Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7369, 6963, 6259, 5850, 5640, 5354, 4753 u 4375 u jgħid kemm huwa it-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għal-Konsumatur u Kompetizjoni — permess biex taħdem xogħol privat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7395 u 7110 u cioè: Filwaqt li nirreferi għal risposta li ħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru lill-gazzetta "Illum" li dehret f’artiklu taħt it-titlu “il-Każ ta’ Veterinarja maċ-Ċivil” li ġie ppublikat il-Ħadd 22 ta’ Frar 2009, jista’ l-Ministru jikkonferma id-dati ta’ meta d-Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għall-Konsumatur u Kompetizjoni (il-Veterinarja) ngħatat il-permessi biex taħdem xogħol privat? X’kundizzjonijiet kien hemm ma' dawn il-permessi u jekk kien hemm, kenux jippermettulha li tagħmel xogħol privat waqt il-ħin li suppost taħdem mal-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Kummissjoni Ewropea — tisħiħ fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7397 u 7112 u cioè: Wara li l-Kummissjoni Ewropea riċentement (Jannar 2009) qalet li trid tara tisħiħ fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni ġewwa Malta, jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-passi li beħsiebu jieħu dwar dan anke minħabba li preżentament l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qed jitmexxa minn veterinarja li tipprattika l-professjoni tagħha fl-istess ħin li tmexxi dan l-uffiċċju li hu meqjus tant importanti mill-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għal-Konsumatur u Kompetizjoni — xogħol privat - permessi validi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7396 u 7111 u cioè: B’referenza għall-artiklu li deher fil-gazzetta "Illum" taħt it-titlu “Il-każ ta’ Veterinarja maċ-Ċivil” li ġie ppublikat il-Ħadd 22 ta’ Frar 2009, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-permessi li ħarġu lid-Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għall-Konsumatur u Kompetizzjoni (il-Veterinarja) biex tagħmel xogħol privat għadhomx validi minħabba li skond l-Uffiċċju tal-Prim Ministru dawn il-permessi ngħataw taħt il-leġislatura l-oħra?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jingħata fond adegwat, kif imwiegħed saħansitra mill-Prim Ministru lilll-klabb tar-Regatta ta' Birżebbuġa? Taf il-Ministru illi l-fond li ġie offrut lilhom kien ikkundannat mill-perit?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar, tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra għalfejn l-applikazzjoni, li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament, biex jissewwa lift għadha pendenti u x-xogħlijiet għadhom ma sarux?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għal Mistoqsija Parlamentari 4691. L-Awtorita’ pprogrammat l-istallar ta’ lifts fuq bażi ta’ prijorita’ skond id-diżabilita’ ta’ mobilita’ tar-residenti. Fil-każ ta’ Blokk B Triq it-Tarzna l-Isla, dan il-lift ippjanat li jsir is-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi ta' community work? Kemm hemm persuni addetti biex jagħmlu xogħol ta' community work?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi s'issa ingħataw 38 Ordni ta’ Xogħol fil-Komunita`, b’total ta’ 4110 siegħat. Infurmat ukoll illi bħalissa hemm 12-il persuna li qed iservu s-sentenza tagħhom.
Gazzetta tal-Gvern — pubblikazzjoni ta' għoti ta' isem lil triq/toroq
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta kienet l-aħħar pubblikazzjoni ta' għoti ta' isem lil triq/toroq fil-Gazzetta tal-Gvern? Kemm hemm toroq jistennew l-applikazzjoni tal-Ministru għal dan il-għan u liema huma dawk il-lokalitajiet affettwati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-aħħar avviż, numru 730, dwar din il-materja ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern kienet dik ta' nhar it-22 ta' Awwissu 2008. Infurmat ukoll illi hemm 10 toroq li qed jistennew l-approvazzjoni. Dawn jinsabu ġewwa Raħal Ġdid, Ħal-Għaxaq, Ħal-Tarxien, l-Iklin, San Pawl il-Baħar, in-Naxxar, San Ġwann, B'Buġa, il-Fgura u B'Kara.
Kumitat tat-Tiswija tat-Toroq mingħajr ir-rappreżentanti tal-Kummissarju Elettorali Prinċipali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa tal-Kumitat tat-Tiswija tat-Toroq inżammet mingħajr ir-rappreżentanti tal-Kummissarju Elettorali Prinċipali? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx ismijiet ta' persuna/persuni oħra jistennew għall-approvazzjoni sabiex jiżdiedu mal-membri preżenti ta' dan l-istess kumitat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-kumitat li qed isemmi ma jeżistix.
Kummissjoni Elettorali Prinċipali — persuna nnominata - rappreżentanta fuq il-bord tat-Tiswija tat-Toroq
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx nomina ta' persuna mibgħuta mill-Kummissjoni Elettorali Prinċipali bħala rappreżentanta tiegħu fuq il-bord tat-Tiswija tat-Toroq li qed tistenna l-approvazzjoni tal-Ministru? Jekk hemm, kemm ilha tistenna biex tiġi approvata?
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7096, issa li l-informazzjoni mitluba qed tingħata separatament, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-persuna li talab biex jifdi ċ-ċens ta' l-art ta' garaxx li huwa jokkupa? Din l-applikazzjoni saret madwar tliet snin ilu.
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi huwa veru li l-persuna konċernata kienet għamlet it-talba għall-fidi taċ-ċens tal-garaxx f’ Mejju tal-2006, iżda f’ Settembru tal-istess sena kienet infurmat lill-Uffiċċju Konġunt li ma kienetx aktar interessata li tifdi c-cens u talbet li l-applikazzjoni tigi irtirata. Kien biss f’ Jannar 2008, li il-persuna konċernata reġgħet għamlet talba għall-istess għan.
Peress li cens temporanju fuq garaxx jista’ jinfeda biss wara sejħa għall-offerti, f’ dawn il-jiem, din il-persuna ser tiġi kuntattjata biex tiddikjara jekk taċċetax li tinħareġ sejħa għall-offerti għal-fidi taċ-ċens in kwistjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7538 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jinvestiga l-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn stante li f'din il-familja jgħixu żewġ persuni, it-tnejn bir-relief, wieħed minnhom qiegħed rikoverat fl-Isptar Monte Carmeli? Jista' jgħid għalfejn inqata' s-servizz tad-dawl? Jaħseb li l-Gvern tramite l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kellu jagħti ż-żmien għall-ħlas? Jaħseb li t-talba ta' €350 hija projbittiva biex jerġa' jiddaħħal id-dawl fid-dar de quo tenut kont iċ-ċirkostanzi soċjali tal-każ?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm daħħal flus il-pajjiż minn kwalsijasi transazzjoni jew użu li jsir mill-area ta' Search and Rescue madwar Malta u minn fejn jidħlu preċiżament dawn l-ammonti ta' flus?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista` l-Ministru jgħid meta ser jibda u jitlesta x-xogħol ta’ toroq (ara l-lista isfel) f`Ħaż-Żabbar, liema toroq kienu
imwiegħda li ser jitlestew sa l-2008, mill-Ministru preċedenti għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq, fil-11 ta` Awwissu
2006? Jista' jispeċifika wkoll għaliex l-istess toroq hawn imsemmija baqgħu ma sarux kif imwiegħed?
Lista ta’ toroq:
Triq is-Sienja, Triq San Patrizju, Parti minn Triq San Frangisk,Parti minn Triq ix-Xgħajra,Parti minn Triq Dun Salv Sciberras,Triq Patri Feliċjan Grech,Triq Victor Cauchi,Misraħ San Nikola,Parti minn Triq A.Caligari,Triq il-Fustan,Triq il-Qoton,Triq il-Misqa,Triq Krexxuni,Parti minn Triq Felice,Triq il-Ħawt,Triq Dun Frans Buhagiar,Parti minn Triq l-Għadiba,Triq il-Kaħwiela,Triq is-Saqwi,Triq Santa Marija, Sqaq Nru. 1,Triq Santa Klara,Triq iż-Żabra,Triq is-Serrer,Parti minn Triq il-Barumbara,Trejqet il-Mitħna.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jagħti permess temporanju lis-sidien tal-caravans biex is-sajf li ġejt jagħmlu użu mill-post ta' Baħar iċ-Ċagħaq, peress li l-postijiet identifikati mill-Gvern għadhom ma sarux?
Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hux qed jieħu l-flus dovuti lilu mis-Sigurtà Soċjali għax hu qed iħoss li mhux qed jieħu biżżejjed?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ikkonfermat li se issir it-triq tal-Mellieħa inti u nieżel iċ-Ċirkewwa? Kif ser jiġu affettwati l-Caravans? Se jiġu minsusa? Jekk iva, x'kumpens se jieħdu? Beħsiebu l-Gvern jagħtihom post ieħor? Jekk iva, fejn qed ikun propost?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed tkun it-talba tal-Gvern lill-amministrazzjoni tal-paroċċa tal-Mosta fir-rigward x-xogħol ta' restawr li jeħtieġ li jsir fuq dan iz-zuntier? Jista' jgħid jekk saritx talba sad-data tal-lum mill-amministrazzjoni tal-paroċċa tal-Mosta rigward ix-xogħol li jeħtieġ isir fuq dan iz-zuntier? Jista' jgħid x'inhi n-nefqa maħsuba li hija marbuta ma' dan ix-xogħol ta' restawr?
Jirriżultalu l-Ministru li t-tfal setgħu ntużaw fuq dgħajjes ta' immigranti illegali biex iservu jew ta' human shield jew biex familji sħaħ ikun mbagħad jistgħu jingħaqdu iktar 'il quddiem?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Rigward l-ewwel parti tad-domanda ninforma lill-Onorevoli Membru illi l-awtoritajiet Maltin għandhom mhux biss ir-responsabbilita', iżda wkoll l-obbligu internazzjonali li jsalvaw u mhux jattakaw dawk id-dgħajjes b'immigranti rregolari li jkunu jinsabu f'diffikulta'.
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li teżisti xi prassi fejn tfal qegħdin jintbagħtu lejn Malta b'mod illegali bil-ħsieb illi jottjenu xi forma ta' protezzjoni internazzjonali sabiex eventwalment ikunu jistgħu jingħaqdu magħhom il-ġenituri tagħhom.
Ilma baħar jinbidel f'ilma ħelu — infieq fuq enerġija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li pajjiżna qed jonfoq fuq enerġija biex jibdel l-ilma baħar f'ilma ħelu? X'tip ta' alternattivi qed jaħdem fuqhom il-Gvern biex iżid il-provvista ta' l-ilma mingħajr l-użu ta' fossil fuel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.