Malta Enterprise — talbiet għall-ftuħ ta’industriji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għall-ftuħ ta’industriji quddiem il-Malta Enterprise bħalissa? Minn min saru u meta saru? Kemm ġew approvati talbiet fl-ewwel tlett xhur ta’din is-sena finanazjarja? Liema kienu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Jannar u Marzu 2009, il-Malta Enterprise approvat assistenza lil sitt entrapriżi. Dawn l-intrapriżi applikaw bħala start-up jew biex jespandu, u huma fis-setturi ta’:
· ICT
· Avjazzjoni
· Enginerija
· Elettronika
· Ikel
Bħalissa hemm tmien proġetti li qed jiġu kkonsidrati għall-assistenza bħala
start-up
. Dawn it-tmien proġetti jaqgħu taħt is-setturi msemmija hawn taħt:
· ICT
· Prodotti medicinali, li jinkludu makkinarju
· Enginerija
· Avjazzjoni
· Marittimu
Dawn it-talbiet ġew ippreżentati lil
Malta Enterprise
f’dawn l-aħħar xaharejn. F’ċerti każijiet il-
Malta Enterprise
ma tistax tevalwa l-proġett minħabba nuqqas ta’ informazzjoni. Għal dawn il-każijiet il-
Malta Enterprise
qed titlob iktar informazzjoni mingħand l-applikanti.
Hemm ħames proġetti oħra fis-settur tar-riċiklaġġ li qegħdin jiġu wkoll ikkunsidrati. Dawn ilhom aktar minn xaharejn minħabba illi l-industrija tar-riċiklaġġ tipikament ma għandhiex valur miżjud għoli u għandha bżonn ħafna art. Madanakollu l-
Malta Enterprise
tapprezza l-kontribut li r-riċiklaġġ iġib lis-soċjeta’. Il-kwistjoni li għadha qed tiġi diskussa hija li l-proċessi ta’ l-industrija tar-riċiklaġġ għandhom element ta’ tniġġiż illi jista’ jkun ta’ dannu għal-intrapriżi f’setturi oħra li jkun fl-inħawi tagħhom, bħal l-ikel u l-farmaċewtika. Għaldaqstant biċċa art ġiet riservata għal-intrapriżi fir-riċiklaġġ bħala soluzzjoni.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — bordijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tagħha li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar, tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tidher fit-tabella ta’ hawn taħt:
Kumitati
Iltaqa’
Ma ltaqgħax
National Sovereignty and Jurisdiction Committee
X
Kumitat ta’ Tmexxija dwar l-Infurzar Lokali
X
Kumitat Ko-ordinativ għall-Bio-Sigurtà
X
Kumitat ta’ Konsulenza dwar il-Patrimonju (NHAC u CHAC)
X
Kumitat Konsultattiv dwar l-Ippjanar
X
MEPA Kumitat tal-Uteni
X
Kumitat għall-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrali ta’ Tniġġiż
X
Kumitat ORNIS
X
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kumitati
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant ninsab infurmat li l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħi li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu huma kif ġejjin:
Il-Kumitat tal-Kuntratti;
Il-Kumitat li jagħti pariri dwar ir-
Retail Price Index
;
Il-Kumitat tal-Kontroll fl-Uffiċċju Konġut.
Il-Kumitati msemmija hawn taħt huma dawk li ma ltaqgħux matul ix-xhur msemmija:
Il-Kumitat b’Interess f’Indikazzjonijiet u Denominazzjonijiet Ġeografiċi;
Il-Kumitat li jagħti pariri dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7353 u cioè: B'referenza għal-lukanda li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha magħluqa flimkien mal-annexe tagħha għal madwar sitt snin, minkejja li s-sidien tal-post tellgħu ħajt tal-bricks mad-daħla tal-lukanda, għad hemm nies li qed jidħlu fil-premises tal-ex lukanda mill-bieb ta' wara u mill-ex-store ta’ bay junction bil-konsegwenza li nies li jkunu qed jiffrekwentaw bars fil-viċin qegħdin jużaw dan il-bini abbandunat bħala toilets b’inkonvenjent kbir għas- saħħa tar-residenti tal-inħawi.
B’żieda ma' dan, kull meta jkun maltemp bir-riħ qawwi, diversi
corrugated panels
qed jagħmlu ħsejjes kbar li qed ikunu ta' inkonvenjent għall-istess residenti.
Jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex dan il-
premises
mitluq ma jibqax jkun ta’ inkonvenjent għar- residenti tal-inħawi, aktar u aktar minħabba l-istat ta’ abbandun li jinsab fih?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7352 u cioè: Peress li f’pajjizi oħrajn tal-Unjoni Ewropea fejn hemm restrizzjonijiet fuq it-tipjip huma permessi dawk li jissejħu electronic cigarettes fejn mingħajr ma wieħed ipejjep b'mod konvenzjonali jista' jirrikorri għall-electronic cigarette kits li jaħdmu b’replacement nicotine cartridges, jista' l-Gvern jirrevedi l-policy tiegħu f'dan ir-rigward, meta f’bosta pajjiżi dawn jistgħu jinbiegħu b’mod legali?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li skond il-liġijiet ta’ Malta prododott li jkun fih sustanza derivata minn tabakk bhal ma hija n-nikotina huwa klassifikat bħala prodott tat-tabakk għall-finijiet lal-liġi. Għaldaqstant dak kollu li japplika għat-tabakk japplika wkoll għal dawn il-prodotti u għalhekk għalkemm dawn jistaw jinbiegħu b’mod legali, għandhom restizzjonijiet dwar użu u reklamar bħal ma għandu t-tabakk.
Informat ukoll li d-Diviżjoni għar-Regolazzjoni tas-Saħħa Pubblika qed issegwi mill-qrib l-iżviluppi li qed isuru f’dan il-qasam kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-istituzzjonijiet tas-saħħa u jekk tinħass il-ħtieġa
policies
u liġijiet jiġu riveduti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7351 u cioè: Madwar 20 xahar ilu, l-amministrazzjoni taċ-ċentri ta’ matul il-jum (adult training centres) inbidlet mill-Ministeru tal-Politika Soċjali għall-Foundation for Social Welfare Services – taħt l-aġenzija Sapport.
Jista' l-Ministru jgħid x’bidla kien hemm fl-ispiża kapitali ghat-tmexxijja ta’dawn iċ-ċentri?
Jista' jagħti
breakdown
tal-bagit tal-
Foundation for Social Welfare Services
li tinkorpora l-aġenzija Appoġġ, l-aġenzija Sedqa u l-aġenzija Sapport.
X’persentaġġ tal-baġit tal-aġenzija Sapport qed tkun allokata għaċ-ċentri ta’ matul il-jum?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-ispiża kapitali għat-tmexxija ta’dawn iċ-ċentri hi hekk :-
Sena
Ammont Allokat
€
Nefqa
€
2005
81,528
81,512
2006
69,881
69,716
2007
163,056
134,465
2008
85,300
85,114
2009
60,000
Informat ukoll li l-breakdown tal-baġit tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali huwa hekk:
Agenzija
Budget Vote No.
€
% of Budget
FSWS
6207
93,000
0.85
Sedqa
6645
2,200,000
20.05
Appogg
6646
2,870,000
26.15
Sapport
6774
5,810,000
52.95
Total:
10,973,000
Mill-ammont ivvutat lil Aġenzija Sapport, qed ikun allokat ammont ta’ 62.6% liċ-ċentri ta’ matul il-jum.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7341 u jgħid jekk il-konsulenti Mott McDonald kemm-il rapport dwar il-wind energy ippreżentaw lill-Gvern? Wieħed jew tnejn? Jekk jirriżulta li ġew mħejjija aktar minn rapport wieħed, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tieni rapport?
Informazzjoni fuq waiting list — surgical and gynaecology operations
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7386, 6970, 6261 u 5940 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5625, jista' jara li din l-informazzjoni tibda tinġabar?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li biex tibda tinġabar l-informazzjoni mitluba irid jiġi nstallat programm kompjuterizzat magħruf bħala Centralised Waiting List Management Programme.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk it-tilqim, per eżempju dak li jingħata lit-tfal, hux suġġett għall-VAT?
Jekk fl-affermattiv, għaliex it-tilqim m'huwiex ikkonsidrat bħal mediċini oħra u għalhekk ma jiġix suġġett għall-VAT?
L-impożizzjoni ta’ VAT fuq it-tilqim hija deċizjoni li ħa l-Gvern Malti minn rajh jew toħroġ mill-mod kif saru n-negozjati għad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea?
It-tilqim kien fost il-mediċini li l-Gvern Malti talab lill-Unjoni Ewropea biex ma jżommx VAT fuqhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tilqim, inkluż dak li jingħata lit-tfal, hu suġġett għal rata mnaqqsa ta’ VAT ta’ ħamsa fil-mija.
It-tilqim m’huwiex ikkunsidrat bħal mediċini oħra li mhux suġġetti għall-VAT minħabba li bħala prodott hu klassifikat taħt l-intestatura HS 30.02. Prodotti li jaqgħu taħt din l-intestatura huma suġġetti għal rata mnaqqsa ta’ VAT ta’ ħamsa fil-mija.
L-impożizzjoni ta’ VAT fuq it-tilqim toħroġ min-negozjati għad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja fejn Malta ntalbet tallineja d-deroga tagħha fuq prodotti farmaċewtiċi ma’ eżenzjonijiet simili li kienu jeżistu fi Stati Membri oħra.
Fit-talba oriġinali tiegħu lill-Unjoni Ewropeja, l-Gvern Malti kien talab li t-tilqim ikun eżenti mill-VAT bi kreditu.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni tal-periklu li ħoloq is-sewage fil-baħar tal-Mellieħa, fiż-żona taċ-Ċumnija? Huwa aċċettabbli li impjant ta' €10.7 miljun iwassal għal dan kollu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jara l-każ sabiex jingħata l-permess ta' residenza lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7750, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatriates li hu l-entita' responsabbli mill-ħruġ ta' permessi ta' residenza, m'għandu ebda talba għal tali permess mingħand il-persuna konċernata.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jara l-każ ta' persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament sabiex jingħata VISA ħalli jkun jista' jkompli bil-ħidma tiegħu f'Malta abbażi tar-raġunijiet li qed jingħataw separatament?
Response (BORG, TONIO)
B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7775, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata kellha awtoriżżazzjoni temporanja (interim) sabiex toqgħod Malta sal-15 ta' April 2009 sakemm tiġi eżaminata t-talba tagħha biex tirresjedi f'Malta.
Din il-persuna ma talbitx biex jiġi estiż dan il-permess, għalhekk m'għadhiex awtoriżżata tirrisjedi f'Malta.
Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea — Communications Committee
Question
Tenut kont tal-konkluzjonijiet tal-Communications Committee tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea datat l-1 ta' Jannar li għadda -
http://circa.europa.eu/Public/irc/infso/cocom1/library?l=/public_documents_2009/cocom09-11_final/_EN_1.0_&a=d
- fejn jidher ċar li Malta għadha lura fl-implimentazzjoni tan-numru ta' l-Emerġenza Ewropew, jista' il-Ministru jgħid x'rakkmandazzjonijiet saru lill-Gvern f'rapport tekniku li sar
ad hoc
biex jigu trattati l-problemi principali fis-sistema Maltija? Kemm hi n-nefqa proposta? Meta se jigi implimentat dan ir-rapport? F'liema stadji?
Jahseb l-Ministru li jekk il-Gvern jagħzel li ma jagħmel xejn, ir-rakkmandazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea eventwalment isiru direttivi u l-proġett ikollu jitwettaq xorta waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Stante li s-servizzi tal-emerġenza ta' Malta huma magħmulin mill-
a) Pulizija
b) Protezzjoni ċivili
ċ) Health
d) Armata li però għandhom operator wieħed tas-servizz telefoniku tal-112 u stante li l-operator huwa l-Korp tal-Pulizija u s-servizz huwa bbazat id-depot, jista' l-Ministru jgħid:
1) X'tip ta' teknoloġija teżisti għall-entitajiet konċernati sabiex titħaddem il-linja tal-emerġenza 112?
2) X'tip ta' teknoloġija teżisti sabiex jintagħraf in-numru ta' min qed iċempel għall-emerġenza u l-post li jkun jinsab fih? (
caller line id,
u
caller location id)
3) X'tip ta' teknoloġija teżisti sabiex l-entitajiet tal-emerġenza jitkellmu bejniethom waqt li jkunu fuq xi sit ta' inċident?
4) X'tip ta' teknoloġija teżisti sabiex ikunu identifikati l-eqreb servizzi ta' emerġenza għal xi inċident?
5) X'jiġri meta ċittadin iċempel fuq il-linja tal-emerġenza u tkun okkupata?
6) X'inhi l-istatistika ta' telefonati ta' emerġenza (imwieġba u mhux) għal din l-aħħar sena?
7) Kif inhu adattat is-servizz telefoniku tal-emerġenza għal persuni b'diżabbilità?
8) X'inhu l-inqas numru ta' operaturi li jitħallew mal-linja tal-112?
9) Jeżisti taħriġ professjonali għall-operaturi li jwieġbu dawn it-telefonati ta' emerġenza?
10) Liema lingwi jitħaddmu mill-operaturi f'kas ta' telefonati minn persuni barranin f'pajjiżna?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art li fuqha huma mibnijin d-djar u appartamenti mikrija mill-Gvern li qegħdin fi Triq Medjez, Pembroke, hiex akkwistata mill-Gvern u għaldaqstant jista' ibiegħ l-proprjetà li għandu mikrija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-djar u appartamenti mikrija mill-Gvern li jinsabu fi Triq Medjez Pembroke huma mibnija fuq art proprjetà tal-Gvern u għaldaqstant dawn jistgħu jinxtraw wara li l-proċeduri kollha bejn it-Taqsima Proprjetà tal-Gvern u l-Awtorità tad-Djar sabiex din l-art tgħaddi f’idejn l-Awtorità permezz ta’ Avviż Legali, jiġu ffinalizzati.
Jista' l-Ministru jgħid fir-residenza San Vincenz de Paule x'inhu: a) in-numru ta' nisa residenti u n-numru ta' irġiel residenti; b) in-numru ta' residenti minn kull lokalità ta' Malta, lokalità b'lokalità; c) in-numru ta' anzjani fuq il-waiting list għal kull lokalità ta' Malta?