Jista' l-Ministru jgħid skond l-istatistika li jżomm id-dipartiment tal-kura primarja x'kien in-numru ta' persuni li attendew il-bereġ tal-Gvern fid-distretti, sena b'sena mill-2005 sa l-2008?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta' persuni li fittxew l-għajnuna tad-Detox minħabba abbuż tad-droga, matul is-sena 2008? Kemm kienu nisa u kemm irġiel? X'kienet l-aktar sustanza abbużata?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li matul l-2008, 1,085 persuna għamlu użu mis-servizzi tad-Detox Out-Patients li tmexxi s-Sedqa. Minn dawn 188 kienu nisa u 897 kienu rġiel. Fost dawn 53 raġel u 23 mara għamlu użu mis-Servizzi tad-Detox għall-ewwel darba.
Informat ukoll li 1,017 mill-1,085 persuna li nqdew bis-Servizzi tad-Detox (kwazi 94%) fittxew l-għajnuna minħabba problema ta’ eroina
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' suwiċidju sena b'sena bejn l-2006 u l-2008? Jista' jindika kemm minn dawn kienu barranin, kien ukoll in-numru ta' nisa, irġiel u kemm minnhom kienu addoloxxenti taħt it-18-il sena?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li kien hemm 70 mwiet kawża ta' suwiċidju bejn is-sena 2006-2008 skond ir-Reġistru Nazzjonali ta' l-imwiet. Minn dawn 5 kienu barranin. Ma kienx hemm każijiet ta' suwiċidju li kienu addoloxxenti taħt it-18-il sena. L-informazzjoni mitluba sena b'sena hija hekk :-
Sena Irġiel Nisa Barranin Taħt it-18-il sena
2006 22 5 1 0
2007 25 1 1 0
2008 14 3 3 0.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex din il-ġimgħa, impjegati tas-servizz pubbliku flimkien mal-pulizija marru fuq ta' San Blas, Għawdex biex ineħħu xi siġar taċ-ċitru li hemm fl-akwata u dan meta r-residenti qed jistennew ir-riżultati ta' testijiet li saru fuq dawn is-siġar biex jiġi stabbilit jekk humiex morda jew le, u jekk fil-każ jistgħux jiġu kkurati? Jekk saru testijiet mid-dipartiment konċernat jista' jgħid jekk sarux Malta jew barra minn Malta u kemm-il opinjoni ttieħdet dwar dan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-infurzar sar skond l-Att tal-Kwarantina tal-Pjanti sabiex jinqerdu siġar taċ-ċitru nfettati bis-Citrus Tristeza Virus (CTV). Dawn is-siġar diġà ġew ikkonfermati nfettati bis-CTV mid-Dipartiment għas-Saħħa tal-pjanti ġewwa Malta. Is-sidien ta’ dawn is-siġar kien diġà ntbagħatilhom riżultat tad-dianjosi.
It-testijiet saru Malta bbażati fuq testijiet seroloġiċi u molekolari u mhux fuq opinjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni urġenti fil-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament , meta dawn diġà ġew apporvati, il-kuntrattur huwa magħżul u sal-lum ix-xogħlijiet għadhom ma bdewx?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li x-xogħlijiet fil-fond imsemmi huma pprogrammati li jinbdew ix-xahar id-dieħel.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu d-diskussjonijiet bejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Uffiċju tal-Land Registry biex dan ta' l-aħħar jibda juża l-mapep (site plans) aġġornati li għandha l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Billi l-Land Registry qed jużaw pjanti (meta persuni jkollhom bżonn jirreġistraw propjetà li jkunu qed jixtru) li ilhom snin sħaħ ma jiġu aġġornati, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt il-Land Registry Office humiex qed jużaw il-pjanti aġġornati tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minħabba xi kwestjonijiet ta' ħlas annwali lill-istess Awtorità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Bugibba, San Pawl il-Baħar u l-Qawra — inċidenti bejn residenti u immigranti irregolari
Question
Jista' l-Ministru jara li kemm jista' jkun malajr jibda jkun hemm solveljanza aktar spissa min-naħa tal-Pulizija fl-inħawi ta' Bugibba, San Pawl il-Baħar u l-Qawra, qabel ma jinqalgħu xi inċidenti serji minħabba l-preżenza ta' dawk li r-residenti qed iqisu bħala immigranti irregolari, li ġew joqogħdu fl-inħawi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija tagħmel ronda fuq bażi regolari f'diversi lokalitajiet, inklużi dawk imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Billi Sqaq il-Kustinjuż limiti tan-Naxxar jinsab fi stat ħażin ħafna, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jara li l-ħsarat li hemm jitneħħew billi jsir wiċċ ġdid f'din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru rapporti ta' ħsarat fis-sistema tal-ilma fl-inħawi magħrufa bħala il-Budaq, limiti tan-Naxxar, matul l-aħħar 12-il xahar? X'tip ta' rimedji fil-fatt ittieħdu biex dawk li għandhom residenza, attività kummerċjali jew dik agrikola f'dawn l-inħawi jinqdew bl-ilma mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — garanzijali tiswijiet jsiru sew
Question
Billi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn żmien għall-ieħor ikollha bżonn tiftaħ it-toroq biex twettaq tiswijiet fuq is-sistema tal-ilma tagħha, jista' l-Ministru jara li l-istess korporazzjoni tiggarantixxi li dawn l-interventi fuq it-triq jiġu msewwija sew?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie mwaqqaf 'Quality Assurance Unit' fi ħdan l-ADT li wieħed mill-objettivi prinċipali tagħha huma li tiżgura li kull intervent li jsir fuq it-toroq iżomm ma' standards ta' kwalita' stabbilita u jsiru fl-aqsar żmien possibli sabiex titnaqqas l-inkonvenjenza għall-pubbliku.
Business Promotion Act — Għawdex - nefqa fuq inċentivi għall-industrija
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa mill-1 ta' Ottubru, 2008 sal-lum fuq inċentivi għall-industrija f'Għawdex taħt il-Business Promotion Act? Għal liema sena ta' operat kienet in-nefqa? Kemm kumpanniji bbenefikaw minn din in-nefqa? Kemm hemm għotjiet approvati u għadhom ma tħallsux? Għal liema snin huma u kemm hu l-ammont għal kull sena? Kemm huma l-kumpanniji involuti? Meta huwa mistenni li jitħallsu?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa mill-1 ta’ Ottubru, 2008 sal-lum fuq inċentivi għall-industrija f’Għawdex taħt il-
Business Promotion Ac
Għal liema sena ta' operat kienet in-nefqa? Kemm kumpanniji bbenefikaw minn din in-nefqa? Kemm hemm għotjiet approvati u għadhom ma tħallsux? Għal liema snin huma u kemm hu l-ammont għal kull sena? Kemm huma l-kumpanniji involuti? Meta huwa mistenni li jitħallsu?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa mill-1 ta’ Ottubru 2008 sallum fuq inċentivi għall-industrija f’Għawdex taħt il-
Business Promotion Act
? Għal liema sena ta operat kienet in-nefqa? Kemm kumpaniji bbenefikaw minn din in-nefqa? Kemm hemm għotjiet approvat u għadhom ma tħallsux? Għal liema snin huma u kemm hu l-ammont għal kull sena? Kemm huma l-kumpanija involuti? Meta huwa mistenni li jitħallsu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li mill-1 ta' Ottubru 2008 sal-lum, in-nefqa fuq inċentivi għall-industrija, taħt il-Business Promototion Act tammonta għal-€746,305, għas-snin bejn l-2001 u l-2007, u li minnhom ibbenefikaw għoxrin kumpanija.
Jiena nfurmata wkoll li taħt il-Business Promotion Act hemm erbatax-il talba minn sitt kumpaniji, approvati biex jitħallsu għall-perjodi bejn is-sena 2002 u 2007. Il-valur ta' dawn jammonta għal- €593,613. Il-pagamenti pendenti jsiru aktar il-quddiem.
Business Promotion Act — Kumpanniji Għawdxin - talbiet għal grants mill-Malta Enterprise
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għand il-
Malta Enterprise
mingħand kumpanniji Għawdxin għal
grants
taħt il-
Business Promotion Act
?
Għal liema snin huma dawn it-talbiet? Meta ġew sottomessi lill-
Malta Enterprise
? Kemm hu l-ammont totali li qed
jintalab? Meta mistenni li jiġu proċessati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm tmien (8) talbiet għat-transport grants taħt Artiklu 23 taħt il-Business Promotion Act.
Dawn it-talbiet, li jammontaw għal valur ta’ €90,000, huma għas-sena finanzjarja 2007, ħlief għal waħda (2006), u l-applikazzjonijiet ġew sottomessi lill-
Malta Enterprise
bejn Marzu 2008 u Frar 2009. L-applikazzjoni għat-
transport grant
issir meta l-kumpanija jkollha f’idejha l-
audit financial statements
għal dik is-sena u matul il-proċess l-applikant xi drabi jkun mitlub jagħti xi klarifikazzjoni li mhux dejjem tingħata lil
Malta Enterprise
fil-ħin.
Il-proċess fuq dawn l-applikazzjonijiet diġa’ beda, u hu mistenni li jkun finalizzat fi żmien qasir. Il-ħlas kollu jsir mill-Ministeru għal Għawdex.
Malta Enterprise
għas-snin 2007 u 2008 approvat total ta’ € 1.3m f’
transport grants
, kif jidher hawn taħt:
Sena
Numru ta’ applikanti
Valur totali tal-
grants
2007
19
€ 687,560
2008
24
€ 586,614
Għawdex — nies li jirreġistraw - xogħol li qed ifittxu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuwa x-xogħol li qed ifittxu dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex taħt l-ewwel parti u t-tieni parti separatament? Jista’ jagħti n-numru ta’ reġistranti skont ix-xogħol li qed ifittxu u maqsuma f’nisa u rġiel?
Għawdex — Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects by Enterprises - applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet minn Għawdex taħt il
-Grant Scheme for Sustainable
Tourism Projects by Enterprises
taħt l-ERDF? Kemm hemm fondi Ewropej u fondi nazzjonali allokati għal
din l-iskema?
Għawdex -proġetti mgħejjuna minn National Lotteries Good Causes
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm proġetti minn Għawdex ħadu għajnuna minn National Lotteries Good Causes Fund f'dawn l-aħħar tliet snin? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu proġetti taħt kategoriji soċjali, kulturali, edukazzjonali, sportivi, reliġjużi u filantropiċi? Jista' jgħid is-somma li ngħata kull proġett?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Settur turistiku li Għawdex jista' jgawdi minnu huwa s-suq tal-konferenzi. Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inizjattivi qed tieħu l-unit tal-konferenzi fi ħdan l-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu, biex konferenzi, b'mod partikolari dawk ta' daqs żgħir u medju, ikunu jistgħu jsiru f'Għawdex?
Malta u Għawdex — prodott turistiku - fondi għar-riżorsi umani
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proġetti, kemm b'fondi nazzjonali u fondi Ewropej, hemm maħsub bħala viżjoni fit-tul fuq il-prodott turistiku kemm f'Malta u f'Għawdex fl-aspett tar-riżorsi umani u dan sabiex nibqgħu niffukaw fuq il-ħtieġa li Malta u Għawdex ikunu dejjem aktar destinazzjonijiet li joffru valur tajjeb għall-flus li jħallsu t-turisti biex jiġu fostna?