Jista' l-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra dwar liema żieda fil-greenhouse gas emissions (CO2 equivalents) ġiet assenjata Malta sas-sena 2020 bis-sena 1990 bħala base line?
Jista' jgħid mill-
base line year
1990 sal-lum b’kemm żdiedu effettivament l-emissjonijiet tagħna ta’
greenhouse gases
? Jikkonferma li dawn digà żdiedu b’madwar 50%?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isforz ta' l-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sa l-2020 (Effort Sharing Decision), li ġiet addottata f'Diċembru 2008, Malta ġiet allokata żieda ta' mhux aktar minn 5% fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn ċerti setturi, sas-sena 2020 komparat mal-livell ta' emissjonijiet fl-2005. Id-determinazzjoni ta' dan il-persentaġġ ta' emissjonijiet permessi f'termini ta' tunellati kull sena għad irid jiġi stabbilit skond deċiżjonijiet li jiġu addottati mill-Kummissjoni Ewropea b'konsultazzjoni mal-Istati Membri.
Ta’ min ifakkar li hemm ukoll id-
Direttiva dwar l-iskema Komunitarja għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra
(
European Union Emissions Trading Scheme
) li f'Malta sa llum tkopri emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-impjanti ta' ġenerazzjoni ta' l-elettriku operati mill-Korporazzjoni Enemalta. Fir-rigward ta' emissjonijiet li jaqgħu taħt din id- Direttiva,
jiġi stabbilit limitu kollettiv ta' emissjonijiet permessi għall-Komunità Ewropea, li imbagħad jiġi allokat fost l-intrapriżi industrijali kollha li jaqgħu taħt l-iskema u li jistgħu jittrasferixxu parti mill-kwoti rispettivi tagħhom bejniethom skond il-bżonn. Għall-perjodu 2013 sa 2020, il-limitu ta' emissjonijiet globali f'termini ta' tunellati kull sena se jiġi stabbilit fuq livell ta' Komunità u dan skond il-proviżjonijiet stabbiliti fl-emendi ta' din id-Direttiva kif addottati f'Diċembru 2008.
L-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 280/2004/KE, jistabbilixxi r-rekwiżiti għar-rappurtar annwali lill-Kummissjoni Ewropeja tal-Inventarju Nazzjonali dwar l-Emissjonijiet ta’ Gassijiet b’Effett Serra. Malta riċentament irrappurtat lill-Kummissjoni Ewropea dan l-Inventarju Nazzjonali. Kif imsemmi f’dan l-istess Inventarju, tul il-perjodu 1990 (
base line year
) sas-sena 2007, f’Malta l-emissjonijiet ta’ Gassijiet b’Effett Serra żdiedu b’998,400 tunnellata ekwivalenti ta’dijossidu tal-karbonju (CO 2 eq .), li jfissru żieda ta’ 49.0% bejn dan l-istess perjodu. Kull sena dan l-Inventarju Nazzjonali jiġi aġġornat biex jinkludi l-aħħar informazzjoni disponibbli.
Għaldaqstant, filwaqt li l-Inventarju nazzjonali jagħti riżultat ta' l-emissjonijiet totali ta' Malta, mira nazzjonali globali li tkopri l-emissjonijiet kollha minn Malta mhix provduta mill-liġijiet Ewropej dwar il-bdil fil-klima; dan għaliex miri relevanti għal Malta huma stabbiliti skond il-mod kif setturi differenti jiġu ndirizzati mill-politika Ewropea dwar il-bdil fil-klima.
Direttiva tal-Unjoni Ewropea — ħarsien tal-ilma mit-tniġġiż - nitrati
Question
B'referenza għad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħarsien tal-ilma mit-tniġġiż ikkawżat minn nitrati ġejjin minn sorsi tal-agrikultura (19/676/EEC), jista' l-Prim Ministru ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:
a) id-dettalji tal-kodiċi ta' prattika aċċettata fl-agrikultura li l-Gvern kellu jibgħat lill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea, u jgħid jekk kellux xi kummenti mill-Kummissjoni fuq din il-kodiċi?
b) dawk il-programmi ta' azzjoni li ġew imfassla mill-Gvern biex jilħaq l-għanijiet speċifikati fid-direttiva fil-konfront tal-inħawi vulnerabbli li ġew mgħoddija lill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea?
ċ) ir-riżultati ta' konċentrazzjoni ta' nitrati fl-ilma tal-pjan, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex u f'Kemmuna, li kelhom jinġabru minn mindu Malta saret membtru tal-Unjoni Ewropea?
d) ir-rapport li kellu jintbagħat lill-Kummisjoni tal-Unjoni Ewropea skond it-tagħrif mitlub mid-Direttiva indikat f'Annex V?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
San Vincenz de Paule — Anzjani jistennew biex jidħlu
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani fis-swali tal-Isptar Mater Dei u l-Isptar Karen Grech li qed jistennew biex jiġu trasferiti fir-Residenza San Vincenz de Paule sala b'sala? Kemm ilhom fuq il-waiting list?
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu anzjani fid-Dar għall-Anzjani ta' Bormla matul dawn l-aħħar sentejn, xahar b'xahar u minn liema rħula kienu ġejjin?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn familji fil-gżejjer Maltin li: (1) huma bla tfal; (2) għandhom wild wieħed; (3) għandhom żewġt itfal; (4) għandhom tlett itfal; (5) għandhom erbat itfal; (6) għandhom ħamest itfal; (7) addottaw tfal minn Malta stess; u (8) addottaw tfal minn barra minn Malta?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Postijiet assenjati b'kera lil persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew assenjati postijiet b'kera mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali kif ukoll mill-Awtorità tad-Djar (separatament) lill-persuni b'diżabilità, fis-sena 2007 u 2008?
Response (DALLI, JOHN)
Id-Dipartiment ta’ l-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Awtorita’ tad-Djar huma entita’ waħda. Matul l-aħħar sentejn, l-Awtorita’ tad-Djar allokat 21 appartament bil-kera fl- 2007 u 28 Appartament bil-kera fl-2008 lil persuni b’disabilita’.
Wara li għal darb'oħra saret inspection f'appartament tal-Gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn il-perit qed jgħid li hemm leak, jista' l-Ministru jgħid meta se tittieħed azzjoni sabiex tissewwa l-ħsara?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob L-Onor. Interpellant biex jipprovdi iktar informazzjoni biex tkun tista tingħata l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi studji saru dwar it-tniġġiż tal-arja lokalità b’lokalità, jew fuq bażi reġjonali, jew fuq bażi nazzjonali? Jekk saru dawn l-istudji, jista' jippreżentahom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA għandha erba’ (4) stazzjonijiet li jkejjlu il-konċentrazzjoni ta' ċerti sustanzi inkwinanti fl-arja. Dawn huma:
L-istazzjon Tal-Msida li tqiegħed f'sit li huwa trfaffikuż, dan l-istazzjon ikejjel il-konċentrazzjoni ta' dijossidu tal-kubrit (SO2), ossidi tan-nitroġenu (NOX), trab fin (kemm PM10 u PM2.5), komposti organiċi volatli (VOCs), ozonu u monossidu tal-karbonju (CO).
L-istazzjon taż-Żejtun li tqiegħed f'żona urbana fin-naħa t'isfel ta' Malta u li jkejjel il-konċentrazzjoni ta' SO2, NOX, PM10 u PM2.5, VOCs, ozonu, CO u merkurju gassuz (gaseous mercury).
L-istazzjon ta’ Għawdex (background station) li jkejjel il-konċentrazzjoni ta' SO2, NOX, PM10 u PM2.5, VOCs, ozonu u CO.
L-istazzjon ta' Kordin li jkejjel il-konċentrazzjoni ta' SO2, NOX, PM10, VOCs, ozonu u CO. Id-data għall-ewwel tlett stazzjonijiet hija aċċessibbli għal kullħadd (real time) minn fuq il-website tal-MEPA. Bħalissa qed isir xogħol sabiex tiġi mqegħda fuq il-website d-data ġġenerata mill-istazzjon ta' Kordin.
Il-MEPA qegħda wkoll taħdem sabiex tistalla l-ħames stazzjon f'Attard.
Il-MEPA tkejjel ukoll l-ammont ta' SO2, NOx, Ozon, Benzene, Xylene u Toluene bis-sistema tal-Passive Diffusion Tubes f' 44 lokalità f'Malta u Għawdex.
Ma huwiex prattiku li tiġi ppreżentata d-data kollha li tiġi ġġenerata min dan il-moniteraġġ estensiv madwar Malta u Għawdex kollu. Pero din id-data hi kollha disponibbli mill-MEPA għal min jiġi bżonnha f'lokalitajiet partikolari.
Din l-informazzjoni qiegħda wkoll tiġi ppublikata permezz tar-Rapport dwar l-Istat ta' l-Ambjent u l-booklets b'indikaturi li jinħarġu kull sena. Dawn jistgħu jinkisbu minn www.mepa.org.mt. (http://www.mepa.org.mt/Environment/index.htm?SOER/SOEI%202007/mainframe.htm&1
sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta mistennija toħroġ is-sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex li kellha toħroġ għall-ewwel kwart ta’ din is-sena? X’qed iżomm li din tinħareġ? Kif se jiġu mħarsa l-impjiegi tal-ħaddiema li hemm mal-
Gozo Channel
?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’jonqos isir fuq il-proġett tat-
training hotel
fil-Qala biex tkun lesta minn kollox?
Tista’ tgħid kemm tħallsu flus s’issa fuq dan il-proġett u kemm hemm spejjeż kommessi li għad iridu jitħallsu? Mistenni li jkun hemm spejjeż oħra minbarra dawn biex jitlesta l-proġett?
Billi fi Triq il-Girna, Bidnija, saru xi xogħlijiet fit-triq minn korporazzjoni tal-Gvern, liema korporazzjoni baqgħet qatt ma sewwiet l-istess triq, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex din it-triq tissewwa kif suppost?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi jidher li fi Blokk B1, Triq Porzjunkola, Qawra hemm xi parti tal-parapett ħdejn il-blokk ta' appartamenti li baqgħet ma tlestietx għal kollox, jista' l-Ministru jara li personnel tal-Awtorità tad-Djar jagħmlu spezzjoni fuq il-post u jitqabbad kuntrattur biex itemm ix-xogħol li fadal isir?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-blokk imsemmi kif ukoll il-landscaping ta’ madwaru tlestew madwar sitt snin ilu.
Infurmat ukoll li dan il-proġett kien mitmum u ma fadalx xogħol pendenti li jrid isir min-naħa ta' l-Awtorita’.
San Pawl il-Baħar — Triq Għar Berbaħ - xogħol fuq it-triq
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fi Triq Għar Berbaħ, San Pawl il-Baħar isir xogħol meħtieġa biex ikun hemm sistema tad-drenaġġ, sistema tal-ilma adegwata u wara jsir ix-xogħol meħtieġ fuq il-wiċċ tat-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Soċjali — energy efficiency audits
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux energy efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti/awtoritajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li saru energy efficiency audits fuq il-binja tal-Ministeru f’Barriera Wharf, fuq Projects House u fuq Block A il-Furjana li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min iżid li l-Gvern bħalissa qed jipprepara biex iniedi eżerċizzju li permezz tiegħu ser isiru
energy audits
fil-binjiet tad-dipartimenti u entitajiet fis-settur pubbliku bl-iskop li jiġu studjati x-xejriet fil-konsum tal-enerġija u jsiru rakkomandazzjonijiet dwar kif ikun jista’ jitnaqqas dan il-konsum. Fil-fatt, bħalissa hemm miftuħa sejħa għall-applikazzjonijiet mingħand uffiċjali pubbliċi li għandhom il-kwalifiki neċessarji u li huma interessati jieħdu sehem f’dan l-eżerċizzju bħala
energy auditors
. Hu ippjanat li dawn l-audits jibdew hekk kif jiġi ffinaliżżat il-proċess tal-għażla.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — energy efficiency audits
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux energy efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti/awtoritajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala appartamenti li nħarġu skond skema taħt avviż legali shared ownerships (2008) Mġarr u li nbiegħu bil-prezz kummerċjali, madwar xahar wara reġgħu nħarġu għall-bejgħ l-appartamenti li kien fadal, din id-darba bi prezz issussidjat?
Ma jaħsibx li dan l-aġir jikkostitwixxi inġustizzja kbira ma' dawk il-persuni li xahar qabel ħallsu l-prezz kummerċjali sħiħ għall-istess proprjetà?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-postijiet imsemmija ħargu f'ħargiet differenti ta’ l-Awtorita’ tad-djar. Hija l-prassi li kull ħarga jkollha kundizzjonijiet differenti minn oħra. Dan sabiex jirriffletti iċ-ċirkustanzi ta’ dak il-perijodu partikolari. Il-kundizzjonijiet tax-xiri ta’ dawn il-postijiet kienu ċari u kull applikant kien konxju tal-kundizzjonijiet.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — energy efficiency audits
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux energy efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti/awtoritajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed isiru l-preparazzjonijiet loġistiċi neċessarji biex isiru dawn l-energy efficiency audits. Sa dan it-tant, iżda, diġà
ħarġu direttivi x’miżuri għandhom jieħdu d-dipartiment biex, b’mod immedjat, jonqos l-użu ta’ l-enerġija elettrika.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — energy efficiency audits
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux energy efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti/awtoritajiet li jaqgħu fir-responsabilità tagħha? Jekk fl-affermattiv, tista' tpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Saru żewġ energy efficiency audits minn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażaġħ u Sport. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min iżid li l-Gvern bħalissa qed jipprepara biex iniedi eżerċizzju li permeżż tiegħu ser isiru
energy audits
fil-binjiet tad-dipartimenti u entitatjiet fis-settur pubbliku bl-iskop li jiġu studjati x-xejriet fil-konsum ta’ l-enerġija u jsiru rakkomandazzjonijiet dwar kif ikun jista’ jitnaqqas dan il-konsum. Fil-fatt, bħalissa hemm miftuħa sejħa għall-applikazzjonijiet mingħand uffiċjali pubblici li għandhom il-kwalifiki neċessarji u li huma interessati jieħdu sehem f’dan l-eżerċizzju bħala
energy auditors
. Hu ppjanat li dawn l-
audits
jibdew hekk kif jiġi ffinaliżżat il-proċess ta’ l-għażla.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma hux tivverifika l-kwalità tal-waste water li jintefa' fil-mains tad-drenaġġ mill-fabbriki tal-farmaċija meta l-kimika f'dan il-waste water tista' tagħmel ħsara lill-mains ta' l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijet għandu l-Gvern biex f'Għawdex ikollna bini biex jilqa' tfal u minuri li jkollhom problema familjari, challenging behaviour jew problemi oħra simili?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pjanijiet li qed tirreferi għalihom jinsabu fi stadju preliminari. Għalhekk informazzjoni tkun tista' tingħata aktar 'l quddiem.