Wara li xi ġimgħat ilu kien ġie mħabbar li l-proġett ta' Bieb il-Belt u s-sit tat-Taetru Rjal se jinbnew, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk twaqqafx xi kumitat ad hoc u min se jkun responsabbli minn dan il-proġett? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid ukoll min huma l-membri tal-kumitat li twaqqaf jew se jiġi mwaqqaf? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi konsultazzjoni pubblika dwar dan il-proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-proġett qiegħed jiġi mmaniġjat mill-Grand Harbour Regeneration Corporation. Il-konsultazzjonijiet kollha li huma meħtieġa skond il-liġi sejrin jiġu kollha mwettqa fiż-żminijiet meħtieġa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il kunsill lokali f'Għawdex (wieħed wieħed) għamel toroq bit-tarmac f'dawn l-aħħar 15-il sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5903, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-formazzjoni ta' kapital fiss gross f'Għawdex kull sena mill-1999 'l hawn fi prezzijiet kurrenti tas-suq u fi prezzijiet kostanti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-valur tal-formazzjoni ta’ kapital fiss gross jiġi kkalkulat fi prezzijiet kurrent u kostanti fuq skala nazzjonali u mhux fuq skala reġjonali u għalhekk din l-informazzjoni ma teżżistix għal Għawdex waħdu.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Azzjoni Industrijali
Question
Billi matul il-ġimgħat li għaddew kien hemm azzjoni industrijali għaddejja fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, li għal xi jiem wasslet biex lanqas jiġu aċċettati karti fir-reception tal-Awtorità, jista' l-Prim Ministru jagħti indikazzjoni dwar jekk minn kellu karti li suppost daħlu f'dawk il-jiem fil-fatt hux se jiġu penalizzati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorità Maltija dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mhiex ser tippenalizza lill-applikanti li setgħu ma daħlux il-karti fil-ħin b’riżultat ta’ l-azzjoni industrijali.
Ħal Far u Ħal Safi — detention centre - spiża totali ta' ħsarat
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali tal-ħsarat li saru fid-detention cenres ta' Ħal Far u Ħal Safi minn Jannar 2007 sa l-aħħar ta' Frar 2009? Min ħallas għal dawn il-ħsarat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-ispiza totali tal-ħsarat li saru fid-detention centres ta' Ħal Far u Ħal Safi minn Jannar 2007 sa l-aħħar ta' Frar 2009 tammonta għal madwar € 57,709 u hija mqassma kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Ser No
(a)
Items
(b)
Qty
(c)
Expenditure
(d)
1
Sentry Boxes
2
€ 1200.00
2
Mattresses
50
€ 1275.00
3
T.V. Sets
21
€ 6691.92
4
Fridges
5
€ 3100.00
5
Beds
105
€ 3593.10
6
Tea Urns
19
€ 2825.00
7
T.V. Decoders
4
€ 260.92
8
Telephone sets
40
€ 618.40
9
Tents Marquis
32
€ 29,440.00
10
Geysers
32
€ 4,832.00
11
Jugs Electric
57
€ 1,311.00
12
Hot Plates
8
€ 172.00
13
MCB's
4
€ 328.00
14
Toilets
4
€ 980.00
15
Window Glass
295
€ 1082.34
Grand Total
€ 57,709.68
Il-fondi ttieħdu mill-vot allokat lill-Forzi Armati ta’ Malta (TCNs Vote) sabiex biex jamministraw lill-immigranti rregolari.
l-Awtorità ta' Malta dwar Ambjent u l-Ippjanar u l-Awtorità Marittima ta' Malta, — srtudji fuq yacht marinas
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ittemm l-istudji li kienet għamlet mal-Awtorità Marittima ta' Malta, dwar il-yacht marinas f'diversi inħawi ta' Malta? B'mod partikolari, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-kamra kopja tal-istudji li saru dwar il-marina tax-Xemxija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li r-riżultati ta’ l-istudji msemmija se jkunu nklużi fir-rapport ta’ konsultazzjoni li qed jiġi ppreparat mill-Awtorità Marittima, liema dokument se jiġi ppublikat u mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dalwaqt.
kwestoni ta' kopji miżżewġa responsabbli mid-dixxiplina fis-servizz pubbliku
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-policy li qed tiġi addottata dwar sitwazzjonijiet fejn uffiċjali għolja f’Dipartimenti jew Aġenziji tal-Gvern ikollhom żwieġhom responsabbli mid-dixxiplina fis-servizz pubbliku fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jaħseb il-Prim Ministru li dan jista’ joħloq sitwazzjonijiet mhux ġusti fil-konfront ta’ ċerti mpjegati li jinqabdu f’każ ta’ dixxiplina bejn dawn iż-żewġ uffiċjali?
Jaqbel li dawn l-anomaliji għandhom jispiċċaw ħalli fuq naħa waħda ħadd ma jħossu mpotenti biex jiddefendi d-drittijiet tiegħu / tagħha u min naħa l-oħra jħossu komdu li se ssir ġustizzja miegħu f’xi każ ta’ dixxiplina? Jekk iva, x’rimedji qed jieħu biex din is-sitwazzjoni li tista’ toħloq inġustizzja tiġi eliminata?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-
policy
li qed tigi addottata mill-Ufficju tal- Prim Ministru dwar sitwazzjonijiet fejn ufficjali gholja f’ Dipartimenti jew Agenziji tal- Gvern ikollhom zwieghom responsabbli mid- dixxiplina fis-servizz pubbliku fl-OPM? Jahsibx il-Prim Ministru li dan jista’ johloq sitwazzjonijiet mhux gusti fil-konfront ta’ certi mpjegati li jinqabdu f’ kaz ta’ dixxiplina bejn dawn iz-zewg ufficjali?
Jaqbel il-PM li dawn l-anomaliji ghandhom jispiccaw halli fuq naha wahda hadd ma jhossu mpotenti biex jiddefendi d-drittijiet tieghu / taghha u min naha l-ohra jhossu komdu li se ssir gustizzja mieghu f’xi kaz ta’ dixxiplina? Jekk iva, x’ rimedji qed jiehu biex din is-sitwazzjoni li tista’ tohloq ingustizzja tigi eliminata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7114.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6943 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar kemm ġew importati karozzi f'pajjiżna mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u minn liema pajjiżi ġew sena b'sena mill-2005 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kunsilli lokali li għamlu talba biex tiġi devoluta proprjetà pubblika lilhom? Liema huma dawn il-kunsilli lokali? Meta għamlu t-talba? X'inhu l-iskop tad-devoluzzjoni ta' kull kunsill?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7162 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-applikazzjonijiet li l-Kunsilli Lokali għandhom għad-devoluzzjoni għall-proprjetà pubblika, meta saru u għal liema skop.
Nirreferi lill-Onorevoli Membru wkoll għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6335 fejn tajt lista tad-devoluzzjonijiet kollha li saru sa Frar ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi fl-aħħar ħames snin minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid kemm ġew importati karozzi minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7147.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw armi tan-nar, fosthom snieter u armi tal-idejn, f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid kemm ġew importati bullets, ċomb u skrataċ fl-istess perijodu? Ta' liema kalibru kienu l-bullets importati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar 2005 u l-31 ta' Marzu 2009 inxtraw 18,782 arma tan-nar. Infurmat ukoll illi ma tinżammx statistika taħt forma kompjuterizzata dwar l-importazzjoni ta' bullets, ċomb u skrataċ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux restrizzjonijiet kemm bħala kwantità kif ukoll bħala kobor fuq l-armi u l-immunizzjon li jista' jidħol fil-pajjiż?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-elenku ta' dawk l-armi tan-nar u munizzjon li l-importazzjoni tagħhom f'pajjiżna hija projbita, tidher fl-Iskeda I tal-Artikolu 3 tal-Att dwar l-Armi (Kap 480), liema kopja qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.
Spiżerija tal-għażla tiegħek — sistema ta' pilloli
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet ħalli s-sistema tal-pilloli li jinġabru mill-pażjenti direttament mill-Ispiżerija tal-Għażla tagħhom, tkompli tinfirex f'iktar postijiet ma' Malta u Għawdex?
Response (DALLI, JOHN)
L-onorevoli interpellant huwa mitlub jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2532. L-eżerċizzju ta` evalwazzjoni tal-proġett pilota ġie konkluż u diġa inbeda l-proċess sabiex jiġu ndirrizzati dawk l-oqsma li jinħtieġu attenzjoni, fosthom is-sistema tal – IT. La darba din is-sistema tiġi stabbilita jkun jista jitkompla l-proċess sabiex l-Iskema tiġi mifruxa f` aktar lokalitajiet.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir ħalli l-problema tal-iżbroffar tad-drenaġġ fil-bajjiet, tispiċċa darba għal dejjem u dan għaliex nhar il-Ħadd 15 ta' Marzu 2009, fl-4.30 p.m. diġà stajna ninnotaw bajja f'Paceville fejn kien hemm dan l-iżbroff? Issa li għadna fix-xitwa, jista' jara tistax issir xi ħaġa ħalli sa ma jasal is-sajf din il-ħsara tissewwa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-iżbroff li kien hemm Paceville kien kaġun ta’ sadd fil-mejn tad-drenaġġ. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tagħmel tindif fis-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi ta’ dawn il-bajjiet qabel jidħol l-istaġun tas-sajf. Il-Korporazzjoni qed ukoll tinstalla sistema ta’ monitoraġġ tal-pompi ħalli tara li l-operazzjoni tal-pompi tad-drenaġġ tkun tiffunzjona l-ħin kollu u jekk jiżvillupaw xi ħsarat tieħu azzjoni immedjata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6666 u jgħid kemm kien il-valur tal-formazzjoni ta' kapital fiss gross f'Għawdex kull sena mill-1999 'l hawn fi prezzijiet kurrenti tas-suq u fi prezzijiet kostanti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6666.
Air Malta — fuel surcharge mħallas mill-passiġġiera
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif jiġi stabilit il-fuel surcharge li jintalab jitħallas mill-passiġġiera li jużaw l-Air Malta? Meta ġie ntrodott l-ewwel darba dan il-fuel surcharge? Kif inbidlet matul iż-żmien li ilu jiġi mitlub? Meta nbidel l-aħħar darba?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Membru hija ta' natura kummercjali u sensittiva ferm ghax tolqot id-dhul ta' l-Air Malta. Ghaldaqstant m'huwiex prudenti li tinghata l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' anzjana li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u jara jekk il-flus li qiegħda tħallas bħala arretrati kenux korretti jew le, għax hija qiegħda tgħid li dawn ġew meħudin lilha inġustament?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tas-Sinjura li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, li tixtieq tingħata spjegazzjoni dwar x'inhuma l-flus żejda li qalulha ħadet għax hija dejjem tħoss li l-pensjoni tagħha hija vera baxxa?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7030 u jieħu azzjoni dwar il-fabbrika li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament, li ċ-ċumnija tagħha qiegħda tarmi bħal trab tal-ħadid li qed ikun ta' dannu għall-ambjent u għall-karozzi?