Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm benefiċċjarji li qed jibbenefikaw mill-benefiċċju ta' l-enerġija din is-sena, kemm kien hemm fis-snin preċidenti minn meta ġie introdott dan il-benefiċċju, sena b'sena? Tista' tagħti d-dettalji tal-parametri u kriterji li kienu stabbiliti biex ikun hemm l-eliġibilità għal dan il-benefiċċju, sena b'sena minn meta ġie introdott? Kemm kien hemm benefiċċjarji li kienu jieħdu dan il-benefiċċju sas-sena li għaddiet u din is-sena m'għadhomx eligibli u x'kienu r-raġunijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk it-triq bl-isem ta' Ħal Lew il-Qrendi inħariġx fuqha jew hija koperta b'permess sabiex isir rimi ta' radam fiha?
Jista' jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kelliex permess tarmi radam fi Triq Ħal Lew il-Qrendi wara li l-kuntrattur tagħha fit-8 ta' Jannar ġabar l-istess minn Triq Ħaġar Qim Qrendi?
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għandhiex iċ-ċittadinanza Maltija? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid taħt liema kriterju tali persuna akkwistat tali ċittadinanza?
Response (BORG, TONIO)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8036, ninsab infurmat li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates m'għandu ebda rekords li juru li l-persuna kkonċernata għamlet xi talba għaċ-ċittadinanza Maltija.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jinbagħtu separatament, għad li hija full time fisherman, qed tiġi rifjutata li tingħata irmiġġ fejn tista' torbot il-qoxra tagħha u dan nonostante l-fatt li ilha li applikata madwar disa' snin, u kienu ħafna dawk li ngħataw avolja applikaw warajha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7475, peress li għaddew aktar minn 24 ġurnata, jista' l-Ministru jgħid jekk it-tagħrif mitlub nġabarx u cioè : Jaf li jeżistu żewġ job vacancies ta' konsulenti fid-Dipartiment tal-Patologija u li wieħed minnhom ilu vakanti minn Novembru tal-2005? Jaf li diġaà saru l-interviews u ħarġu ir-riżultati uffiċjali? Jista' jispjega x'inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien kollu u jgħid fiex wasal il-proċess?
Jaf li skont il-ftehim li sar mal-MAM biex persuna tkun eliġibbli li tapplika għall-post ta' konsulent trid tkun ilha sentejn speċjalista fuq bazi
full-time,
liema speċjalisti jkunu reġistrati fuq reġistri tal-ispeċjalisti mediċi?
Jista' jispjega f'dan l-isfont kif inhu l-każ li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li m'ilhiex sentejn taħdem bħala speċjalista tħalliet tapplika għall-post ta' konsulent u għaddiet, meta kien hemm nies li applikaw li kienu ilhom aktar minn sentejn jaħdmu bħala speċjalisti u għalhekk ma tapplikax l-eċċezzjoni miftiehma bejn il-MAM u l-Gvern?
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien id-dħul mill-VAT fl-ewwel tliet xhur ta’din is-sena finanzjarja u jgħid kemm kien id-dħul kull xahar separatament? Kemm kien id-dħul għall-istess xhur matul is-sena li għaddiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul mill-VAT fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena finanzjara kif ukoll id-dħul għall-istess perjodu tas-sena l-oħra kien kif spjegat hawn taħt:
2008
2009
GROSS
REFUNDS
NET
GROSS
REFUNDS
NET
JAN
48,338,736
11,458,989
36,879,747
49,657,590
8,867,384
40,790,206
FEB
32,550,102
7,553,622
24,996,480
28,083,721
8,679,959
19,403,762
MARCH
51,206,025
7,907,839
43,298,186
44,256,259
10,108,633
34,147,626
132,094,863
26,920,450
105,174,413
121,997,570
27,655,976
94,341,594
Jista' l-Prim Ministru jgħid mit-twaqqif tagħhom 'l hawn kemm-il elezzjoni saret għall-kunsilli lokali? Meta saret kull elezzjoni? Kemm-il kandidat ikkontesta kull elezzjoni? Kemm minnhom kienu rġiel u kemm nisa? Kemm kellu kandidati kull partit f'kull elezzjoni? Kemm kienu eletti kandidati f'kull elezzjoni u f'isem min kienu eletti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mit-twaqqif tagħhom ’l hawn sa llum saru b’kollox 350-il elezzjoni għall-kunsilli lokali.
Wara l-ewwel sensiela ta’ elezzjonijiet li kienu saru bejn l-20 ta’ Novembru, 1993 u l-14 ta’ Mejju, 1994, l-elezzjonijiet baqgħu jsiru skond it-Tieni Skeda ta’ Att XV tal-1993 u Artiklu 8 ta’ l-istess liġi. Id-dati ta’ dawn l-elezzjonijiet, kemm ikkontestaw kandidati u kemm minnhom kienu rġiel u kemm nisa jidhru fil-lista f’tabella ‘A’ li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
In-numri ta’ kandidati, ma’ liema partiti ħarġu, kemm kienu eletti u f’isem min kienu eletti l-kandidati jidhru fil-lista f’tabella ‘B’ li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2886 u 2436 u jgħid kemm hemm kumpanniji joperaw f'kull qasam industrijali, maqsuma skond is-settur?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2436.
Tista' l-Ministru tgħid tul is-sena finanzjarja 2008 x’verifika saret dwar amalgamazzjoni ta’ vjaġġi fuq rotot tas-servizz tat-trasport skolastiku minn kuntratturi li jaqbdu jagħmlu dan bla awtoritazzjoni mill-awtoritajiet edukattivi li jħallsu tas-servizz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-rotot li jiġu amalgamati jiġu kkonfermati mal-Kapijiet tal-iskejjel u jitħallsu skond kif provdut fil-ftehim bejn l-operaturi u d-Direttorat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm multi weħlu kuntratturi tas-servizz tat-trasport skolastiku għal vjaġġi li kellhom jagħmlu u ma għamlux tul is-sena finanzjarja 2008? X’tip ta’ verifika saret dwar dan in-nuqqas?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena finanzjarja 2008, il-multi li weħlu l-kuntratturi għal vjaġġi li ma għamlux kienu hekk:
Unscheduled Bus Service (UBS) €3,496
Ko-operattiva tal-Mini Buses €477
Public Transport Association (PTA) €3,725
Il-verifika li saret dwar dan in-nuqqas kienet tikkonsisti fir-rapporti li ntbagħtu b’mod regolari mill-iskejjel lill-uffiċjal responsabbli mit-trasport wara li dawn kienu infurmati bin-nuqqas. Saru wkoll żjarat għall-għarrieda fl-iskejjel mill-istess uffiċjal, speċjalment meta xi każi ġew ripetuti.
Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur — Trasport skolastiku - Sitt rakkmandazzjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid xi twettaq mis-sitt rakkmandazzjonijiet li għamel l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur fir-rapport tiegħu għas-sena 2007 f’paġna 101 biex it-trasport skolastiku għat-tfal bi bżonnijiet speċjali li jattendu fi skejjel mainstream jitmexxa aħjar u b’kontroll finanzjarju serju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Biex jiġi kkontrollat l-infieq fuq it-trasport għat-tfal bi bżonnijiet speċjali li jattendu fl-iskejjel mainstream, qiegħed isir iċċekkjar aħjar tal-invoices mar-rapporti li jaslu mill-iskejjel fl-aħħar tax-xahar, kif ukoll qed jiġi żgurat li r-rati mħallsa huma skont it-tender.
Tista' l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu biex is-servizz tat-trasport għad-Direttorati tal-Edukazzjoni ma jibqax fih in-nuqqasijiet imsemmija mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur 2007 paġna 103 u 104?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif indikat anki f’paġna 104 tar-rapport ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għall-2007, issa qed isir użu shih tal-Fleet Management System. Fl-2007 kellha tintuża wkoll informazzjoni minn Excel database għax il-Fleet Management System ma kinitx introdotta mill-bidu tas-sena.
Il-
College Principals
, li llum ħadu post il-
College Co-ordinators
, qed jirċievu
car allowance
. Kif intqal wkoll fir-rapport, il-
College Co-ordinators
kienu pprovduti b’karrozza tal-kiri u
fuel
flok
allowance
bħala miżura temporanja u amministrattiva anke għaliex fi proġetti piloti tinħtieġ ċerta flessibilita’.
Dwar il-fatt li xi vetturi m’għandhomx
milometer
, fir-rapport diġa’ ntqal li m’hemmx
garages
li għandhom permess biex iwaħħlu dan l-apparat fuq vetturi. Barra minn hekk, peress li dawn il-vetturi nxtraw
second hand
minn barra minn Malta fl-1982, ‘l anqas ma huwa maħsub li jkun
economically feasible
li jsiru ċerti spejjeż fuq dawn il-vetturi.
Fuq il-kwistjoni tal-
log books
se tinħareġ ċirkolari biex dawn jinżammu b’aktar dettal u se jsiru aktar spezzjonijiet mis-
supervisor
u l-Assistent Direttur responsabbli mit-trasport.
Xi karrozzi jinżammu wara l-ħin tax-xogħol għax ikun aktar prattiku minħabba ċ-ċirkostanzi li d-
driver
jibda x-xogħol l-għada mid-dar. Dan isir, per eżempju, meta jkun meħtieġ li jinġabru xi uffiċċjali kmieni miċ-Ċirkewwa. Kif jintqal wkoll fir-rapport, in-numru ta’ dawn il-karrozzi naqas meta mqabbel ma’ snin imgħoddija. Ta’ min wieħed isemmi li l-fatt li l-ispiża għall-konsum tal-
fuel
fil-Ministeru u d-Direttorati naqset minn Lm50,212 fl-2006 għal Lm40,470 fl-2007 turi li qed isir kontroll f’dan ir-rigward.
Servizz tat-trasport — Ġbir ta' studenti kmieni ħafna
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena finanzjarja 2008 komplewx jaslu ilmenti li l-kuntratturi tas-servizz tat-trasport skolastiku kien hemm rotot fejn ġabru lill-istudenti kmieni ħafna? X’passi ttieħdu dwar dawn l-ilmenti u xi tnaqqis fil-ħlasijiet saru lill-kuntratturi dwar dan in-nuqqas?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ilmenti li waslu fid-Direttorat dwar xi rotot fejn studenti inġabru kmieni ħafna, kollha ġew investigati wieħed wieħed. Fejn irriżulta li t-tfal inġabru kmieni wisq, l-operatur ġie mgħarraf u ġie mitlub biex jimxi mal-ftehim. Il-penali relattivi qed jiġu applikati fejn instab ksur tal-ftehim.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Istrategija IT imħejjija mid-Direttorat għall-Kwalita` u l-Istandards fl-Edukazzjoni I ippreżentat lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur li ssir referenza għaliha f’paġna 197 tar-Rapport tal-istess uffiċċju għas-sena 2007?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4968 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fir-round ta’elezzjonjiet tal-kunsilli lokali ta’ tliet snin ilu x’kien il-persentagg ta’ votanti f’kull lokal ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-persentaġġi ta' votanti li vvutaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ta' tliet snin ilu f'kull lokalità.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4974 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid minn dawk il-kunsilliera li ġew eletti tliet snin ilu fl-elezzjoniet tal-kunsilli lokali min huma dawk li rriżenjaw, minn liema partit politiku u min ġie elett minflokhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kunsilliera li ġew eletti tliet snin ilu fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li rriżenjaw, mil-liema partit politiku u min ġie elett minflokhom.
Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — voti akkwistati
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4969 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjonu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’kien il-persentaġġ ta' voti li akkwistaw kull partit politiku f’kull lokal fir-round tal-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ta’ tliet snin ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persentaġġi ta' voti akkwistati minn kull partit politiku f'kull lokal fl-elezzjonijet tal-kunsilli lokali ta' tliet snin ilu huma elenkati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilu Segretarju Parlamentari u Ministru kemm ingħata xogħol lil ditti ta’ awdituri privati mill-Ministeru tiegħu u mill-ażjendi li huwa direttament responsabbli għalihom? Liema kienu dawn l-awdituri u accountancy firms u kemm tħallset kull waħda minnhom b’kollox?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.