B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6067, jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6756 u jgħid meta ġiet sottomessa applikazzjoni ġdida lill-Unjoni Ewropea għall-fondi għal dan il-proġett? Meta kienet saret l-applikazzjoni oriġinali? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-applikazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6756.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Spetturi ta' l-Ambjent
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7238 u jgħid sena b’sena mill-2002 sa l-2008 kemm kien hemm Spetturi ta’ l-Ambjent impjegati ma' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7238.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6702, 5814 u 5151 u jieħu l-passi neċessarji biex il-problemi tal-ilma tax-xita fi Triq id-9 ta' April il-Mosta, liema ilmijiet jinġabru ġo l-istess triq b'inkonvenjent kbir għar-residenti tal-inħawi, jiġu solvuti permezz tat-tkabbir tal-culvert eżistenti jew isir xi intervent ieħor ħalli dak l-ilma li jinġabar f'din it-triq jimxi u ma jibqax qiegħed?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Hotels, villa, restaurtants u appartamenti minbinija fuq art tal gvern
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6703, 5705 u jgħid kemm-il hotel, villa, restaurant u appartament kienu mibnija fuq art tal-Gvern u wara li nbnew, ġew regolarizzati fl-aħħar 20 sena? Jista' jsemmi kemm saru minn dawn l-każijiet sena b'sena fl-aħħar 20 sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma naħsibx li r-riżorsi limitati li għandu d-dipartiment għandhom jintużaw sabiex tinġabar l-informazzjoni peress li dan l-eżerċizzju jirrikjedi ħafna ħin.
Jista’ l-Ministru jgħid kif jista’ jiġġustifika ż-żieda fil-prezzijiet tal-fuel mill-1 ta’ April 2009 meta l-prezzijiet fis-suq internazzjonali għadu baxx? Jista’ jgħid ukoll x’impatt se jkollu fuq l-industrija li għaddejja minn żminijiet diffiċli? Kif jissostanzja l-fatt li waqt li l-Gvern qed jgħin lil industriji li qegħdin f’diffikultà jkompli jżidilhom il-piżijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm din is-sena se jispiċċaw mill-iskola sekondarja studenti subien u bniet separatament? Tista’ tagħti l-figuri għall-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk privati separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ studenti li din is-sena se jispiċċaw mill-iskola sekondarja ta’ l-istat huwa ta’ 3,258. Minn dawn 1,549 huma subien u 1,709 huma bniet. Din l-informazzjoni tinkludi l-iskejjel sekondarji, Junior Lyceums u ex-Opportunity Centres.
In-numru ta’ studenti li jispiċċaw l-edukazzjoni sekondarja tagħhom mill-iskejjel tal-Knisja u skejjel indipendenti huwa hekk:
Skejjel tal-Knisja: 799 subien u 685 bniet għal total ta’ 1484 student
Skejjel Indipendenti: 248 subien u 912 bniet għal total ta’ 475 student.
Jista’ l-Ministru jgħid fl-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena kemm kien l-ammont ta’skart riċiklat li nġabar darba fil-ġimgħa minn wara l-bibien tan-nies? Minn fejn inġabar l-aktar u l-anqas skart fl-istess żmien? Jista’ jgħid ukoll xi jsir mill-materjal riċiklat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-ammont ta’ skart miġbur fl-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena huwa ta’ madwar 1,593 tunnellata. Il-lokalità minn fejn inġabar l-aktar kienet dik ta’ Birkirkara b’100 tunnellata, filwaqt li nġabar l-anqas minn l-Isla, b’2.88 tunnellata. Il-materjal miġbur jintgħażel u jiġi magħmul f’balal sabiex jinbiegħ ħalli jerga’ jintuża’.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu n-numru ta’għalliema li bħalissa qegħdin jaħdmu u għandhom aktar minn 61 sena? Kemm minnhom qed jaħdmu mal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u privati separatament? Id-Direttorat tal-Edukazzjoni kellu talbiet minn għalliema biex jingħataw estensjoni tas-servizz wara li jkunu għalqu l-61 sena? Kemm–il talba ġiet aċċettata? F’liema suġġetti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ għalliema li bħalissa qegħdin jahdmu u li għandhom aktar minn 61 sena huwa hekk:
Full-time
Part-time
Skejjel ta’ l-Istat
11
Xejn
Skejjel tal-Knisja
16
10
Skejjel Indipendenti
13
9
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi kellu 24 talba minn għalliema biex jingħataw estenzjoni tas-servizz wara li jkunu għalqu l-61 sena. Minn dawn 12 ġew aċċettati f’dawn is-suġġetti:
Autocad
,
Design & Technology
;
Graphical Communications
, Malti, Oqsma ta’ l-Għerf, Ingliż, Taljan u Matematika.
Tista’ l-Ministru tgħid x’għajnuna tingħata lill-għaqdiet sportivi biex ikunu jistgħu jagħmlu kontroll tad-doping? Liema għaqdiet ibbenefikaw fis-sena finanazjarja li għaddiet u kemm kienet din l-għajnuna? Liema għaqdiet fil-fatt diġa` talbu għall-għajnuna biex jagħmlu testijiet tad-doping matul din is-sena? Hemm min ġie mgħejjun diġa`?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata hekk:
Isem tal-Għaqda
Tip t’assistenza
Sena
Ammont
Approvat
Kunsill Malti għall-iSport
Doping Unit Set Up
2008
€ 16,958
Malta Amateur Athletic Association
Ħlas ta’ testijiet
2008
€ 2,096
Malta Football Association
Ħlas ta’ testijiet
2008
€ 18,635
Malta Triathlon Association
Ħlas ta’ testijiet
2008
€ 745
Malta Weightlifting Association
Ħlas ta’ testijiet
2008
€ 1,165
L-għaqdiet li diġa’ għamlu talba għal għajnuna biex jagħmlu testijiet tad-
doping
matul l-2009 huma:
Aquatic Sports Association of Malta
Malta Amateur Athletic Association
Malta Football Association
Malta Judo Federation
Malta Tennis Federation
Malta Triathlon Association
Għaqda Regatta Nazzjonali
It-talbiet għal din l-għajnuna għadhom qed jiġu proċessati.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ġara fir-rigward tal-enforcement order,li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li baqgħet qatt ma ġiet inforzata? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni għaliex l-flat in kwistjoni baqa' jitħalla jservi bħala post tat-talb mhux uffiċjali minkejja d-diversi ilmenti ripetutament mir-residenti tal-madwar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-Enforcement Notice indikata huwa pendenti għall-azzjoni neċessarja li tittieħed fil-ħin opportun mill-Awtorità.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Kumitati li ltaqgħu matul l-ewwel tlett xhur ta' din is-sena huma dawn: -
Il-Kumitat dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni
Il-Kumitat għat-Tismija tat-Toroq, Malta u Għawdex
Il-Kunsill dwar il-Protezzjoni Ċivili
Il-Kumitat dwar l-Isplussivi
Infurmat ukoll illi l-Kumitat Xjentifiku tal-Protezzjoni Ċivili ma ltaqax matul dan il-perjodu.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kumitati
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — kumitati
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba hi skond kif ġej:
Ta’ min jgħid li dawn il-kumitati m’għandhom l-ebda obbligu li jiltaqgħu kull xahar.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarjiet Barranin jgħid liema huma l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajna għall-Mistoqsija numru 7647.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — kumitati
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tagħha li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar, tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7358 u 7236 u jgħid kemm inħarġu environment enforcement notices mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart?
Billi ftit ilu l-Ministru kien qal li sa tmien l-ewwel kwart tas-sena kellu jiġi fostna s-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda biex ifakkar l-20 sena mill-inizjattiva tal-Gvern Malti fil-Ġnus Magħquda dwar it-tibdil fil-klima, jista' l-Ministru jgħid meta ser iseħħ din iż-żjara u x'tip ta' attivitajiet ħejja l-Gvern għall-okkażjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Din il-mistoqsija ġiet issuperata mill-avvenimenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi ħsieb li jirrevedi favorevolment il-mod kif isir il-means test in ġenerali u b’mod partikolari fejn jidħlu familji li jikkwalifikaw għal rebate fuq il-kontijiet tad-dawl minħabba li ċerti nies b’mezzi relattivament baxxi xorta waħda qed jiġu skwalifikati għal ftit euros dħul extra?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-mod kif isir il-means test użat sabiex jiġi deċiż liema familji jikkwalifikaw għal rebate fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma huwa dak użat għal diversi benefiċċji mhux kontributorji. Kull tip ta’ ‘means test’, tagħmlu kif tagħmlu dejjem ser ikollok individwu jew familja li ma jikwalifikawx għal xi għajnuna minħabba li dħul jaqbez bi ftit euro.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — income tax ta' l-impjegati tagħha
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar l-aħħar irregolarizzat l-pożizzjoni tagħha dwar income tax imnaqqsa mill-pagi tal-impjegati tagħha mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Jikkonferma li sa ftit ilu kellhom dues pendenti li jmorru lura sa Settembru 2008?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.