The Eden and Razzett Foundation — iffirmar ta' ftehim
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6647 u jgħid jekk iffirmax xi ftehim finanzjarju mal-Fondazzjoni l-ġdida The Eden and Razzett Foundation? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji? Jekk fin-negattiv, xi ftehim hemm bejn il-Ministru u dawn iż-żewġ fondazzjonijiet separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6647.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien id-dħul tal-gvern f'taxxa, bħala riżultat tal-bejgħ tal-proprjetà f'Jannar u Frar ta' 2006, 2007, 2008 u 2009? Fl-istess perijodi, x'kien il-valur tal-proprjetà li ġiet dikjarata fil-kuntratti tal-bejgħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ammonti ta’ taxxa fuq qligħ kapitali, boll flimkien mal-valur tat-trasferementi fix-xhur ta’ Jannar u Frar għas-snin 2006, 2007, 2008 u 2009 hu kif ġej:-
Month
Year
CGT
Duty
Value
€
€
€
Jannar
2006
4,857,000
3,664,471
96,960,493
Frar
2006
5,507,000
3,195,418
84,978,839
Jannar
2007
3,760,000
3,923,442
107,337,315
Frar
2007
9,780,000
3,752,885
102,220,116
Jannar
2008
4,547,000
3,438,622
110,716,889
Frar
2008
6,744,000
3,539,092
108,036,734
Jannar
2009
3,810,000
2,660,968
70,472,153
Frar
2009
3,903,000
2,208,049
81,578,344
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandhom kull ġimgħa għall-eżerċizzju fiżiku t-tfal tagħna li jattendu skejjel pubbliċi? Hemm xi studji li jgħidu kemm suppost għandu jkun dan il-ħin biex it-tfal jiġu mgħejuna jgħixu a healthy life style?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skond iċ-ċirkulari DCM 28/2007 hu stipulat li l-istudenti kollha tal-primarja jagħmlu sagħtejn ta’edukazzjoni fiżika fil-ġimgħa. Ħafna drabi dan jiddependi mill-attitudni tal-kap ta’ l-iskola u ta’ l-għalliem individwali. Jidher illi b’mod prattiku ħafna skejjel qed jagħmlu żewġ lezzjonijiet ta’ 45 minuta-il waħda fil-ġimgħa b’uħud jilħqu l-miri hekk kif imniżżla fiċ-ċirkulari. Madanakollu l-ħin għalkemm hu determinanti m’huwiex l-uniku fattur li jiddetermina l-healthy lifestyle.
Fis-sekondarja, l-istudenti tal-Forms 1 u 2 qed ikollhom siegħa u nofs fil-ġimgħa. Fit-tlett snin l-oħra din qiegħda tonqos għal lezzjoni waħda fil-gimgħa ta’ tliet kwarti ta’ siegħa.
Hemm xi eccezzjonijiet bħal San Benedittu fejn l-istudenti għandhom tlett lezzjonijiet fil-ġimgħa.
Il-WHO u NASPE (Assoċjazzjoni Amerikana ta’ l-Edukazzjoni Fiżika u Sport) fost l-oħrajn jirrakkommandaw minimu ta’ siegħa ta’ attivita’ fiżika kuljum. Dan ma jfissirx li jrid isir bilfors matul il-ħin ta’ l-iskola, madankollu l-iskola għandha rwol importanti meta tqis li ħafna studenti m’humiex involuti fl-ebda attivita’ fiżika wara l-ħin ta’ l-iskola.
L-isport u l-attivita’ fiżika huwa fattur wieħed, imma essenzjali, minn bosta sabiex l-istudent ikun jista’ jaddotta
healthy lifestyle
. Fost affarijiet oħra ta’ min isemmi d-dieta, in-nuqqas ta’ alkohol, trażżin ta’ tipjip u drogi u mistrieħ adekwat.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex vera li f'Malta hawn rata għolja t'obeżità fit-tfal taħt it-12-il sena? Jista' jgħid x'miżuri qed jittieħdu sabiex din ir-rata tonqos u ma titkompliex din it-trend?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li d-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni ta’ Mard jagħmel stħarrig fost tfal ta’ l-iskola ta’ 11, 13 u 15 il-sena. Ir-rata tal-obesita f’dawn l-etajiet hija alarmanti, u fil-kas ta’ tfal ta’etajiet 13 u 15 il-sena, hija l-għola fl-Europa u l-Amerika ta’ fuq.
Il-figura għal-Malta huma dawn:
BMI (overweight u obese)
11 il-sena
13 il-sena
15 il-sena
Subien Bniet
Subien Bniet
Subien Bniet
2002
33.8% 23.5%
27.9% 16.7%
2006
25.4% 30%
31% 30.9%
32.1% 27.8%
Għal-din ir-raġuni, qed isiru diversi inizjattivi biex negħlbu din il-problema kemm f’livell individwali, kif ukoll fuq livell nazzjonali.
Twaqqaf kumitat interministerjali ICCO, biex iħares lejn l-aspetti kollha li jistgħu jaffetwaw l-obesita f’kull eta. L-ICCO iħares lejn il-fatturi li jolqtu lit-tfal, u l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni huwa nvolut għax huwa l-mezz kif nilħqu lit-tfal.
Informat li d-Dipartiment tal Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni ta’ Mard jagħmel diversi kampanji nazzjonali biex jindirizza din il-problema.
‘Kul l-Ħamsa kuljum’ – Kampanja promozzjonali dwar il-konsum tal-frott u l-ħaxix –
Din il-kampanja nazzjonali li ser isir f’Ġunju li ġej, għanda l-għan li tqajjem kuxjenza u għarfien fost il-pubbliku dwar l-importanza ta’ konsum xieraq ta’ ħaxix u frott kuljum. Il-mezzi ta’ kommunikazzjoni ta’ din il-kampanja qegħdin jitħejjew li jinkludu:
logo
,
poster
, fuljett edukattiv u kartolini b’riċetti li jippromwovu aktar konsum xieraq ta’ ħaxix u frott, b’hekk is-saħħa tal-pubbliku Malti tkun aktar mħarsa. Bħalissa wkoll qed jitħejja stħarriġ sabiex tinġabar informazzjoni fost il-pubbliku qabel Ġunju li ġej.
Proġett imexxi minn DG Sanco huwa il
-Joint WHO/EC DG SANCO Monitoring progress on improving nutrition, physical activity and preventing obesity in the EU (2008-2010)
: L-Għan ta’ dan il-proġett hu sabiex jkun irrappurtat l-ħidma li seħħet matul dan l-aħħar snin dwar in-nutriment u l-attivita’ fiżika. Dan jinkludi statistika u informazzjoni oħra;
policies
u
networks
; interventi prattiċi tajba u evalwazzjoni ta’ progress f’dan il-qasam. Għal dan il-għan, twaqqaf
network
ta’
Focal Points
Nazzjonali dwar in-nutriment u l-attivita’ fiżika kif ukoll ġie stabbilit Grupp magħmul minn esperti li ġejjin minn setturi differenti sabiex tinġabar din l-informazzjoni. Isiru diversi
reklami televiżżivi li jippromwovu l-attivita’ fiżika imirata kemm għal adulti u kif ukoll għat-tfal tal-iskola, qegħdin bħalissa jintwerew matul is-sena fuq l-istazzjon nazzjonali televiżżiv Malti f’ħinijiet ta’ udjenza l-aktar qawwija. Il-kampanji edukattivi biex jippromovu l-attivita fiżika u dieta bilanċjata jkomplu mas-setturi speċifikati bħal skejjel u postijiet tax-xogħol u fil-komunita'.
Qed isiru ukoll diversi bidliet b’rizultat ta kollaborazzjoni bejn Id-Dipartiment tal Promozzjoni tas-Sahha u Prevenzjoni ta’ Mard u id-Dipartment ta’l-Edukazzjoni bl-ghan li anka l-iskejjel jipprowuovu hajja aktar b’sahhitha u li tindirizza l-obesita permess ta’ attivita fizika u ghazla ta’ ikel bnin.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu konsulenti miegħu bħala Gvern, ministeru b'ministeru? Kemm għandhom salarju dwan il-konsulenti? Għandhom benefiċċji oħra barra s-salarju? Dawn il-konsulenti huma b'kuntratt jew le? Kemm huma twal dawn il-kuntratti li għandhom il-konsulenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi trends partikolari li permezz tagħhom qed tixgħel il-bozza l-ħamra fuq xi tip ta' investiment? Hemm xi investiment li huwa fil-periklu li jħalli xtutna minħabba xi raġuni partikolari? Jista' jgħid x'qed jippjana ħalli jinġibed iktar investiment ġdid lejn Malta u fl-istess ħin inżommu dak li għandna illum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-riċessjoni dinjija qiegħda tinħass minn kumpaniji varji li joperaw f’Malta, l-aktar dawk li joperaw fis-setturi tal-elettronika u automotive. Pero’ dawk il-kumpaniji li jesportaw lejn l-Ingilterra wkoll qed ibatu minħabba l-valur tal-lira Ingliża.
Il-Gvern qiegħed jagħmel dak kollu possibbli biex jgħin lil dawn il-kumpaniji f’diversi modi, kif ukoll jiddiskuti mal-kumpaniji konċernati individwalment. L-iskop tad-diskussjonijiet hu li mhux biss jiffaċċjaw din il-kriżi imma aktar u aktar biex iġibu investiment ġdid lejn Malta. Għal dan l-investiment il-ġdid, il-
Malta Enterprise
qed tgħin bl-aktar mod sostenibbli biex jinżammu u jinħolqu mpjiegi ġodda. Din hija il-prijorita’ ewlenija tal-Gvern.
Barra minn hekk, il-
Malta Enterprise
qiegħda tuża l-inċentivi preżenti biex tħajjar kumpaniji barranin ġodda jiftħu Malta kif ukoll tħajjar lil dawk li diġa joperaw f’Malta biex jespandu l-operat tagħhom. Is-setturi l-aktar promettenti huma dawk ta’ l-avjazzjoni, l-informatika, l-inġinerija u l-farmaċewtiċi.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rapport ta' x'inhu mistenni li jkun ix-xogħol li għandhom il-konsulenti li għandhom f'kull ministeru? Huma marbutin ma sigħat ta' xogħol jew ħidma produttiva? Il-ħlasijiet tagħhom huma fissi jew ivarja skond il-ħin li jagħtu fil-konsulenza tagħhom? Il-ħlas huwa miftiehem minn qabel jew dawn jibagħtu l-kont wara li jlestu x-xogħol?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa mbassar li jżuruna turisti matul is-sena 2009? Il-gvern qed jippjana xi għajnuna u sapport għal dan is-settur ħalli r-riċessjoni internazzjonali ma taffettwax lil din l-industrija? Kemm hemm proġetti turistiċi ġodda għal matul is-sena 2009? Kemm huwa l-baġit tal-Gvern biex jirreklama lil Malta bħala destinazzjoni turistika?
The Eden and Razzett Foundation — iffirmar ta' ftehim
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7020 u 6647 u jgħid jekk iffirmax xi ftehim finanzjarju mal-Fondazzjoni l-ġdida The Eden and Razzett Foundation? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji? Jekk fin-negattiv, xi ftehim hemm bejn il-Ministru u dawn iż-żewġ fondazzjonijiet separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6647.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji dwar l-eżerċizzju li l-kumpannija Air Malta għamlet bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru, 2008 dwar is-sick leave? Kemm ressqet impjegati tagħha quddiem il-bord mediku matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm minn dawn l-impjegati tkeċċew minħabba s-sick leave, fuq deċiżjoni tal-bord mediku, sena b'sena? X'terminal benefits ingħataw? Minn min hu kompost il-bord mediku?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-eżerċizzju tas-sick leave huwa eżerċizzju li l-Kumpanija Air Malta tagħmel minn żmien għal
żmien.
Il-Kumpanija bagħtet ittra lil kull impjegat li l-ammont ta’ sick leave tiegħu jew tagħha ma waqax bejn il-parametri normalment meqjusa regolari.
L-ittra prinċipalment kienet immirata biex tavża lil impjegati dwar ix-xejra tas-sick leave tiegħu jew taghħa matul is-sena 2008.
Wieħed irid jgħid li l-post fejn jindika l-kawza tal-mard fuq ic-certifikat l-blue m’għadux viżibli minħabba raġunijiet ta’ Data Protection.
In-numru ta’ viżti li għamel il-Bord Mediku tal-kumpanija matul dawn l-aħħar ħames snin huma kif spjegat hawn taħt. Impjegat set’a ittelgħa quddiem il-board mediku iżjed minn darba.
2004 232
2005 198
2006 301
2007 170
2008 193
L-ebda minn dawn l-impjegati ma tkeċċa minhabba sick leave. Wieħed irid jgħid ukoll li dan l-aħħar impjegat ittela’ Bord tad-Dixxiplina minħabba abbuz ta’ sick leave. Dan l-impjegat instab ħati u l-impjegat ma appellax mid-deċiżjoni tal-Bord tad-Dixxiplina.
In-numru ta’ impjegati li minnħabba mard ma’ setgħux jattendu iżjed għax-xogħol u għamlu użu mill-iskema ta’ invalidar stabilita’ fil-Ftehim Kollettivi kienu
2004 67
2005 9
2006 19
2007 16
2008 14
It-terminal benefits li ingħataw huma dawk stabbiliti skond il-Ftehim Kollettiv rispettivament.
Il-Bord Mediku huwa magħmul minn grupp ta’ tobba ta’ Health Maintenance Organisation Malta.
Żgħażagħ li jinqabdu taħt l-età — postijiet ta' divertiment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Jannar 2009 kemm inqabdu żgħażagħ taħt l-età jixorbu l-alkohol jew kienu f’postijiet ta’ divertiment? F’liema lokalitajiet? X’passi ttieħdu? Fl-istess żmien kemm inqabdu żgħażagħ taħt l-età jixtru sigaretti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel tlett xhur tal-2009 kien hemm 81 persuna taħt is-sittax il-sena li nstabu mill-Pulizija ġewwa postijiet ta' divertiment f'San Ġiljan u fir-Rabat, Għawdex. B'riżultat ta' dan, il-Pulizija qed tieħu passi quddiem il-Qorti kontra 58 persuna responsabbli mill-postijiet ta' divertiment fejn instabu dawn iż-żgħażagħ. Filwaqt li matul l-istess perjodu ma kien hemm l-ebda persuna taħt l-eta` li nstabet tikkonsma l-alkoħol, kien hemm każ wieħed ġewwa Ħal Qormi fejn persuna taħt l-eta` instabet tixtri s-sigaretti. Dan il-każ inbdew proċeduri kontra l-bejjiegħ.
permessi biex jinfetħu postijiet għall-kaxxi tal-logħob
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi minn organizzazzjonijiet varji bħal Awtortità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, Gaming Authority eċċ. biex jinfetħu postijiet għall-kaxxi tal-logħob? F’liema lokalitajiet? Jista’ jgħid x’ser isir biex jkun hemm kontroll strett ħalli jkun żgurat li ma jkunx hemm abbużi? Hemm xi postijiet li m’għandhomx il-permessi kollha? Jekk fl-affermattiv, x’inhu jżomm biex dawn jiġu magħluqa?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Minsitru jgħid x’inhi l-inqas età li fiha persuni jkunu jistgħu jidħlu f’diversi postijiet tal-logħob li allura mhumiex casinos liċenzjati? Inqabdu xi nies li kienu taħt l-età f’dawn il-postijiet f’dawn l-aħħar xhur?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7060, tista’ l-Ministru tgħid kemm flus ġew allokati għal din is-sena biex jiġu implimentati l-inizjattivi msemmija? Taħt liema item of expenditure huma inklużi? Kemm hi stmata li tiswa kull inizjattiva? Kemm minn dawn l-inizjattivi se jitwettqu u jitħallsu din is-sena? Liema huma?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li għal din is-sena, ġew allokati €200,000 taħt il-Vot Kapitali 7239 tal-Ministeru għal Għawdex. Jiena nfurmata wkoll li l-istejjem proviżorji tal-proġetti msemmija, huma kif murija fit-tabella annessa, filwaqt li għal numru ta' proġetti jew miżuri, l-istima għadha m'hijiex konkluża. Għadu prematur biex jingħad liema minn dawn l-inizjattivi se jiġu konklużi u mħallsa kompletament din is-sena.
STEJJEM PROVIŻORJI TAL-PROĠETTI RELATATI MA' EKO-GĦAWDEX
Stima - EURO
Strateġija 40,000.00
Karozzi elettriċi 22,400.00
Riżorsi għall-Għalliema 45,000.00
Kampanja ta' edukazzjoni fid-djar 50,000.00
Valorizzar enerġija alternattiva tradizzjonali 25,000.00
Korsijiet edukattivi 12,190.00
Total 194,590.00
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7060, tista’ l-Ministru tgħid kif tinkwadra ruħha fil- proġett Eko-Għawdex il-promozzjoni t’Għawdex għall-investiment? Kemm karozzi elettriċi se jinxtraw? Meta se jinxtraw? X’użu se jsir minnhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-promozzjoni ta' Ekonomija Sostenibbli hija parti ntegrali mill-Viżjoni Eko-Għawdex li hi bbażata fuq il-mira ta' Żvilupp Sostenibbli.
Jiena nfurmata wkoll li sa issa, hemm il-pjan li jinxtraw żewġ karozzi elettriċi għall-użu fis-Servizz Pubbliku. Il-proċess ta' tendering biex jinxtraw għandu jinbeda fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Gvern qed jikri xi ambulanzi? Jekk iva, kemm qed jikri minnhom? Mingħand min inkrew? Kif intgħażel dan is-sors u xi proċeduri intużaw dwar dan? B'kemm qed jinkrew kuljum?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Gvern qiegħed jikri ambulanzi mingħand il-privat.
Wieħed ma jistax jgħid kemm qed jinkrew ambulanzi kuljum, għax dawn jinkrew f’okkażjonijiet ta’ ħsarat li jġarrbu l-ambulanzi tad-Diviżjoni u skont il-ħtieġa. Nista’ nispeċifika, pero’, li bejn Jannar u Ġunju 2008 ma nkrewx ambulanzi, filwaqt li bejn Lulju u Diċembru 2008 inkrew 198 darba. Matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2009 inkrew b’kollox 169 –il darba.
L-ambulanzi jinkrew minn dawn is-sorsi : Red Cross Ambulance, St. John’s Ambulance (Malta), Health Services Group Ltd, FSC Ltd, u Ambumar Ltd. Għal dan l-iskop, intalbu tliet kwotazzjonijiet. Dawn ġew evalwati kollha u anke ġew verifikati minn uffiċjali kliniċi fid-Dipartment ta’ l-Emerġenza ta’ l-iSptar Mater Dei biex jassiguraw li huma ambulanzi li jistgħu joffru servizz sħiħ ta' emerġenza. Dawk l-ambulanzi li jinkrew u jkunu ser jintużaw mill-
garage
ta’ G'Manġia għal skopijiet ohra (minbarra l-każi ta’ emerġenza) jiġu verifikati sabiex jiġi assigurat li dawn ikollhom l-aċċessorji kollha biex jagħtu servizz lil pazjenti biex jitwasslu lejn id-dipartimenti ta’ l-
Out Patients,
Djar ta’ l-Anzjani tal-Gvern u dawk tal-privat, Sptarijiet tal-Gvern, Kliniċi tas-Saħħa, Ajruport Internazzjonali ta' Malta, eċċ.
Informat ukoll li fis-sena 2008, l-ambulanzi nkrew mingħand
Ambumar Ltd
bir-rata ta’ €161.50 kuljum, filwaqt li matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2009 inkrew 60 darba mingħand
FSE Ltd
(bir-rata ta’ €140 kuljum) u 27 darba mingħand
Health Services Group Ltd.
(bir-rata ta’ €200 kuljum) għall-użu fis-servizz ta’ l-Emerġenza ta’ l-iSptar Mater Dei, filwaqt li nkrew 82 darba oħra mingħand
Ambumar Ltd.
(bir-rata ta’ €161.50 kuljum) għas-servizzi l-oħra minbarra dawk relatati ma’ l-iSptar Mater Dei.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6866, jista' l-Ministrtu jgħid f'kull każ ma' kumpanniji separati x'kien jinkludi l-pakkett maqbul mal-Malta Enterprise mingħajr ma jagħti informazzjoni finanzjarja? Jikkonferma li parti mill-pakkett maqbul hemm ukoll tnaqqis ta' 5% mill-paga gross tal-ħaddiema? Kemm qed ikun il-ħin ta' taħriġ maqbul mall-kumpanniji rispettivi? Fejn u minn min qed jingħata dan it-taħriġ?
Response (FENECH, TONIO)
Ma nħossx li għandi nisvela dettalji ta’ natura kummerjċali sensittiva fuq l-ebda każ. Madankollu, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ taħriġ maqbul li għandu jingħata jrid jagħmel tajjeb għat-tnaqqis fil-ħinijiet ta’ produzzjoni biex b’hekk il-ħaddiema jkunu qed jaħdmu (bit-taħriġ b’kollox) erbgħin siegħa fil-ġimgħa. Kull kumpanija trid tpoġġi għad-dispożizzjoni, taħriġ lill-impjegati kollha, skond pjan maqbul bejn il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ u l-kumpanija rispettiva. Hemm każijiet fejn kumpaniji għandhom riżorsi u bżonnijiet li jagħmluha faċli li t-taħriġ jingħata minn speċjalisti jaħdmu mal-kumpanija. F’każijiet qed isiru arranġamenti għal trainers imqabbda mill-ETC.
Ma hemm l-ebda ftehim dwar tnaqqis ta’ 5% mill-paga gross, peress li l-Malta Enterprise qed tipprovdi għotja ta’ taħriġ u mhux ħlas ta’ pagi.
Small and Meduim Enterprises — EIB - applikazzjoni għal fondi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħsibijiet tal-Gvern sabiex ikun jista' japplika għall-fondi allokati mill-EIB għall-Small and Medium Enterprises li dan il-fond ilaħħaq madwar €300 miljun?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf l-Onor Interpellant li l-fondi li jalloka l-Bank Ewropew għall-Investiment u li għalihom qed jirreferi m’humiex għotja iżda self.
Fil-laqgħa tal-ECOFIN li saret f’Settembru tas-sena l-oħra, il-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropeja qablu dwar il-mezzi li kellhom jintużaw biex jikkumbattu l-qagħda ekonomika mwiegħra li għaddejjin minnha. Naturalment, parti mill-istrateġija maqbulha kienet li jkun hemm aktar access għall- kapital għal ażjendi zgħar u ta’ daqs medju minħabba l-għafsa tal-banek kummerċjali fuq is-self. Il-Bank Ewropew għall-Investiment, li hu l-Istituzjoni Finanzjarja tal-Unjoni Ewropeja, irrisponda malajr u bl-aktar mod effikaċi billi żied sostanzjalment il-fondi disponibbli għal self lil dan is-settur tant vitali għall-ekonomiji kollha tal-pajjizi membri. Dan kellu effett immedjat għaliex l-operazzjonijiet ta’ self lil dawn l-azjendi żdiedu bil-kbir madwar l-Ewropa kollha (u hawn wieħed jista’ jgħid li l-kundizzjonijiet u termini li joffri dan il-Bank huma vantaġġużi hafna) meta dawn marru jisselfu jew dirett mill-Bank jew permezz ta’ medjazzjoni ta’ banek oħra kummerċjali.
Bħal f’kull każ ieħor, dan is-self isir bejn il-Bank u s-settur privat bla ebda indħil jew intervent tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu saru applikazzjonijiet mad-Dipartiment tal-Artijiet biex jiġu rikonoxxuti l-inkwilni f’artijiet proprjetà tal-Gvern fl-iskema tas-sena 2002?
Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew proċessati sal-lum?
Għal liema raġunijiet ċerti applikazzonijiet tal-iskema tas-sena 2002 għadhom pendenti?
U, peress illi dawk li għadhom qed jiġu proċessati, għal liema dewmien ma jaħtux huma, humiex ser jiġu eżentati mir-reviżjoni u awment fl-ammont għall-fidi taċ-ċens gravanti l-proprjetà tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nifhem li d-domanda li qed jagħmel l-Onor. Interpellant hija dwar l-Iskema mħabbra fil-baġit tas-sena 2002 dwar il-bejgħ jew fidi taċ-ċnus ta’ dawk il-postijiet amministrati mill-Uffiċċju Konġunt u li aktar tard ġiet estiża għal proprjetajiet simili amministrati mid-Dipartiment tal-Artijiet.
In-numru ta’ applikazzjonijiet ipproċessati sal-31 ta’ Marzu huwa ta’ 4,692, li minnhom 1,734 ġew finalizzati u sar il-kuntratt relattiv.
Il-maġġoranza tal-applikazzjonijiet, għadhom pendenti peress li qabel ma jsir il-Kuntratt, iridu jsiru ċerti verifiki kif ukoll il-pjanti għar-reġistrazzjoni mar-Reġistru tal-Artijiet. F’ċerti każi saħansitra jkun meħtieġ jinġiebu aktar dettalji mill-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi li qabel kienu jamministraw dawn il-proprjetajiet.
It-tibdil li sar fil-kundizzjonijiet sar sabiex jiġi evitat li ssir spekulazzjoni mill-proprjeta’ msemmija u jibqa’ viġenti l-ispirtu u l-iskop tal-iskema msemmija u cioe li min japplika jibqa’ jirrisjedi fil-post u juzaha bħala d-dar residenzjali tiegħu. Min applika taħt l-iskema u daħal f’konvenju, per eżempju, kien qed jagħmel dan bi ksur lampanti tal-iskema msemmija u d-Dipartiment ma jistax jirrispondi għall-għemil ta’ min abbuża jew ried jabbuża mill-iskema. Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw għal dawk l-applikazzjonijiet kollha pendenti. Pero’ tajjeb li ngħarraf lill-Onor. Intepellant li ma kien hemm l-ebda awment fir-rati ta’ kif jiġu mifdija ċ-ċnus gravanti dawn il-proprjetajiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid Malta kemm tipproduċi non-organic waste bħala medja fis-sena? Jista' jispjega l-fatt li filwaqt li fil-gazzetta Sunday Times l-Ministru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali qal li l-waste tagħna nesportawh l-aktar lejn iċ-Ċina, l-Prim Ministru qal fil-Parlament li dan jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea, primarjament lejn il-Ġermanja?
Jista’ jgħid x'volum ta’ hazardous waste nipproduċu u kemm minnu jiġi esportat? Dak li ma jiġix esportat xi jsir minnu? Kemm nesportaw e-waste? X’persentaġġ mill-waste tagħna jiġi esportat għad-disposal u kemm minnu huwa esportat għar-recovery? Kif nassiguraw li l-waste treatment fir-receiver countries ikun aktar environmentally friendly milli f’pajjiżna stess, jiġifieri l-pajjiż tal-oriġini?
Billi l-EU Waste Framework Directive tistipula li l-istati membri għandhom ikunu awto-suffiċjenti f’dak li huwa waste disposal capacity, jista' jgħid jekk dan huwiex il-każ fejn għandu x’jaqsam pajjiżna? Billi l-esportazzjoni ta’ hazardous waste for recovery mill-Unjoni Ewropea lil pajjiżi non-OECD huwa projbit, jista' jassigura li Malta qiegħda żżomm ma' dawn ir-regolamenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Malta tipproduċi madwar 2.7 miljun tunellata ta’ skart mhux organiku fejn il-maġġor parti ta’ dan l-iskart jirriżulta mill-qasam tal-kostruzzjoni.
Huwa l-iskart perikoluż li jiġi esportat primarjament lejn il-Ġermanja, filwaqt li skart mhux perikoluż bħal plastik u metall jiġi esportat lejn iċ-Ċina kif ukoll pajjiżi oħra skond Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart u skond il-konvenzjoni ta’ Bazel. L-aħħar figuri juru li Malta tipproduċi madwar 53,000 tunellata ta’ skart perikoluż fis-sena fejn fl-2006 ġew esportati 1,346 tunellata. Il-kumplament qed jiġi maħżun f’imħażen awtorizzati sakemm jiġi esportat. Fir-rigward tal-
e-waste,
Malta għadha qatt ma esportat dan il-ġeneru ta’ skart.
Ħamsa fil-mija ta’ l-iskart esportat jiġi esportat għall-operazzjonijiet tar-rimi filwaqt li l-95% l-oħra jiġu esportati għar-rkupru.
L-awtoritajiet kompetenti Maltin jassiguraw ruħhom li l-
waste management
fir-
receiver countries
ikun aktar
environmentally friendly
milli f’pajjiżna stess, billi l-
producer
ta’ l-iskart jipprovdi d-dokumenti meħtieġa kif mitluba minn Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjaġġi ta’ skart qabel ma jingħata l-kunsens tagħhom għal vjaġġ ta’ skart destinat għal operazzjoni ta’ rkupru jew rimi temporanja.
Malta mhiex kompletament awto-suffiċjenti f’dak li huwa rimi ta’ l-iskart kif ukoll irkupru ta’ skart, dan għaliex iċ-ċirkostanzi ġeografiċi u l-ħtieġa ta’ impjanti speċjalizzati għal ċertu tip ta’ skart, ma jippermettux biex Malta tilħaq dan il-għan. Dan bl-ebda mod ma jmur kontra l-proviżjonijiet ta’ l-
EU Waste Framework Directive
fejn huwa stipulat li l-għan li l-istati Membri jkunu awto-suffiċjenti għandu jsir b’kont meħud taċ-ċirkostanzi ġeografiċi jew tal-ħtieġa ta’ impjanti speċjalizzati għal ċertu tip ta’ skart. L-
EU Waste Framework Directive
tkompli billi tistipula li l-prinċipji tal-viċinanza u ta’ l-awto-suffiċjenza ma jfissrux li kull Stat Membru għandu jkollu l-firxa kollha ta’ faċilitajiet ta’ rkupru finali f’dak l-Istat Membru.
Qabel ma l-awtoritajiet Maltin jagħtu l-kunsens tagħhom għal skart perikoluż destinat għall-operazzjoni ta’ rkupru, il-
producer
għandu jipprovdi lill-awtoritajiet ikkonċernati d-dokumenti meħtieġa kif mitluba skond Regolament (KE) Nru 1013/2006. Dan isir biex l-awtoritajiet Maltin jassiguraw ruħhom li l-iskart huwa destinat lejn pajjiż ta’
OECD
u li l-vjaġġ isir skond l-istess imsemmi regolament u skond il-konvenzjoni ta’ Bazel.