Uffiċju tal-Prim MInistru — energy efficiency audits
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarux energy efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti/awtoritajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s’issa twettqu tliet energy audits f’dipartimenti/awtoritajiet li jifformaw parti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Wieħed sar fil-binja ta’ 3 Castille Place, li bħalissa hi okkupata mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, l-i
Staff Development Organisation
u d-Dipartiment għaċ-Ċittadinanza u Nies Barranin, b’dan tal-aħħar jaqa’ taħt ministeru ieħor. Ir-rapport ta’ dan l-
audit
tlesta f’Awissu tas-sena l-oħra u b’riżultat ta’ xi rakkomandazzjonijiet li saru, ittieħdet azzjoni biex kemm hu possibbli jitnaqqas il-konsum tal-enerġija, bħal per eżempju tnaqqis ta’ dawl fl-uffiċċji u kurituri kif ukoll tifi ta’
water heaters
. Suġġerimenti oħra li ħarġu mill-
audit
iridu jiġu studjati u, fejn hu l-każ, jitwettqu maż-żmien in vista tal-ispiża kapitali li jinvolvu.
Studju ieħor kien sar mill-Awtorità tax-Xandir fis-sena 2001 u jien infurmat li twettqu numru ta’ rakkomandazzjonijiet li ħarġu minn dan l-
audit
.
L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ukoll kienet għamlet studju intern dwar l-użu ta’ l-enerġija, u għalkemm twettqu xi wħud mir-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapport, dan l-
audit
bħalissa qiegħed jiġi aġġornat mill-istess
engineer
li kien jagħmel l-ewwel studju fl-2002.
Ta’ min iżid li l-Gvern bħalissa qed jipprepara biex iniedi eżerċizzju li permezz tiegħu ser isiru
energy audits
fil-binjiet tad-dipartimenti u entitajiet fis-settur pubbliku bl-iskop li jiġu studjati x-xejriet fil-konsum tal-enerġija u jsiru rakkomandazzjonijiet dwarkif ikun jista’ jitnaqqas dan il-konsum. Fil-fatt, bħalissa hemm miftuħa sejħa għall-applikazzjonijiet mingħand uffiċjali pubbliċi li għandhom il-kwalifiki neċessarji u li huma interessati jieħdu sehem f’dan l-eżerċizzju bħala
energy auditors
. Hu ippjanat li dawn l-
audits
jibdew hekk kif jiġi ffinalizzat il-proċess tal-għażla.
Dipartiment tat-Taxxi Interni/VAT — Interessi fuq kontijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni u tal-VAT qiegħed jiċċarġja nteressi ta' madwar 11% fuq kontijiet pendenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tat-Taxxi Interni kien jiċċarġja l-interessi fuq kontijiet pendenti bil-1% fix-xahar, skond l-artikolu 44 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa li ilu fis-seħħ għal ħafna żmien. Madankollu, min din is-sena, kif tħabbar fil-Bagit li għadda, l-interessi mill-2009 ‘il quddiem tnaqqsu għal 0.75% fix-xahar.
Skond il-liġi tat-Taxxa fuq il-Valur Mizjud, mill-1 ta’ Jannar 2009 imgħax dovut fuq taxxa li ma tkunx tħallset sad-data li kellha titħallas huwa bir-rata ta’ punt sebgħa ħamsa fil-mija (0.75%) għal kull xahar jew parti minnu li jiddekorri sakemm it-taxxa tibqa’ ma titħallasx. Sal-31 ta’ Diċembru 2008, ir-rata ta’ imgħax applikabbli fuq taxxa dovuta u mhux imħallsa sa qabel kienet ta’ wieħed fil-mija (1%) għal kull xahar jew parti minnu.
Jista' l-Ministru jara li l-expansion joints tal-bridge li jaqsam minn Triq is-Sebħ, Ħal Qormi fid-direzzjoni tal-Marsa jiġu rranġati peress li dawn tħaffru bil-konsegwenza li qegħdin joħolqu inkonvenjent kbir għal vetturi li jużaw dan il-pont?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — energy efficiency audits
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk sarux energy efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti/awtoritajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għadhom ma sarux efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti/awtroritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.
Ministeru għall-Poltika Soċjali — energy efficiency audits
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux energy efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti/awtoritajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li saru site visits fl-Uffiċċji Distrettwali tad-Diviżjoni tas-Sigurta’ Soċjali fil-Birgu, Ħaż Żabbar, Fgura, Paola u ż-Żejtun bi tħejjija biex isiru rapporti dwar Energy Efficiency Audits. Dawn ir-rapporti għadhom ma tlestewx.
L-informazzjoni dwar id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Anzjani, għada qed tinġabar.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern -energy efficiency audits
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux energy efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti/awtoritajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi sallum għadhom ma sarux energy efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex l-Awtorità tad-Djar waqqfet il-proċess li bih l-applikanti li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, talbu li jixtru l-appartament li joqogħdu fih?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-iskema li dawn l-applikanti applikaw, ġiet imwaqqfa minħabba li kien qed isir profitt esaġerat mill-inkwilini li wara li jixtru proprejata’ bix-xejn, dawn kienu qegħdin jgħaddu din il-propjeta’ lit-tfal tagħhom u dawn ibiegħu din il-propjeta’ lil terzi bil-prezz kummerċjali.
Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm biex tiddaħħal iktar sigurtà fil-Qorti ta' Għawdex u meta ser jiddaħħal apparat ta' metal detection bħal fil-Qorti ta' Malta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li qed isiru l-arranġamenti neċessarji biex titjieb is-sigurta' fil-Qorti ta' Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitħallas il-kumpens għall-porzjon raba' li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li ġie esproprjat mill-Gvern snin ilu?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
The Eden and Razzett Foundation — iffirmar ta' ftehim
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 7367, 7020 u 6647 u li oriġinarjament saru lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġew riferuti lilha u tgħid jekk iffirmatx xi ftehim finanzjarju mal-Fondazzjoni l-ġdida The Eden and Razzett Foundation? Jekk fl-affermattiv, tista' tagħti dettalji? Jekk fin-negattiv, xi ftehim hemm bejn il-Ministru u dawn iż-żewġ fondazzjonijiet separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari 6645.
Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7368, 6966, 6253, 5852, 5642, 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7368, 6966, 6253, 5852, 5642, 5351, 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7370, 6961, 6254, 5851, 5641, 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7370, 6961, 6254, 5851, 5641, 5353, 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għal Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Tista' l-Ministru tgħid x'rimedju għandhom l-istudenti li ġiet rifjutata t-talba tagħhom għall-għoti ta' learning support assistants? Hemm xi appell minn din id-deċiżjoni? Jekk fl-affermattiv, kemm hu t-terminu ta' żmien biex isir dan l-appell?
Peress li l-ġenituri ta' studenti b'learning support assistants li ser joqogħdu għall-eżamijiet tal-MATSEC ġew infurmati li jridu jiġu assessjati t-tfal mit-tobba tal-Gvern u mhux ser jiġu aċċettati assessments privati; peress li l-waiting list għal dan it-tip ta' assessjar hija twila u ħafna ġenituri qed jibżgħu li ma jilħqux jagħmlu l-assessment sa żmien l-eżamijiet, xi pjanijiet għandu l-Gvern biex kull tifel u tifla li għandhom bżonn dan l-assessment jiġu assessjati fil-ħin qabel l-eżamijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Meta tiġi rrifjutata talba għall-għoti ta’ Learning Support Assistant, wieħed jista’ jappella mal-Bord tal-Appell. It-terminu ta’ żmien biex isir dan l-appell huwa ta’ tlett xhur mid-data tar-rapport maħruġ mill-iStatementing Moderating Panel.
Fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, l-assessjar ta’ tfal fir-rigward tal-eżamijiet tal-MATSEC isir minn psikologi edukattivi. Id-Direttorat diġa’ ħareġ applikazzjonijiet għal
trainee psychologists
biex ikompli jsaħħaħ is-servizzi psikoloġiċi għall-iskejjel.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7369, 6963, 6259, 5850, 5640, 5354, 4753 u 4375 u jgħid kemm huwa it-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.