Kummissjon Elettorali — miżuri għal nies neqsin mid-dawl biex jivvutaw
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'miżuri qed tieħu l-Kummissjoni Elettorali biex fl-elezzjonijiet li ġejjin, persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-vot mingħajr ħtieġa tal-intervent tal-AEC?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fl-elezzjonijiet li ġejjin, il-Kummissjoni Elettorali ser tipprovdi l-istess faċilitajiet li ngħataw lill-persuni neqsin mid-dawl fl-elezzjoni ġenerali u fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru fit-8 ta’ Marzu, 2008. Dawn ikunu jistgħu jimlew huma stess il-polza tal-votazzjoni permezz ta’ template tal-Braille f’wieħed mill-kompartamenti fl-istess kamra tal-votazzjoni mingħajr għajnuna diretta tal-Assistenti Kummissjonarji. Ma’ din ikun hemm ukoll, għal min jixtieq, audio cd fejn wieħed jista’ jisma’ privatament, dejjem fil-kompartament, il-qari tal-polza tal-vot b’mod adegwat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies mal-Gozo Channel fl-aħħar tliet xhur u jgħid f'liema grad jew mansjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-ahhar tliet xhur ġew ingaġġati dawn li ġejjin (3 ħaddiema):
·
2nd Engineer
Filippin b’kuntratt definit
·
Chief Officer
·
Chief Executive Officer
(CEO)
Peress li bdiewa qed jilmentaw li qed isir tnaqqis ta' 25% mill-ammont ta' sussidju għat-tadam, jista' l-Ministru jgħid għaliex qed isir dan it-tnaqqis?
Peress li f'pajjiżna qed jitwaħħlu diversi antenni tat-telekomunikazzjoni u b'hekk qed ikollna antenni qrib xulxin b'konċentrazzjoni ta' emissjonijiet elettro manjetiċi, jista' l-Ministru jgħid x'passi u x'miżuri qed tieħu l-Awtorità tal-Kommunikazzjoni biex jiġi moniterjat l-impatt ta' dan kollu fuq is-saħħa tar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tara kif student li d-dettalji tiegħu qed jidhru separatament, tneħħielu l-facilitator li kien il-ħin kollu miegħu u li bl-assistenza tiegħu kien qed javvanza fl-istudju tiegħu? Dan tneħħielu mingħajr ebda preparazzjoni ta' xejn bl-iskuża li l-finanzi tal-Gvern ma jippermettux din l-għajnuna lil dan l-istudent?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħti aktar informazzjoni dwar il-persuna imsemmija fil-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament, jiġi rikonoxxut bħala inkwilin ta' flat fir-Rabat Għawdex?
Response (DALLI, JOHN)
Infurmat illi l-Awtorita’ tad-Djar rċeviet it-talba tas-sinjur fl-14 ta’ Novembru, 2007. Fis-27 ta’ Novembru, 2007 l-Awtorita’ tad-Djar bagħtet l-ewwel ittra lila biex tistaqsih x’inhu l-istat ċivili tiegħu imma peress li dan ma weġibniex intbagħtet ittra oħra fit-tmintax ta’ Diċembru, 2007. Għal darba oħra dan il-persuna reġa ma wegibx għal din l-ittra. Fil-11 ta’ Jannar, 2008 reġgħet intbagħtet l-aħħar ittra, din id-darba reġistrata, iżda din ġiet lura “unclaimed”. Għalhekk dan il-każ gie rreferut quddiem il-board fid-29 ta’ Lulju, 2008 fejn il-membri tal-bord iddeċidew li ssir spezjoni fil-post. Din l-ispezzjoni saret fl-20 t’Awissu, 2008 u l-każ reġa’ instemgħa fid-29 ta’ Jannar, 2009. Il-membri tal-bord iddeċidew li terġa ssir spezzjoni oħra meta x-xogħol ikun tlesta. Fl-20 ta’ Marzu 2009 nies mil-Awtorita’ tad-Djar marru jagħmlu spezzjoni imma għal darb’oħra ma sabu lil ħadd. Meta finalmente ssir din l-ispezzjoni L-Awtorita’ Tad-Djar tkun f’pozizjjoni li tieħu deċizzjoni
Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li min-naħa tal-Awtorità tad-Djar qalulha li kellha tirċievi risposta u għadha ma rċeviet xejn?
Response (DALLI, JOHN)
Infurmat illi l-Awtorita’ tad-Djar qegħda tipprova tiddentifika post adattat għall-applikanta peress li fil-lokalita li tixtieq hi m'hemmx postijiet vakanti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità li qed jirċievu assistenza fil-komunità minn careworkers ta' l-Aġenżija Sapport? Kemm-il siegħa kull wieħed minn dawn il-persuni b'diżabilità qed jirċievi fil-ġimgħa fid-dar tiegħu? Hemm xi familji li għandhom ftehim miktub (biex iħallsu xi spejjeż) bħalma sar mal-familja indikata fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7371?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Aġenzija SAPPORT permezz tas-support-workerss tagħha qed tipprovdi assistenza lil 102 persuna b’diżabilita’ fil-komunita’ li jammontaw għal 630 siegħa servizz fil-ġimgħa. L-assistenza lil kul individwu tvarja min siegħa (1) għal 27 siegħa fil-ġimgħa skond il-bzonn tal-klijent kif approvat mis-Service Allocation Committee (SAC) tal-Aġenzija. B’kollox hemm 3 persuni li jħallsu parti mis-servizz li jirċievu u dawn min total ta’ 23.25 siegħa servizz iħallsu għal 16.25 siegħa fil-ġimgħa.
Informat ukoll li minħabba nuqqas ta’ riżorsi hemm 20 persuna b’diżabilita’ oħra li s-Service Allocation Committee approvalhom 76.50 siegħa servizz fil-ġimgħa li għalissa ma humiex jingħataw dan is-servizz.
Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ ta' arbitru li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u jgħid meta din is-sinjura se tidher għax hija tixtieq li tkun infurmata dwar dan?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Kordin — Protezzjoni Ċivili - ilment fuq il-Wages section
Question
Jista' l-Ministru jara għaliex il-Protezzjoni Ċivili Kordin, il-ħaddiema qed jilmentaw mill-Wages Section li danger money ma nħarġulhomx kollu u l-overtime qed jitħallas b'lura? Jista' jara li tiġi irrimedjata din is-sitwazzjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-membri tal-Protezzjoni Ċivili ma jirċevux xi tip allowances li jkopru l-perikli li jiffaċċjaw matul il-ħidma tagħhom. Rigward l-overtime, infurmat li dan dejjem jitħallas b'lura, pero` isir kull sforz sabiex il-ħlas dovut jingħata fi żmien massimu ta' xahrejn minn meta jkun inħadem.
Jista' l-Ministru jara għaliex sid ta' post tal-Gvern li qiegħed jixtri biċċa arja fuq dan il-post biex ikun jista' jibni kamra tal-banju qed isib problema? Jista' jgħid jekk għandux dritt għal din l-arja? Kemm hemm nies li għamlu talba bħal din u ngħataw l-akkwist għax-xiri tal-arja?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ma jirriżultax li l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet xi korrispondenza min-naħa tas-sid tal-appartament imsemmi biex jikseb permess jew saħansitra jinnotifika li jixtieq jibni kmamar jew jagħmel alterazzjonijiet oħra fl-istess appartament.
każ ta' kumpannija li falliet — ħaddiema bla xogħol
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga kumpannija li d-dettalji qed jidhru separatament, li kienet timpjega madwar 60 ħaddiem li din skont il-management falliet? Issa li l-ħaddiema spiċċaw la jistgħu jirreġistraw u anqas flus ma jieħdu, jista' jara x'jista' jsir u jinħareġ forma ta' kumpens biex dawn il-familji jkollhom xi forma ta' għajnuna?
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 5522, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'ser tkun il-funzjoni tar-Roads Network Limited? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk l-istaff li llum jaħdem ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport fil-qasam tat-toroq, hux ser jiġu ngaġġati minn din il-kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 6578, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu t-toroq fl-inħawi msemmija fid-domanda, cioè San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Naxxar, Mġarr u Għargħur skond il-prijoritajiet tal-leġislatura preċedenti, u li għadhom s'issa ma sarux?
Jista' fl-istess ħin il-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dawn l-obblgi hux ser jiġu assunti mill-kumpannija Roads Network Limited?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 7264, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' "piżijiet bla bżonn" refa' l-poplu matul is-snin li għaddew? Kemm jammontaw dawn l-istess piżijiet f'termini ta' flus?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xiri tal-karozzi tal-linja kien dipendenti fuq sussidju tal-Gvern liema sussidju jista jiġi evitat fis-sistema proposta.
Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa dwar ilmenti mir-residenti fi Triq is-Sur, Senglea, li qed ikollhom iħabbtu wiċċhom ma' firien fit-triq li qed jiġu mit-tarzna?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament li jħaddmu (i) anqas minn 10 ħaddiema; (ii) minn 10 sa 49 ħaddiema; u (iii) minn 50 sa 249 ħaddiem?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid fl-aħħar tal-2008 kemm kien hemm nies jaħdmu għal rashom
part-time
biss (m’għandhomx xogħol
full-time
) f’Malta u Għawdex separatament?
Peress li diversi nies li pparteċipaw fl-edizzjoni tan-Notte Gozitana tas-sena l-oħra għadhom ma tħallsux, tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li din is-sitwazzjoni qed tiġi kkunsidrata u l-pagamenti dovuti jiġu mħallsa
Jista' l-Ministru jidħol fil-każ, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, u jgħaddi biex jippermetti li l-vettura li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ta' din il-persuna tiġi reġistrata taħt is-sistema Maltija tar-reġistrazzjoni tal-vetturi mingħajr ma tħallas taxxa ta' reġistrazzjoni (i.e. tħallas biss tal-pjanċi) u dan stante li din il-vettura ilha iktar minn sentejn fil-proprjeta' ta' din il-persuna?
Għal kull buon fini jrid jingħad li l-persuna hija Ingliża, twieldet l-Ingilterra, abitat dejjem l-Ingilterra għal 30 sena sħaħ u ġiet toqgħod Malta permanentament f'Ottubru li għadda. Il-vettura ġiet mixtrija fl-2001 fl-Ingilterra stess.
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi taħt l-Abbozz ta’ Liġi, kif ġie emendat, persuna tkun tista’ tikkwalifika għal eżenzjoni fuq il-vettura tagħha taħt l-iskema tat-trasferiment ta’ residenza, jekk il-persuna tkun ittrasferiet ir-residenza tagħha f’Malta fit-3 ta’ Novembru, 2008 jew wara dik id-data u l-vettura trid tkun inġiebet hawn Malta mill-1 ta' Lulju 2008 lil hawn. Biex wieħed ikun jaf jekk jikkwalifikax jew le, irid, l-ewwelnett, japplika u jipprovdi provi suffiċjenti tat-trasferiment ta’ residenza abbażi tad-dokumenti msemmija fl-applikazzjoni.
Fil-jiem li ġejjin, il-kumitat imwaqqaf fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi ħa jkun qed jipproċessa każijiet ta’ applikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ meta persuna titrasferixxi r-residenza tagħha minn post barra minn Malta għal dak f’Malta.