħdu f'dawn iż-żewġ każi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-aħħar spezzjoni fuq l-indafa fl-imsemmija skola saret fis-6 ta’ April, 2009. Mir-rapporti li saru wara kull spezzjoni, il-livell ta’ ndafa f’din l-iskola kien dejjem wieħed tajjeb. Fuq il-każ ta’ skarlatina ġew avżati l-Prinċipal tal-Kulleġġ u t-Tabib tad-Direttorat. It-Tabib kellem lill-ġenituri tal-klassi dak inhar stess kif wkoll fis-26 ta’ Marzu, 2009, fejn kellu taħdita mal-ġenituri (Skola A u B) dwar saħħet it-tfal.
Leg 11 PQ #7481 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environment Impact Assessment Consultants’ Register

Question

Issa li wara tant dewmien ġie deċiż li jitwaqqaf kif suppost Environment Impact Assessment Consultants’ Register, jista' l-Prim Ministru jgħid xi kriterji se jkun hemm dwar l-eliġibilità ta' dawk li jistgħu japplikaw? Jaħseb li għandhom jiġu esklużi a priori persuni li jaħdmu f’awtoritajiet regolatorji bħalma huma l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Awtorità Maltija għar-Riżorsi? X’ policy ser jimxi biha l-bord dwar nies li telqu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar riċentement biex jiġi eliminat kull ‘ notion of conflict of interest u/jew undue influence ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Gambling Outlets

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7287 u 7048 u cioè: Fid-dawl ta’ dak li rriżulta mil-laqgħa riċenti tal-House Social Affairs Committee dwar il-gambling outlets illegali li qed jinbtu madwar Malta kollha, jista' jieħu azzjoni flimkien mal-Ministru għall-Intern sabiex jigi żgurat li tittieħed azzjoni konkreta kontra dan l-operat illegali? Meta se jiddeċiedi l-Gvern jekk ħwienet simili humiex legali jew le, jew għandhomx jibqgħu illegali jew le? Għaliex qed iħallihom joperaw meta sal-lum għad m'hemm l-ebda leġislazzjoni jew regolamenti li jikkontrollaw l-operat tagħhom? Iħoss li l-ispjega tal-Agent Chief Executive Officer tal-Lotteries and Gaming Authority li l-awtorità għandha d-dmir li toħroġ il-liċenzji meħtieġa iżda ma tistax tagħmel dan qabel ma jkun hemm legal notice biex tirregola dan in-negozju, jindika li l-Gvern jidher li jinsab miexi lejn l-aċċettazzjoni ta’dawn il-gambling outlets kollha? X’tifhem il-Lotteries and Gaming Authority meta qed tistqarr li l-intenzjoni tagħha hi li il pożizzjoni tiġi regolarizzata kmieni kemm jista jkun? Li dawn se jibdew jitħallew joperaw f’pajjiżna bil-liċenzji li għad jridu joħorġu? Billi intqal li l-Lotteries and Gaming Authority qed tippjana anki pjanijiet fit-tul dwar passi dwar bans fuq gaming f’internet cafes b’liema kriterju qed jigi indikat li il-Gvern jista' jimxi b’kejl differenti fejn jiffavorixxi dawn il-gambling outlets u ma jieħux l-istess passi li jistgħu jiġu kkontemplati vis-a-vis l-gaming fl-internet cafes? Jista' jara flimkien mal-Ministru tal-Intern kemm minn dawn l-outlets qegħdin irażżnu żgħażagħ ta’ taħt il-25 sena milli jiffrekwentawhom? Huwa minnu li spiss qed ikun hemm tfal ġo fihom? Filwaqt li wieħed jifhem ir-rakkmandazzjoni tal-Kumitat li għandha tispiċċa d-distinzjoni bejn gambling outlets u amusement machines jaħseb li l-gaming outlets jirrikjedu attenzjoni aktar prijoritarjà? Il-Gvern għandu jieħu in kunsiderazzjoni wkoll il-location ta’ dawn l-outlets li skond ma ġie żvelat f’ċerti każi jinsabu qrib ħafna ta' ċerti knejjes u skejjel? Filwaqt li wieħed japprezza il-proposta tal-kumitat li għandu jkun hemm moniteraġġ ta’ dawn l-attivitajiet, jaħseb li flimkien mal-Ministru tal-Intern hija responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali biex jieħu passi mmedjati kontra din l-illegalità?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7503 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Litter Act — kontravenzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7285 u 7045 u jgħid kemm inħarġu taħrikiet fuq kontravenzjonijiet taħt LN344/05 (Littering Act) xahar b’xahar minn Jannar 2006 sa Frar 2009 maqsumin f’kemm minn dawn inħarġu mill-Gwardjani Lokali, mill-Pulizija u Inspectors tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm minn dawn it-taħrikiet ġew imħallsa mill-ewwel? Kemm minnhom ġew ikkontestati fit-tribunal lokali u t-taħrika ġiet ikkonfermata u tħallset? Kemm minn dawk li ġew ikkonfermati għadhom ma tħallsux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7504 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Annual Report

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7284 u 6986 u jgħid għaliex ir-rapport annwali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar 2008 għadu ma ġiex ippubblikat u mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? Jidhirlu li dan qed imur kontra l-legal frameworks kif ipprovdut mid-Development Planning Act li jirrigwarda financial reporting tal-awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7486.
Leg 11 PQ #7536 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti tal-Gvern — Evacuation Drills

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kull meta jsiru evacuation drills f'uffiċini u dipartimenti tal-Gvern, b'referenza speċjali għall-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u speċifikament għall-uffiċini tal-Environment Proctection Directorate f'Hexagon House, Marsa? Meta saru l-aħħar żewġ drills?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — qari tal-konsum

Question

Jikkonferma l-Ministru li meta tinbiegħ dar u l-bejjiegħ jitlob lill-Korporazzjoni Enemalta jieħu l-aħħar qari tal-konsum u jitniżżel l-isem tax-xerrej biex l-kontijiet jibdew jintbagħtu f’ismu, irid jintbgħat il-kuntratt ta’ bejgħ lill-Korporazzjoni Enemalta? Ma jaħsibx li m’hemmx bżonn li affarijiet li jkun personali jintbagħtu lil entità pubblika? Għaliex meta jkun hemm każ bħal dan ma ssirx karta ġuramentata u din tkun aċċetatta mill-Korporazzjoni Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Studenti li applikaw għall-eżamijiet fil-Livell Avvanzat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa l-ammont totali ta’ subien u bniet, li applikaw biex joqogħdu għall-eżamijiet fil-Livell Avvanzat (MATSEC) fil-ġimgħat li ġejjin? Kemm minnhom huma minn skejjel tal-Istat, tal-Knisja u indipendenti? Kemm kien hemm kandidati privati li applikaw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ studenti li applikaw għall-eżamijiet tal-Livell Avvanzat (MATSEC) f’Mejju 2009 huwa 3827 li minnhom 1528 huma subien u 2299 huma bniet. It-Tabella hawn taħt turi kif l-istudenti huma mqassmin skont it-tip ta’ skola, sew jekk tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti, jew studenti privati. In-numri jinkludu studenti li ser joqgħodu għall-eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola u studenti li se jagħmlu l-eżamijiet bħala single subject fil-Livell Avvanzat. Tabella: Numru ta’ Kandidati għall-eżamijiet fil-Livell Avvanzat f’Mejju 2009 Tip ta’ Skola Bniet Subien Totali Tal-Istat 1328 846 2174 Tal-Knisja 188 187 375 Indipendenti 26 20 46 Studenti privati 757 475 1232

Studenti li applikaw għall-eżamijiet tal-Malti, Ingliż, Matematika u Oqsma tal-Għerf — Livell Avvanzat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm studenti li applikaw biex joqogħdu għall-Malti, Ingliż, Matematika u Oqsma tal-Għerf fil-livell Avvanzat? Kemm hemm minn skejjel tal-Istat, privati u dawk indipendenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ studenti li applikaw biex joqogħdu għall-eżamijiet tal-Malti, l-Ingliż u l-Matematika fil-Livell Avvanzat u fl-Oqsma tal-Għerf huwa kif jidher fit-Tabella hawn taħt. It-Tabella turi wkoll l-istudenti mqassmin skont it-tip ta’ skola sew jekk tal-Istat, tal-Knisja jew Indipendenti u studenti privati. Numru ta’ Kandidati li se jersqu għall-eżamijiet fil-Livell Avvanzat tal-MATSEC fl-2009 f’suġġetti partikulari u skont it-Tip ta’ Skola (tal-Istat, tal-Knisja, Indipendenti) jew studenti privati Suġġett Tal-Istat Tal-Knisja Indipendenti Studenti Privati Totali Malti 303 39 4 84 430 Ingliż 322 66 10 176 574 Matematika Pura 470 113 11 108 702 Matematika Applikata 9 0 0 2 11 Oqsma tal-Għerf* 1964 351 36 100 2451 *Oqsma tal-Għerf huwa offrut fil-Livell Intermedju biss.

Recycle Tuesdays

Question

Filwaqt li f’wiehed mir-riklami tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jintqal li ingabru xi 7,280 tunnellata skart permezz tal-iskema Recycle Tuesdays, id-dokument strategiku li ħareg il-Gvern dwar skart solidu jgħid li fl-ewwel ġimgħat inġabru xi 140 tunnellata fil-ġimgħa u li b’dawn il-projections suppost li tintlaħaq il-figura ta’ 7,280 tunellata, jista' l-Ministru jikkonferma jekk dawn il- projections intlaħqux sal-lum? Jista' jgħid dan l-eżercizzju kemm gie jiswa lit-taxpayer Malti? Jista' fit-tweġiba tiegħu tagħti breakdown tal-figuri separati tal-plastik, metal u cardboard dwar kemm gie miġbur skart taħt din l-iskema u kemm gie jiswa il-process kemm tal-ġbir kif wkoll tar-riċiklaġġ? Jikkonferma li l-iskema innifisha kienet bdiet xi xahar tard is-sena li għaddiet f’Mejju 2008?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat lis-sistema ta’ Recycle Tuesdays bdiet taħdem f’Mejju 2008 u l-ammont li nġabar sa Frar 2009 huwa ta’ 5,670.68 tunnellata maqsumin kif ġej: Metall: 567.06 Plastik: 2041.45 Karta: 2778.63 Il-kumplament huwa materjal li ma jiġix riċiklat. Il-figura ta’ 7,280 tunnellata għanda tintlaħaq f’perjodu ta’ 12 il-xahar. Għalkemm l-ispiża ta’ riċiklaġġ tal-materjal tvarja skond is-suq tal-prodotti, minn stima li saret riċenti din tammonta għal madwar €40 kull tunnellata biex tiġi pproċessata. Ma dan trid iżżid l-ispiża ta’ madwar €230,000 fis-sena biex dan il-materjal jinġabar.

Studenti li applikaw għall-eżamijiet tas-SEC

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu n-numru ta’studenti separatament, li applikaw biex joqogħdu għall-eżamijiet tas-SEC? Kemm minnhom huma minn skejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti? Kemm hemm li applikaw bħala studenti privati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ studenti li applikaw biex joqgħodu għall-eżamijiet tas-SEC fl-2009 huwa 7378, li minnhom 3424 huma subien u 3954 huma bniet. It-tqassim ta’ dawn l-istudenti skont it-tip ta’ skola sew jekk tal-Istat, tal-Knisja, Indipendenti u Post-sekondarji, jew studenti privati huwa kif jidher fit-Tabella hawn taħt. Numru ta’ Kandidati għall-Eżamijiet tas-SEC f’Mejju 2009 skont is-sess u t-tip ta’ skola Tip ta’ Skola Subien Bniet Totali Tal-Istat 1176 1440 2616 Tal-Knisja 779 698 1477 Indipendenti 259 149 408 Post-sekondarji 290 494 784 Studenti privati 920 1173 2093

Studenti li applikaw għas-SEC

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn dawk l-istudenti li applikaw għas-SEC kemm se joqogħdu għall-Malti, il-Lingwa Ingliża, Letteratura Ingliża, Matematika, Fiżika u Studji Ambjentali? Kif inhuma mqassma minn skejjel tal-Gvern, tal-Knisja u dawk indipendenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ studenti li applikaw biex joqgħodu għall-eżamijiet tas-SEC fl-2009 fil-Malti, il-Lingwa Ingliża, il-Letteratura Ingliża, il-Matematika, il-Fiżika u l-Istudji Ambjentali huwa kif jidher fit-Tabella hawn taħt. It-Tabella turi l-istudenti mqassmin skont it-tip ta’ skola, sew jekk tal-Istat, tal-Knisja, Indipendenti u Post-sekondarji, jew studenti privati. Numru ta’ Kandidati li se joqgħodu għall-eżamijiet tas-SEC fl-2009 f’suġġetti partikulari mqassmin skont it-tip ta’ skola s ew jekk tal-Istat, tal-Knisja, Indipendenti, Post-sekondarji u studenti privati Suġġett Tal-Istat Tal-Knisja Indipendenti Post-Sekondarji Studenti Privati Totali Malti 2437 1443 370 282 422 4954 Lingwa Ingliża 2478 1457 405 297 1037 5674 Letteratura Ingliża 1397 1130 358 19 49 2953 Matematika 2393 1453 404 414 761 5425 Fiżika 2200 1207 303 205 250 4165 Studji Ambjentali 1258 687 249 36 84 2314
Leg 11 PQ #7561 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta — nefqa totali f'Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien kienet in-nefqa totali f’Għawdex tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta kull sena mill-1999 ‘l hawn? Fuqiex kienet kull nefqa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M’huwiex possibli li tiġi kwantifikata f’ċifri n-nefqa li saret mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu f’Għawdex waqt il-perjodu msemmi, għas-sempliċi raġuni li n-nefqa għal Għawdex mhux dejjem issir b’mod esklussiv. Minbarra nfieq dirett fuq promozzjonijiet speċifiċi u eżerċizzji ta’ żvilupp ta’ prodott u taħriġ għall-ħaddiema mpjegati fis-settur, il-Gżira Għawdxija tibbenefika wkoll minn ammonti sostanzjali ta’ nvestiment li jkopri l-Gżejjer Maltin fit-totalità tagħhom. Dan ta’ l-aħħar jagħmel parti sewwa mit-total li jintefaq mill-MTA fuq Għawdex. Għaldaqstant, ma tistax tiġi kwantifikata l-informazzjoni mitluba.

servizz ta' kowċ bejn l-ajruport u ċ-Ċirkewwa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta sar il-kuntratt bejn l-Awtorità dwar it-Trasport u l-Awtorità tat-Trasport Pubbliku għal servizz ta’ kowċ bejn l-ajruport u ċ-Ċirkewwa? Kemm hu t-terminu ta’ żmien tal-kuntratt? Jista’ jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma sar ebda kuntratt bejn l-Awtorità dwar it-Trasport u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku għal servizz ta’ kowċ bejn l-Ajruport u ċ-Ċirkewwa.

Xagħra — Għajn Damma - recreational park

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq il-proġett ta’ recreational park minflok il-landfill tal-Qortin ta’ Għajn Damma fix-Xagħra? X’jonqos isir fuq dan il-proġett? X’inhuma t-timeframes għat-tlestija tiegħu? Jista’ jgħid jekk saritx applikazzjoni għal kofinanzjament minn fondi Ewropej għal dan il-proġett? Jekk fin-negattiv, għaliex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li ġiet installata sistema tal-estrazzjoni u trattament tal-gassijiet u ġie sottomess abbozz tal-PDS lill-MEPA biex jinbeda l-proċess li jwassal għall-ħruġ tal-permessi meħtieġa għar-rijabilitazzjoni ta’ din il-miżbla. L-applikazzjoni għall-fondi ta’ l-UE qiegħda tiġi preparata biex jiġu allokati fondi mill- budget tal-2007 – 2013 u l-proġett mistenni li jitlesta fil-perjodu li jkunu disponibbli dawn il-fondi.
Leg 11 PQ #7564 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti Infrastrutturali f'Għawdex — Applikazzjonijiet pendenti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5947, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijet li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha ma tatx l-approvazzjoni meħtieġa f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7565 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat Reġjonali tal-MCESD — rakkmandazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’deċiżjonijiet ittieħdu u x’rakkmandazzjonijiet saru lill-Gvern mill-Kumitat Reġjonali tal-MCESD għal Għawdex? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħat tal-istess kumitat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7566 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Casino - tender

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 3230 u 7307, jista l-Prim Ministru jgħid f’liema data l-Gvern kien ħareġ sejħa għal tender u x’inhuma l-kriterji li jistabbilixxu meta jkun iż-żmien propizju biex tinħareġ tender ġdida?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi s-sejħa għal tender imsemmija fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 3230 saret f’Settembru ta’ l-1997.
Leg 11 PQ #7569 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tibdil ta' liġi dwar aħwa bħala carers

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6689, jista' l-Ministru jgħid jekk xebba tieħu ħsieb lil oħtha b'diżabilità imma tkun taqbeż il-mezzi minħabba, per eżempju, għax tkun wirtet mingħand ommha, din ikollha dritt ta' kumpens bħala carer? Jekk le, hemm il-ħsieb li jsir xi ħaġa? Jekk iva, jista' jagħti xi informazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-mezzi li persuni jridu jissodisfaw biex ikunu eliġibbli għall-għajnuna tal-Carers Pension jew Għajnuna Soċjali tal-Carers, huma kkalkulati skond ir-raba’ u s-sitt parti rispettivament, tat-tieni skeda ta’ l-Att dwar is-Sigurta Soċjali Kap.318. Jekk persuni li japplikaw għal dawn l-għajnuniet fejn il-mezzi jeċċedu kemm minħabba wirt u kemm minn dħul ieħor, ma’ jistgħux jibqgħu jircievu kumpens bħala carers. Infomat ukoll li l-kriterji dwar test tal-meżżi huma stabiliti bl-imsemmi Att. Qed isir studju fuq “means testing” dwar kull benefiċċju/ assistenza / għajnuniet ohra u meta jitlesta jittieħdu il-passi neċessarji biex jigi mwettaq.

Dipartiment tal-Artijiet — pagamenti pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' każijiet ta' esproprazzjonijiet ta' art jew bini li d-Dipartiment tal-Artijiet għandu pendenti għal dak li jirrigwardja l-pagamenti lis-sidien in kwistjoni? Kemm ilha pendenti l-aħħar talba/pagament? Jista' fil-fatt jagħti breakdown sena sena ta' dawn il-pendenzi ta' pagamenti lid-Dipartiment tal-Artijiet għandu jħallas?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-Artijiet mhux f’pożizzjoni jgħid kemm huwa n-numru ta’ każijiet ta’ esproprijazzjoni ta’ art li għandu pendenti għal dak li jirrigwardja l-pagamenti lis-sidien billi f’diversi każi l-art esproprijata tinqasam f’diversi porzjonijiet b’sidien differenti. Din l-informazzjoni tkun magħrufa biss meta jsir ix-xogħol neċessarju biex jiġi stabbilit it-titolu ta’ l-art in kwistjoni. It-talbiet imorru lura sas-snin ħamsin, pero’ in-numru ta’ dawn huwa limitat. Id-Dipartiment ma jżommx ir -records neċessarji li jindikaw sena b’sena kemm għad hemm esproprijazzjonijiet li għadu ma sarx pagament għalihom.