Jista' l-Ministru jara jekk kopja anzjana, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħat separatament, għandhomx dritt għas-sussidju fuq id-dawl u l-ilma?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' bdil ta' post, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li sar il-ftehim bejn l-inkwilini u qed jistennew l-aħħar proċedura mill-Awtorità tad-Djar? Jista' l-Ministru jara l-każ u jagħti l-aħħar żviluppi?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li s-sinjura kkonċernata diġa resqet għall-kuntratt flimkien mas-sinjuri l-oħra biex jiġi affetwat it-tibdil ta’ bejniethom. Il-kuntratt bejn l-Awtorita’ tad-Djar u l-klijenti sar fit-17 t’April, 2009.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qed ikollha ħafna problemi ta' mobilità jkollha sodda aktar komda?
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 7264, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet il-preparazzjoni tat-tender li qed issir referenza għaliha fl-istess risposta? Fiex waslet s'issa d-diskussjoni mal-partijiet ikkonċernati dwar ir-riforma fit-trasport pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux normali li jiġu approvati reserved parking bays f'toroq prinċipali, li fihom it-traffiku jgħaddi fiż-żewġ direzzjonijiet u li mhumiex wesgħin biex jippermettu parking ta' dan it-tip fihom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru totali ta' lifts li ġew reġistrati ma' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Istandards sal-lum, kemm għal dawk li huma lifts stallati qabel l-1 ta' Lulju, 2002, kif ukoll jekk ġew stallati wara? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Istandards jew xi awtorità oħra fl-fatt għamlitx spezzjonijiet partikolari biex jiġi aċċertat li fil-fatt m'hemmx lifts li suppost ġew reġistrati iżda li baqgħu mhux reġistrati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi fir-rigward ta’ l-ewwel mistoqsija sa llum hemm
total ta’ elf, mija u ħamsa u disgħin (
1,195
)
lift
reġistrat ma’ l-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards. Dawn il-
lifts
jinqasmu f’elf, mija u sitta w għoxrin (
1,126
)
lifts
hekk imsejjħa “ġodda” (jigifieri
lifts
li ġew installati mill-1 ta’ Lujlu 2002 ‘il quddiem) u disgħa u sittin (
69
)
lifts
hekk imsejjħa “eżistenti” (jiġifieri dawk installati sat-30 ta’ Ġunju 2002). Ma’dawn wieħed irid iżid madwar 40 applikazzjoni reċenti li għadhom qed jiġu pproċessati.
Għat-tieni mistoqsija, l-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards għamlet sbatax-il
spezzjoni fuq dan it-tip ta’ lifts. Dawn l-ispezzjonijiet isiru kollha skond l-Avviż Legali
370 ta’ l-2002 fuq ir-Regolamenti tal-Lifts u l-Avviż Legali 231 ta’ l-2007 fuq ir-
Regolamenti dwar l-Ispezzjonijiet tal-Lifts. Ta’ min isemmi wkoll li l-Awtorita’ dwar is-
Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-post tax-Xogħol hija wkoll involuta fl-ispezzjonijiet ta’ lifts li
huma nstallati ġewwa postijiet tax-xogħol.
Burmarrad — Triq l-Insolja - tiswija fuq main tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarj biex fi Triq l-Insolja, Burmarrad, jsiru tiswijiet fuq main tal-ilma li ilu bil-ħsara għal tul taż-żmien biex jieqaf il-ħela tal-ilma u t-tieni biex ma ssirx aktar ħsara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-parti ta' Burmarrad li għadha mhix asfaltata u cioè Triq l-Insolja Burmarrad, fil-fatt tiġi asfaltata kemm jista' jkun malajr? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk f'din il-parti tat-triq għadx fadal servizzi xi jsiru qabel jingħata l-wiċċ meħtieġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn CCTV cameras tal-kunsilli lokali? F'liema lokalità qegħdin? Kemm-il citazzjoni ħarġet għal kull każ matul l-aħħar tliet xhur? Minn min jiġu vverifikati dawn iċ-ċitazzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Xgħajra, Fgura u Żabbar — citazzjonijet fuq kontravenzjonijiet tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru citazzjonijet fuq kontravenzjonijiet tat-traffiku minn Jannar 2009 sal-lum f'Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Xgħajra, Fgura u Żabbar? Jista' jgħid x'tip ta' kontravenzjonijiet kienu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar u t-22 ta’ April tal-2009 kien hemm 1,101 kontravvenzjonijiet tat-traffiku rrapurtati mill-Pulizija fil-lokalitajiet msemmija mill-Onorevoli Interpellant. Fost il-kontravvenzjonijiet kien hemm nuqqas ta’ lbies ta’ seatbelt, ipparkjar ipprojbiti mil-Liġi, liċenzji mhux imwaħħla mal-windscreen, sewqan fuq il-linji, u diversi oħrajn.
Peress li x-xogħol fuq Triq San Lawrenz, Birgu ilu s-snin biex isir u b'konsegwenza ta' dan ir-residenti ta' din it-triq qed ikollhom jgħixu fi trabijiet u għadajjar ma' kull ħalba xita, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din it-triq xi darba ssir? Jekk fl-affermattiv, jista' allura jgħid meta jaħseb li jista' jsir dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Skema CPPS - ammont ta' flus
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7695 u 7290 u jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li ġabret il-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-iskema CPPS u li sal-lum għadhom għandha u ma sarx użu minnhom? Jistgħu dawn il-flus jinqasmu skond il-lokalità li nġabru minnha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsijq Parlamentari Numru 7290.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7528, 7224, 6880,6502, 5924, 5715, 5470 u 5293 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali, distributorji u lokali li hu ppjannat li jsir xogħol fuqhom matul din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7683 u jikkonferma jekk l-inċeneratur tal-Marsa bħalissa hux bil-ħsara? Jekk fl-affermativ, kemm ilu bil-ħsara? X'isir bill-bhejjem mejta meta l-inċeneratur ikun bil-ħsara?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-WasteServ timxi b’politika ta’ trasparenza u l-informazzjoni li qed jitlob tinsab fi stqarrija maħruġa mill-Kumpanija fit-3 ta’ April 2009. Din jista’ jaraha fuq il-website tal-istess Kumpanija.
Irid jingħad li l-WasteServ tinforma lill-pubbliku kull meta jkun se jsir xi xogħol ta’ manutenzjoni jew tiswija fl-inċineratur u/jew fil-faċilitajiet l-oħra operati minnha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm investiment barrani dirett f’Għawdex fl-aħħar tal-2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skond l-informazzjoni miġbura mill-istħarriġ tagħna, jirriżulta li fl-aħħar tas-sena 2008 kien hemm 6.5 miljun Euro investiment barrani f’kumpaniji bl-indirizz tagħhom Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid meta mistennija tibda topera f’Għawdex il-kumpannija Bryvarc li timmanifattura l-
cards
tal-
plastic
?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali u a tenur ta’ l-artiklu 33 tal-Kapitlu 325 tal-Liġijiet ta’ Malta hi koperta bil-kunfidenzjalita` uffiċjali. Naturalment sta għall-kumpanija in kwistjoni li tiddeċidi kif u meta tagħmel il-pjanijiet kummerċjali tagħha pubbliċi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm armi reġistrati u b’hekk liċenzjati mill-pulizija? X’tip ta’armi kienu prinċiparjament? Kemm minnhom huma armi ornamentali? Kemm kien hemm armi li ġew liċenzjati fl-2008 u fl-ewwel tliet xhur ta’din is-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Intepellant għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.