Legislature:
Category:
Reset
Active:

studju dwar il-mard tal-kanċer

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux issir riċerka biex tindika liema tipi ta' mard tal-kanċer qed jiżdiedu u jekk jistax ikollna kura preventiva biex inaqqsu din l-inċidenza?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Direttorat għall-Informazzjoni dwar is-Saħħa u r-Riċerka ilu jżomm Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer sa mill-1991. Dan ir-reġistru jiġbor informazzjoni mingħand l-isptarijiet, kliniċi u laboratorji kollha f’Malta u Għawdex, kemm dak statali u anke dawk privati. Dan l-istess reġistru ilu membru sħiħ ta’ l- International Association of Cancer Registries (IACR) sa minn Jannar 1995. Apparti minn dan, ir-Reġistru huwa attiv f’numru mdaqqas ta’ proġetti ta’ riċerka fuq bażi Ewropeja u ilu jagħmel dan sa minn qabel Malta ssieħbet mal-Unjoni Ewropeja. Dan jippermetti li d-data Maltija tiġi analiżżata flimkien ma’ dik ta’ pajjiżi oħra mill-aqwa esponenti Ewropej f’dan il-qasam. Rigward riċerka lokali, r-Reġistru jikkopera kontinwament mal-Universita’ ta’ Malta u ma’ riċerkaturi u professjonisti Maltin li jkunu qed jagħmlu riċerka f’dan il-qasam. Apparti minn hekk, id-Direttorat innifsu joħroġ tabulati b’informazzjoni dwar ix-xejriet matul l-aħħar għaxar snin fl-incidenza u l-imwiet tat-tipi prinċipali ta’ kanċer f’Malta li wieħed jista’ jsib fuq is-sit ta’ l-internet www.ehealth.gov.mt, kif ukoll rapporti perjodiċi fuq diversi aspetti tas-suġġett. L-inċidenza ta’ diversi tipi ta’ kanċer f’Malta qiegħda u se tibqa tiżdied kif imbassar peress li l-popolazzjoni tagħna qiegħda tgħix iżjed fit-tul. Madanakollu hemm diversi strateġiji preventivi li jistgħu jiġu implimentati sabiex din tkun ikkontrollata. Il-Pjan Nazzjonali tal-Kanċer 2011-2015 qiegħed jimplimenta dawn l-istrateġiji b’inizzjattiva bħall-kampanji ta’ promozzjoni tas-saħħa biex jitnaqqas it-tipjip u t-tnehdija ta’ programmi organizzati ta’ screening kontra l- kanċer tas-sider u tal-musrana.

pjan nazzjonali minħabba kundizzjonijiet mediċi

Question

Jista' l-Minstru jgħid jekk jeżistix xi pjan nazzjonali bbażat fuq riċerka fejn jindika t-trends u l-kundizzjonijiet mediċi li qed jiżdiedu fost il-poplu u allura x'hemm bżonn li jsir biex jekk jista' jkun titnaqqas l-inċidenza ta' dawn il-kundizzjonijiet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Direttorat għall-Informazzjoni dwar is-Saħħa u r-Riċerka jżomm Reġistri Nazzjonali tal-Kanċer, tal-Imwiet, tat-Twelidijiet, tal-Anomaliji Konġeniti, kif ukoll tal-Hospital Discharges. Dawn ir-reġistri jiġbru informazzjoni minn Malta u Għawdex u għalhekk jipermettu l-istatistika Maltija tiġi annaliżżata biex minnha joħorġu trends ta’ mwiet u mard/ kundizzjonijiet li qegħdin jolqtu lill-poplu Malti. Din l-informazzjoni tiġi annalizzata f’tul iż-żmien għaliex ħafna minn dawn ir-reġistri ilhom jeżistu għal madwar ħmistax-il sena. Minnbarra hekk, dan id-dipartiment huwa attiv fil-qasam tar-riċerka billi jagħmel surveys li minnhom tinħareġ informazzjoni dwar il-prevalenza ta’ mard kif ukoll informazzjoni dwar is-saħħa ġenerali tal-poplu Malti u Għawdxi. Dawn jinkludu il-National Health Interview Surveys li saru fis-2002 u fit-2008 u il-Pilot Health Examination Survey li sar fil-2010. Hemm ukoll surveys oħra li għaddejjin bħalissa. Minn din ir-riċerka jitfasslu diversi strateġiji preventivi li jistgħu jiġu implimentati sabiex il-mard jkun ikkontrollat. Strateġiji li diġa ġew mnedija u jinkludu l- Healthy Weight for Life Strategy, il-Non Communicable Diseases Strategy, il-Pjan Nazzjonali tal-Kanċer, Strateġija tas-Saħħa Sesswali u diversi kampanji ta’ promozzjoni tas-saħħa.

Mosta — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li ċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Mosta jerġa' jibda jopera bis-servizzi kollha li kellu li kien joffri qabel ma dawn bdew jitwaqqfu biex isir ir-refurbishment?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li s-servizzi kollha taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta huma maħsubin li jerġgħu jibdew jinagħtaw mil-Mosta lejn l-aħħar ta’ din is-sena. Waqt r-refurbishment ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta, hemm ppjanat li s-servizzi kollha, ħlief dak tal-X-rays, sejrin jingħataw minn ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara. Is-servizz tal-X-rays sejjer jibqa jingħata mill-Mosta.

Mosta — Ċentru tas-Saħħa - servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jiżdiedu, jonqsu jew jibqgħu dawk li kienu s-servizzi li ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta kien joffri wara li jsir ir-refurbishment?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35116.

Peripatetic teachers — interviews

Question

Tista' l-Ministru tispjega x'inhu jiġri fil-każ ta' peripatetic teachers u l-interviews li qed isirulhom kull tliet snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-interviews li qed isiru għall-Peripatetic Teachers huma skont il-ftehim kollettiv bejn l-MUT u l-Gvern tal-2010 fejn hemm indikat li karigi bħal dawn jiġġeddu mill-inqas kull sentejn (schedule IV Art. 4.3).

Pjanijiet għall-iskola tal-mużika

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-pjanijiet għall-iskola tal-mużika? Fejn se tiġi rilokata u meta se jibda x-xogħol? Meta mistenni jintemm ix-xogħol? X'konsultazzjoni qed issir mal-għalliema kkonċernati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja flimkien mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada identifikaw sit fil-limiti ta’ Ħal Qormi li jista’ jservi ta’ post fejn jinbena l-Kulleġġ tal-Arti. Bħalissa qegħda tiġi ppreparata d-dokumentazzjoni teknika sabiex titressaq formalment il-proposta lill-MEPA għall-kunsiderazzjoni tagħha. Sadanittant, inbeda l-proċess sabiex kull kors offrut f’dawn l-iskejjel ikun konformi mal-Qafas Malti tal-Kwalifiki. Il-Kulleġġ tal-Arti ser ikun qed joffri korsijiet minn Livell 1 sa Livell 4 u f’xi ftit każi sa Livell 5. Studenti fil-qasam tal-Arti li jridu jkomplu jispeċjaliżżaw minn Livell 5 ’l fuq ser ikunu jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom fl-MCAST u fl-Universitá ta’ Malta. Il-proċess ta’ validazzjoni qed isir bis-sehem tal-għalliema.

Applikazzjoni għall-post tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li jgħixu f'fond li ġie mogħti mill-gvern u l-kċina tinsab fil-kantina?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanti in kwestjoni qegħda pproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra. Huma jikru post mill-privat u qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa
Leg 11 PQ #35574 Sitting 491 2012-06-19 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'kull segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru li mhumiex civil servants? Xi grad għandhom? X'inhu xogħolhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fis-segretarjati li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm 30 ħaddiem li m’humiex civil servants. Rigward il-Grad u x-xogħol qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — ħaddiema

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm ħaddiema f'kull segretarjat tal-Ministeru tiegħu li mhumiex civil servants? Xi grad għandhom? X'inhu xogħolhom?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lil Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin hemm seba' ħaddiema fis-segretarjat tal-Ministru li m'humiex civil servants.Il-grad u x-xogħol tagħhom huwa: Head of secretariat Policy Coordinator Żewġ (2) Secretariat Officers Żewġ(2)Xufiera/Security Officers Wieħed (1) Messaġġier

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'kull segretarjat tal-Ministeru tiegħu li mhumiex civil servants? Xi grad għandhom? X'inhu xogħolhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ammont ta' ħaddiema li mhumiex civil servants li hemm fis-segretarjati tiegħi, huwa ta' sebgħa. Il-grad u x-xogħol tagħhom huwa ta: Policy Coordinator, Communications Coordinator, Head of Secretariat, Secretariat Officer, Driver, Assistant Private Secretary u Project Coordinator.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'kull segretarjat tal-Ministeru tiegħu li mhumiex civil servants? Xi grad għandhom? X'inhu xogħolhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fis-segretarjat tiegħi hemm żewġ (2) persuni li m’humiex civil servants jew impjegati ma’ xi entità tal-Gvern. Dawn huma impjegati bħala drivers.

Palumbo Shipyards — Permessi ta' tliet tower cranes

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tliet tower cranes li għandhom Palumbo Shipyards għandhomx il-permessi meħtieġa u jekk iva fuq liema kriterji nħarġu meta hemm dockside cranes mat-Tarzna kollha? Meta se jiżżarmaw iż-żewġ dockside cranes li hemm fuq boiler wharf li wkoll qed ikerrħu l-ambjent u qed isiru ċappa sadid?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Xiri ta' Petrol u Diesel tal-Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35370 u jinforma lill-Kamra kemm kienu l-Platts average monthly CIF Med. tal-petrol u diesel li tixtri l-Korporazzjoni Enemalta bejn Jannar u Mejju 2012? Jekk għal xi raġuni ma jistax jagħti l-prezzijiet taż-żewġ prodotti, jista' juża l-prezzijiet ta' dawn iż-żewġ prodotti kif kienu f'Jannar 2012 u juża 100 bħala bażi, imbgħad iżid jew jnaqqas skont kif kien il-każ fi tmien Frar, Marzu, April u Mejju 2012?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Platts average monthly CIF Med tal-petrol u diesel għal perjodu Jannar u Mejju 2012 li bih xtrat il-Korporazzjoni Enemalta kienu kif murija fit-tabella mehmuża.

WSC Water Meters

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35379, jista' l-Ministru jgħid kemm inbiegħu meters ma' kull tender f'dawn l-aħħar tliet snin? X'kien il-valur ta' kull tender? Min ħadu f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bormla — Pjazza Santa Margerita - multi level storey car park

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress fuq il-multi level storey car park fi Pjazza Santa Margerita Bormla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li għaddejjin diskussjonijiet mal-MEPA dwar is-sottomissjoni ta' applikazzjoni għall-iżvilupp dwar il-proġett in kwistjoni.

NSO — qagħda ekonomika

Question

Fid-dawl li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, skont il-pubblikazzjoni tiegħu Gross National Income Inventory (ESA95) ta' April 2008, ċaqliq fl-inventarji dovut għall-parti tad-diskrepanza statistika li tikkontribwixxi negattivament għall-prodott gross domestiku (PGD) tfisser biss li l-livelli ta' wieħed jew aktar mill-komponenti l-oħra tal-PGD mkejjel mill-expenditure approach, bħall-konsum tal-familji, investiment, u/jew esportazzjoni huma fir-realtà aktar baxxi milli jindikaw ċ-ċifri (jew li l-livell tal-importazzjoni hu aktar għoli minn dak stabilit), u għaldaqstant ma jħalli ebda effett fuq il-kejl tat-total tal-PGD billi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juża l-production approach bħala l-metodu prinċipali biex tkejjel il-PGD, jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni uffiċjali tal-gvern għall-fatt li l-Gvernatur tal-Bank ċentrali preżenti esprima pubblikament dubbji dwar kemm iċ-ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qed jagħtu stampa reali tal-qagħda ekonomika f’pajjiżna, jiġifieri jekk il-pajjiż hux tassew teknikament f’riċessjoni jew le?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ħolqien ta' faċilitajiet għall-irmiġġ tal-cruiseliners f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju għall-ħolqien ta’ faċilitajiet permanenti u/jew temporanji ta’ rmiġġ għall-cruiseliners f’Għawdex? Jekk saru, minn min u meta? X’kienu r-rakkmandazzjonijiet tagħhom? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 21310 u 26885.
Leg 11 PQ #35623 Sitting 491 2012-06-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Programm Operattiv I — Politika ta' Koezjoni Ewropea 2007 - 2013 - fondi strutturali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33308, jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-kumplament tal-mistoqsija parlamentari u cioè: kemm hu l-ammont ta’ fondi li bbenefika/se jibbenefika? Liema minn dawn il-proġetti diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew? Meta nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa u kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-proġetti fil-lista kollha nbdew (taħt il-kolonna year of allocation). L-informazzjoni dwar il-perjodu t’implimentazzjoni (taħt il-kolonna final year of payment) kif ukoll l-ammonti kommessi (taħt il-kolonna amounts committed) u mħallsa (taħt il-kolonna amounts paid) ta’ kull proġett tinsab fit-tabella provduta mat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 33308.

Public Service Obligation — kumpanija Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35269 u 35020 u cioè b’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34503 dwar in-nefqa kull sena fuq il-Public Service Obligation li l-gvern għandu mal-Gozo Channel Co., jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kull sena li tkopri l-passiġġieri Għawdxin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Sit tal-Barmil Xewkija — spazju industrijali - sejħa għall-offerti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 30729 u 33318 dwar spazju industrijali fuq sit tal-Barmil Xewkija minn Public Private Partnership, jista’ l-Ministru jgħid jekk issa l-imsemmija sejħa għall-offerti ħarġitx? Jekk ħarġet meta u x’inhu n-numru tagħha?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33318.