Jista’ l-Ministru jgħid minbarra l-pulizija u l-armata, minn huwa liċenzjat li jġorr xi arma? Jingħataw liċenzji għal persuni biex dawn ikunu jistgħu jġorru arma fuqhom? Jekk iva, kemm hemm nies liċenzjati biex jagħmlu dan?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-liċenzji għal ġarr ta' armi f'pajjiżna jingħataw biss għal skopijiet partikolari, kif imsemmija hawn taħt. L-għoti ta' dawn il-liċenzji isir skont l-Att Dwar l-Armi, Kap 480 tal-Liġijiet ta' Malta.
Infurmat ukoll illi preżentement in-numru ta' persuni li huma liċenzjati sabiex iġorru armi huwa kif ġej:-
Ġarr ta' harpoon għas-sajd 1010 persuna
Ġarr ta' arma tan-nar għall-kaċċa fuq l-art 7364 persuna
Ġarr ta' arma tan-nar minn fuq qoxra tal-baħar 154 persuna
Ġarr ta' arma tan-nar għall-kaċċa tal-fenek 1483 persuna
Ġarr ta' arma tan-nar għal target shooter licence A 611 persuna
Ġarr ta' arma tan-nar għal target shooter licence B 2001 persuna
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kaċċaturi li huma liċenzjati bħalissa? Kemm kien hemm liċenzji ġodda li ngħataw matul l-2008 u fl-ewwel tliet xhur tas-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L--informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġejja:-
Tip ta' Liċenzja
Armi Liċenzjati fil-preżent
Liċenzji Ġodda matul l-2008
Liċenzji Ġodda matul l-ewwel 3 xhur l-2009
Arma tan-nar għall-kaċċa minn fuq l-art
7364
171
35
Arma tan-nar minn fuq qoxra tal-baħar
154
17
12
Arma tan-nar għall-kaċċa tal-fenek
1483
242
29
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni minn Malta fl-ewwel tliet xhur tas-sena? Kemm kienet fl-istess żmien fl-2008? Liema kienu l-oġġetti li prinċiparjament ġew importati? Kemm mill-importazzjoni kienet minn barra l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea? F’dan il-każ x’ġie importat?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni minn Malta fl-ewwel tliet xhur ta’din is-sena? Kemm kienet fl-istess żmien fl-2008? X’ġie esportat u fejn?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet fl-ewwel tliet xhur tas-sena minn kull waħda mill-kameras tat-traffiku? Jista’ jagħti l-figuri xahar b’xahar u jgħid ukoll kemm ingħataw ċitazzjonijiet is-sena li għaddiet fl-istess xhur?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4523, 4012, 3687, 3139 u 2524 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Tista' l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu biex jiġu ndirizzati u ma jiġux ripetuti irregolaritajiet proċedurali ndikati fir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur għas-sena finanzjarja 2007 f’paġna 97 dwar ħlasijiet żejda lill-kuntratturi tas-servizz tat-trasport skolastiku u dwar l-użu ta’ numru iżjed ta’ vetturi milli meħtieġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fejn ikun possibbli li n-numri ta’ studenti li għalihom jintalab it-trasport jiġi rifless fin-numru ta’ rotot skont il-ftehim, dan isir. Pero’ jeżistu numru ta’ każi fejn tinħoloq rotta b’numru iżgħar ta’ studenti peress li d-distanza bejn il-lokalitajiet involuti ma tippermettix li tinħadem f’ħin raġonevoli stabbilit mill-ftehim. Per eżempju, mill-outskirts fejn hu impossibbli li jidħol xarabank u jkun hemm ftit tfal ta’ l-iskola, tintuża minibus saċ-ċentru tar-raħal, u fejn il-lokalita’ tkun kbira ħafna, bħalma hi l-Mosta, jintużaw żewġ vetturi biex jilħqu l-firxa wiesa’ ta’ pick-up points f’din il-lokalita’.
Biex ma jiġux ripetuti rregolaritajiet proċedurali ndikati fir-rapport ta’ l-Awditur, id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qiegħed kontinwament jinsisit mal-Prinċipali tal-Kulleġġi u li l-kapijiet ta’ l-iskejjel biex jizguraw li l-iskejjel jagħtu l-informazzjoni dwar
trips
li ma jkunx hemm bżonn isiru jew ikunu jridu jiġu amalgamati fiż-żmien stipulat fil-ftehim mas-
service provider
.
Barra minn hekk, l-
invoices
qed ikunu ċċekkjati kemm mill-i
School Transport Section
kif wkoll mill-Assistent Direttur (Servizzi Finanzjarji) qabel jgħaddu għall-ħlas.
Qed ikun zgurat li kull bidla fir-
route register
tkun notifikata mill-i
School Stransport Section
lit-Taqsima ta’ l-
Accounts
, li mbagħad tivverifika mar-rapporti li jintbagħtu mill-iskejjel kull xahar.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3833, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-attendenza li rreferiet għaliha fir-risposta u li ngħatat lir-Red Cross Society biex ikunu jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati fir-rigward tal-Basic First Aid Course li kien organizzat fl-2007 mis-sezzjoni tal-Health and Safety u li tmexxa mill-istess Red Cross? Min informazzjoni li għandi, din l-attendenza għal tliet ijiem li dam il-kors, għalkemm saret, għal xi raġuni ma għadhiex teżiżti. Jekk dan hu l-każ allura jista' jagħti l-każ li fil-fatt kien hemm lok ta' abbuż, li bih setgħu ġew żvantaġġjati xi parteċipanti fil-ħruġ taċ-ċertifikati? Ma jidhrilhiex li l-fatt li dan id-dokument uffiċjali intilef huwa ħaġa serja u ta' min jindaga fuqha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Saret indaġni fuq il-fatti li qed issir riferenza għalihom, u minn din jirriżulta li:
· L-attendenza inżammet b’mod regolari u ġiet mgħoddija lir-
Red Cross
;
· Fl-aħħar jum tal-kors, kull min kien preżenti ntalab jimla applikazzjoni. Iċ-ċertifikat ħareġ lill-għalliema kollha li mlew l-applikazzjoni;
· Il-kopja ta’ l-applikazzjonijiet kollha qegħdin fil-kustodja tad-Direttorat;
· Il-ħlas li sar għall-kors jaqbel man-numru ta’ applikazzjonijiet;
· Ġie vverifikat ma’ numru mill-għalliema li attendew il-kors li ċ-ċertifikati tqassmu fis-sajf tas-sena 2007;
· Ma jirriżultax li xi parteċipant wera bil-fatti li kien preżenti u ma ngħatax ċertifikat.
Tista' l-Ministru tgħid min kien is-service provider/s li minkejja li kellu/hom kuntratt ġdid, baqa'/ baqgħu jagħmlu invoice lid-Direttorati tal-Edukazzjoni bir-rati l-qodma li kienu ogħla u li nuqqas ta' kontrolli ippermettew li jibqa' jitħallas/u skond it-talba tiegħu/hom? Kemm tħallsu flus żejda b'dan l-ingann u nuqqas ta' kontroll f'dan il-qasam?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-service provider li tħallas bir-rati l-qodma kien Paramount Garage.
L-ammont li tħallas żejjed kien ta’ €7,554.06, liema ammont inġabar lura.
Qed ikun żgurat li kemm l-i
School Transport Section
kif ukoll it-Taqsima ta’ l-
Accounts
ikunu infurmati bid-dettalji ta’ kull
tender
li tingħata b’mod aktar formali mit-Taqsima tal-
Procurement
billi jintbagħat il-
file
rilevanti u jiġi
acknowledged
li dawn it-taqsimiet irċevew l-informazzjoni, biex ikunu evitati żbalji simili fil-futur.
Issa li ħareġ ir-rapport finali tal-TIMMS 2007, tista' l-Ministru tgħid kif marret Malta komparata ma' pajjiżi oħra f'dan l-istħarriġ? X'kienu l-konklużjonijiet ta' dan ir-rapport dwar Malta? X'passi konkreti ittieħdu mid-Dipartiment tal-Quality Assurance biex jindirizza n-nuqqasijiet li ġew identifikati bħala riżultat ta' dan l-istħarriġ? Hemm xi ħsieb li jsiru analiżi komparattivi mal-pajjiżi Ewropej li pparteċipaw f'dan l-istħarriġ? Fuq l-indikazzjonijiet ta' dan ir-rapport jista' jiġi kkummissjonat lill-Università ta' Malta rapport riċerkat dwar il-qagħda fl-iskejjel kollha f'dawn l-oqsma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Dipartiment tal-Kurrikulu u eLearning qed jistudja r-riżultati tar-rapport finali tat-TIMMS 2007 li kien ippublikat f’Diċembru tas-sena 2008, bil-għan li janaliżża kif it-tagħlim fl-iskejjel tagħna jkun aktar effettiv.
Ta’ min jgħid li qabel ma kien ħareġ ir-riżultat kien diġa twaqqaf grupp biex jistudja l-istat ta’ l-edukazzjoni tax-xjenza fis-settur, kemm primarju kif ukoll sekondarju.
F’Malta l-iskejjel kollha sekondarji, li jgħoddu disgħa u ħamsin, ipparteċipaw f’TIMMS 2007. Total ta’ 4,670 student tal-Form 3 ġew assessjati.
Fil-Matematika, l-istudenti Maltin marru tajjeb u Malta ġiet fis-16-il post minn 49 pajjiż. Malta marret aħjar mill-Iskozja, l-Italja, Ċipru, l-Bulgarija, r-Rumanija u n-Norveġja. Pajjiżi li marru aħjar minn Malta jinkludu l-Ungerija, l-Ingilterra, il-Litwanja, ir-Republika Ċeka u s-Slovenja.
Ir-riżultat fil-qasam tax-Xjenza ma kienx daqshekk sodisfaċenti. Malta giet fit-30 post minn 49 pajjiż. L-Iżvezja, l-Iskozja, l-Italja u n-Norveġja huma fost il-pajjiżi li marru aħjar minn Malta fil-qasm tax-Xjenza. Pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea li ġie wara Malta huwa Ċipru.
Fost il-grupp ta’ studenti Maltin li pparteċipaw fit-TIMMS 2007, ma kien hemm l-ebda differenza li hija statistikament sinifikanti bejn il-bniet u s-subien fl-oqsma tax-Xjenza u l-Matematika. Din ix-xejra ma tirriflettix ix-xejra internazzjonali fejn il-bniet marru aħjar mis-subien.
Meta tqabbel il-kisbiet internazzjonali fost il-pajiżi parteċipanti, huwa mportanti li wieħed iqis l-esperjenzi kurrikulari ta’ l-istudenti li ġew assessjati. L-analizi li tajna hawn fuq hija bbażata fuq rapport dwar l-iskor medju hekk kif ippreparat miċ-Ċentru Internazzjonali ta’ Studju li jinsab f’Boston College u ċ-Ċentru tal-Iproċessar tad-Data u r-Riċerka tal-IEA u li ġew ippublikati f’rapporti internazzjonali.
Is-sitwazzjoni fl-iskejjel kollha qed tiġi studjata mit-tim tan-National Strategy for Science Education, li jinkludi membri mid-Direttorat għal Edukazzjoni, l-Universita’ ta’ Malta, l-Għaqda Skejjel tal-Knisja u Indipendenti, l-Għaqda tal-Għalliema tax-Xjenza u ċ-Chamber of Scientists.
Id-Dipartiment tal-Quality Assurance qiegħed jiddisdkuti dan ir-rapport mad-dipartimenti u sezzjonijiet ikkonċernati f’kuntest fejn ir-riżultati huma inkoraġġanti izda nemmnu li r-riformi sejrin itejbu r-riżultati tagħna meta nerġgħu nieħdu sehem fit-TIMMS li jmiss.
Tista' l-Ministru tgħid minn min hu kompost il-management committee ta' Channel 22? Min innomina dan il-kumitat, u kull meta jiġi rikostitwit? X'inhi l-onorarja ta' kull membru ta' dan il-kumitat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kumitat ta’ Tmexxija ta’ Channel 22 twaqqaf mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni f’ Lulju 2008. Il-membri tieghu huma s-Segretarju Permanenti, illum Dr Christopher Bezzina; Fr Joe Borg, Konsulent fil-Ministeru u Ms Nadette Bugeja. L-unika persuna li tiehu remunerazzjoni ghas-servizz taghha hija Ms Bugeja u din tlahhaq ghal ewro 1,200 fis-sena.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefaq il-Gvern Malti (kollox inkluż) biex żamm, tema, ikkura, opera, nefaq fuq servizz tad-dawl u l-ilma, tiswijiet ta' toilets u showers, tiswija u tibdil ta' fryers u televisions, trasport, li jinkludu wkoll pagi ta' suldati, pulizija, casual officers, fizzjali u nurses mal-immigranti illegali mill-2002 sal-2008 sena b'sena? Min iħallas u f'liema proporzjon għal dan kollu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7375.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Annual Report
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex ir-rapport annwali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar 2008 għadu ma ġiex ippubblikat u mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? Jidhirlu li dan qed imur kontra l-legal frameworks kif ipprovdut mid-Development Planning Act li jirrigwarda financial reporting tal-Awtorità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7486.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji/investituri/korporazzjonijiet u oħrajn li jixtiequ jiftħu negozji f'Malta? Kemm ilhom jistennew dawn l-applikanti li jingħataw il-permessi meħtieġa ħalli jagħmlu dan? X'tip ta' investimenti huma dawn u kemm għandhom ħsieb li jimpjegaw nies magħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob l-Onor Interpellant sabiex jiċċara l-mistoqsija tiegħu u cioe` għal liema permessi qed jirreferi.
Tista' l-Ministru tgħid kif inxtraw il-kotba li jużaw il-libreriji pubbliċi, jekk hux minn aġenti pubbliċi jew inkella minn postijiet oħra? Liema proċedura tintuża sabiex isir dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kotba li inxtraw għall-Libreriji Pubbliċi, nxtraw mingħand aġenti pubbliċi jew distributuri li jkunu awtorizzati mill-aġenti pubbliċi jew awturi sabiex ibiegħu l-kotba tagħhom.
Il-proċedura li tintuża biex jinxtraw il-kotba għal-Libreriji Reġjonali u Fergħat hi dik fejn il-persuna li tieħu ħsieb il-librerija tagħżel il-kotba li għandhom jinxtraw għal dik il-librerija partikolari fuq pariri u listi li tirċievi skont il-ħtiġijiet tal-klijenti. Fil-Librerija Pubblika Ċentrali, l-Uffiċjal Inkarigat flimkien mas-sezzjoni tal-akkwisti, fuq
feedback
minn kapijiet tas-sezzjonijiet u n-nies li jużaw il-librerija, jiġu identifikati l-kotba li għandhom jinxtraw biex jiżdiedu mal-kollezzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proċess tal-bini tat-toroq u rranġar ta' dawk eżistenti kemm prinċipali kif ukoll sekondarji huwiex se jiġi ċentralizzat ħalli jkun hemm kordinazzjoni u kollaborazzjoni aħjar bejn dawk kollha involuti? Kien hemm xi żvilupp wara l-istqarrija tiegħu fil-parlament li kellu jkun hemm iktar ħsieb ta' kif jistgħu jintnefqu aħjar il-flus f'irranġar u bini tat-toroq tagħna?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Gvern qed jesplora mudelli ta' bini u manteniment tat-toroq imħaddmin b'suċċess barrra minn Malta.
Il-Gvern iħabbar id-deċiżjonijiet tiegħu meta jkun ħadhom.
Jista’ l-Prim Ministru jghid kemm giet skedata propjetà sena b’sena mill-1993 sa l-2008 u din kif kienet maqsuma bħala kategoriji bejn bini storiku, siti arkeoloġiċi, siti ta’ interess ekoloġiku, siti ta’interess xjentifiku u siti ta’ valur panoramiku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7360.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Spetturi ta' l-Ambjent
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid sena b’sena mill-2002 sa l-2008 kemm kien hemm Spetturi ta’ l-Ambjent impjegati ma' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA tħaddem 19 (dsatax)-il Spettur mad-Direttorat tal-Ħarsien ta’ l-Ambjent.
Meta d-Dipartiment tal-Ħarsien ta’ l-Ambjent ingħaqad mal-Awtorità tal-Ippjanar kien hemm disa’ (9)
Environmental Inspectors
. Fl-2002 u fl-2004 dan in-numru żdied bi tmien (8) u wieħed (1) Spetturi rispettivament.