Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #35728 Sitting 492 2012-06-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

San Pawl il-Baħar — kontravenzjonijiet

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 34267, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema nħawi ta' San Pawl il-Baħar allegatament kienu l-kontravenzjonijiet (id-disa' kontravednzjonijiet) indikati fir-risposta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi d-disgħa kontravenzjonijiet imsemmija fit-Tweġiba għall Mistoqsija Parlamentari 34267 li kienu jikkonċernaw rapporti dwar mużika għolja minn postijiet ta’ divertiment, kienu irrapurtati li seħħew fl-inħawi ta’ Triq it-Turisti, Triq l-Imħar, Triq il-Brankutli, Triq il-Korp tal-Pijunieri, Triq il-Ġifen, Triq it-Tamar, Triq il-Gandofli, Triq Ġulju u Triq Patri Feliċ Sammut.

permessi għal qtugħ jew qlugħ ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jintalbu permessi mid-dipartiment ikkonċernat, meta jkun se jkun hemm qtugħ, jew qlugħ ta' siġar, kif ukoll meta tkun se ssir żabra tal-istess siġar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru għat-Turiżmu, Kultura u l-Ambjent li hu responsabbli mill-Awtorità ta’ Malta għall-Ippjanar u l-Ambjent li hija responsabbli għall-ħruġ tal-permessi msemmija.

Ta' Qali — naħa tal-Pitkala - strike

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi żviluppi seħħew fil-kwistjoni li wasslet biex ftit tal-ġimgħat ilu jkun hemm strike min-naħa tal-pitkala f'Ta' Qali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34635.

Annex il-ġdid tal-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-annex il-ġdid tal-Qorti hux mistenni li jibda jintuża wkoll għal skop ta' awli tal-Maġistrati/Mħallfin? Jekk iva, meta hu mistenni li jsir dan?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li jekk qed jirreferi għall-binja li hemm fi Triq id-Dejqa li se sservi bħala l-Qorti tal-Familja ‘l ġdida minflok dik eżistenti, il-ħsieb huwa li jkun fiha kemm awli kif ukoll sigrieti għal dawk il-Ġudikanti, Maġistrati u Mħallfin, li jkunu qegħdin jippresjedu kawżi tal-Familja.
Leg 11 PQ #35732 Sitting 492 2012-06-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Skema ta' reklamar

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-kunsilli lokali tas-7, il-11 u t-12-il distrett elettorali li għandhom skema ta' reklamar bi ħlas, fuq u-bends? X'tip ta' ħlas jintalab f'dawn il-każijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

art esproprijata

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena kemm-il biċċa art ġiet esproprijata matul l-aħħar għaxar snin sabiex tinfetaħ jew titwessa' xi triq ġo żona indikata għall-iżvilupp fejn tali triq tkun skemata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jagħti l-isem tat-triq u l-lokalità għal kull biċċa art rispettiva? Kemm tħallsu flus mill-gvern sabiex inxtrat kull biċċa minn dawn l-artijiet?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista, miġbura mir-records tad-Dipartiment tal-Propjetà tal-Gvern, ta’ art li ġiet esproprijata matul l-aħħar għaxar snin sabiex jinfetħu jew jitwessgħu toroq li huma skemati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ġo żoni dikati għall-izvilupp. Il-lista tinkludi l-lokalità, l-isem tat-triq u l-fondi li tħallsu għal kull biċċa art.

Vat minn Turiżmu f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ammont ta' VAT li tinġabar minn turiżmu f'Għawdex għal kull sena bejn 2008 u 2011? F'każ li ma jeżistix ammont ċertifikat, jista' l-Ministru jagħti stima bbażata fuq statistika oħra li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux informazzjoni dwar kemm inġabret taxxa tal-VAT minn turiżmu f’Għawdex peress li t-taxxa miġbura tiġi rrapurtata fid-denunzji globalment u ma ssirx distinzjoni jekk il-VAT miġbura tkunx imħallsa minn turist jew minn wieħed tal-lokal. Tajjeb li wieħed isemmi wkoll, li operatur jista’ jkun qed jirrapporta, fid-denunzji, bejgħ ta’ prodotti relatati mat-turiżmu flimkien ma’ prodotti jew servizzi oħra li m’humiex relatati mat-turiżmu.

Manoel Island Yacht Yard — Privatizzazzjoni

Question

Fir-rigward tal-iżvilupp tal-Manoel Island Yacht Yard wara l-privatizzazzjoni tagħha, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra mappa fejn jimmarka eżattament il-medda tal-baħar li fiha se ssir il-yacht marina u l-medda ta' baħar li se tkun dedikata għalhekk? Fuq liema bażi legali se tingħata din il-medda? Saru konsultazzjonijiet ma' sidien tal-bċejjeċ tal-baħar tal-madwar fl-implimentazzjoni tal-proġett u biex jitħalla passaġġ adegwat għalihom?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra li l-mappa li tindika l-medda ta' baħar li ngħatat għall-użu esklussiv ta' Manoel Island Yacht Yard Limited. Ninsab infurmat li din il-medda ta' baħar ngħatat wara li Transport Malta dahlet fi Ftehim ta' Rmiġġ Esklussiv mal-Monoel Island Yacht Yard. Dan il-Ftehim kien stabbilit bħala kundizzjoni fl-Att li sar bejn il-Gvern u l-Manoel Island Yacht Yard u li ntlaħaq wara li saret sejħa pubblika għall-offerti u ġie approvat mill-Parlament. Transport Malta qiegħda f' konsultazzjoni mal-Assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-maġġoranza tas-sidien tad-dgħajjes ġewwa l-Gżira sabiex jiġi stabbilit maniġġjar aħjar tal-baħar f'dik iż-żona.

Ikel tal-Unjoni Ewropea — lista

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34491 u jgħid kemm kienu n-nies li kwalifikaw għall-ikel tal-Unjoni Ewropea sena b'sena mill-2005 sal-lum? Jista' jagħti l-lista, lokalità b'lokalità?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.

ARMS Ltd — qtugħ ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34478 u jikkonferma jekk l-Ministeru ħariġx struzzjonijiet biex konsumaturi li jkunu ilhom ma jħallsu l-kont jinqatalhom is-servizz avolja jkunu għadhom ma rċevewx kont? Jista' jikkonferma jekk is-sistema tas-Software ARMS għandhiex kapaċità li tinforma lis-sezzjoni li jaqtgħu s-servizz li l-konsumatur ma jkunx ħallas għax ikun għadu ma rċieva l-ebda kont? Jaf li l-qtugħ tas-servizz ġara f'ażjendi li spiċċaw minghajr dawl meta kienu ilhom ma jirċievu kont għal numru ta' snin? X'qed jagħmel biex dawn l-iżbalji ma jibqgħux isiru?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li sospensjoni tas-servizz ta’ l-elettriku ssir wara li l-konsumatur ikun ġie mgħarraf permezz ta’ notifika ta’ sospensjoni. Fil-każijiet fejn tkun saret sospensjoni u l-konsumaturi rispettivi ma jkunux ircevew kont attwali riċenti, tali sospensjoni tkun saritilhom fuq dejn antik li jkollhom fuq kontijiet preċedenti. Il-konsumatur jingħata perjodu ta’ żmien bejn in-notifika u meta eventwalment issir is-sospensjoni, bil-għan li l-istess konsumatur jirregola ruħu permezz ta’ pagament jew inkella permezz ta’ arranġamenti għall-ħlas. Meta l-konsumatur jagħmel dan, ikun qed jgħin biex jevita l-inkonvenjent ta’ sospensjoni tas-servizz. Id-dipartiment tad-Debt Management, permezz tas-Sistema SAP, japplika kontrolli u metodi ta’ verifika, sabiex jiġi assigurat li meta tintbagħat notifika u eventwalment issir sospensjoni tas-servizz, dawn ikunu ġustifikati. Qabel ma ssir sospensjoni ta’ servizz, il-kontijiet rispettivi jiġu verifikati u riveduti sabiex jiġi aċċertat li mhemmx xi diskussjonijiet ta’ tilwim għaddejjin, xi arranġamenti għall-ħlas bin-nifs, jew xi raġunijiet oħra skedati fuq il-kont, u li allura permezz tagħhom ma jkolliex għalfejn issir is-sospensjoni tas-servizz. L-ordni ta’ sospensjoni tiġi riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni neċessarja.

Maltin li jaħdmu l-Libja — Taxxa tad-Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li l-Maltin li jaħdmu l-Libja ma kenux iħallsu t-Taxxa tad-Dħul Malta, minn meta dawn l-istess ħaddiema bdew ikollhom iħallsu t-Taxxa tad-Dħul f'Malta? B'liema strument ġiet introdotta din it-Taxxa tad-Dħul ġdida għal dawn il-ħaddiema? Kemm hija r-rata tat-Taxxa tad-Dħul li biha qed ikollhom iħallsu dawn il-ħaddiema? Kemm daħħal s'issa u kemm qed jikkalkula li se jibda jdaħħal il-gvern minn din it-taxxa ġdida fuq dawn il-ħaddiema, fis-sena finanzjarja li fiha ġiet introdotta, f'dik kurrenti u fis-sentejn li ġejjin? Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li diġà ntlaqtu minn din il-miżura u kemm qed jikkakkula li se jintlaqtu fis-sena kurrenti u fis-sentejn li ġejjin? Din il-miżura kif affettwat kuntratti li kienu diġà in vigore, kemm dawk ta' xogħol bejn ħaddiema Maltin u l-employers tagħhom u bejn kuntratturi u ażjendi/Gvern Libjan? Din l-istess miżura kif se taffettwa l-kompetittività ta' kuntratturi Maltin li jridu jikkompetu ma' dawk barranin għal xogħol fil-Libja? X'kienet ir-raguni tal-gvern li ddeċieda li jintroduci din il-miżura?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

ħruq tal-mercaptan — kuntrattur

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34318, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din it-talba tal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-offerta tal-kuntrattur li ngħata l-kuntratt? Il-kuntrattur ta' dan is-servizz li kien offra, x'servizz fil-fatt ta? Kemm spiċċat ħallset il-Korporazzjoni Enemalta għal dan is-servizz?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #35438 Sitting 491 2012-06-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — ħaddiema b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru, dipartimenti, u dekasteri li jaqgħu taħt l-Ministeru tagħha? Kemm huwa dan bħala persentaġġ tal-ħaddiema in ġenerali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35439 Sitting 491 2012-06-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — tnaqqis baġitarju

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mit-tnaqqis baġitarju tal-€40 miljun tnaqqsu s'issa mill-Uffiċċju tal-Prim ministru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtu xahar b'xahar sa Mejju 2012?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Budget tal-Gvern jinħadem fuq bażi ta’ sena. Għalhekk nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tiegħi f’mistoqsija parlamentari numru 32971.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — tnaqqis baġitarju

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mit-tnaqqis baġitarju tal-€40 miljun tnaqqsu s'issa mill-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtu xahar b'xahar sa Mejju 2012?

Response (BORG, TONIO)

Il-Budget tal-Gvern jinħadem fuq bażi ta' sena. Għalhekk nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32231.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — tnaqqis baġitarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mit-tnaqqis baġitarju tal-€40 miljun tnaqqsu s'issa mill-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtu xahar b'xahar sa Mejju 2012?

Response (FENECH, TONIO)

Il-Budget tal-Gvern jinħadem fuq bażi ta’ sena. Għalhekk nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta tiegħi f’Mistoqsija Parlamentari Nru. 33202.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — tnaqqis baġitarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mit-tnaqqis baġitarju tal-€40 miljun tnaqqsu s'issa mill-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtu xahar b'xahar sa Mejju 2012?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-budget tal-gvern jinħadem fuq bażi ta' sena. Għalhekk nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 32627.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — tnaqqis baġitarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mit-tnaqqis baġitarju tal-€40 miljun tnaqqsu s'issa mill-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtu xahar b'xahar sa Mejju 2012?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Budget tal-Gvern jinħadem fuq bażi ta’ sena. Għalhekk nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta tiegħi f’Mistoqsija Parlamentari Numru 32973

l-isptar il-ġdid tal-onkologija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa programmat li jitlesta l-isptar il-ġdid tal-onkologija? Kemm se jkun jesa' pazjenti u jekk humiex se jiżdiedu s-servizzi eżistenti li qed jingħataw ġewwa l-Isptar Boffa? Jekk iva, liema servizzi se jiżdiedu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ċ-Ċentru tal-Onkoloġija ġewwa l-Isptar Mater Dei huwa programmat li jkun lest sal-aħħar tas-sena d-dieħla jiġifieri sal-aħħar tal-2013. Is-servizzi ġewwa ċ-ċentru l-ġdid ser jiżdiedu. L-ewwelnett ser ikun hemm 96 sodda (maqsumin f’74 sodda inpatient u 22 sodda daycare) – żieda ta’ 47 sodda inpatient fuq l-Isptar Sir Paul Boffa. Iċ-ċentru l-ġdid ser ikum mgħammar bi 3 Linear Accelerators ġodda. Infakkar li il-Linear Accelerator il-ġdid li ġie nstallat ġewwa l-Isptar Sir Paul Boffa ser jittieħed fiċ-Ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija. Ser ikun hemm sala tal-Haematology, sala għall-kura tat-tfal u addoloxxenti, u sala speċjalizzata għall-kura paljattiva – servizz li diġa’ beda jopera ġewwa l-Isptar Sir Paul Boffa.

Sptar Boffa — pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta jitlesta l-isptar il-ġdid tal-onkologija kif se jintuża l-bini eżistenti li hemm il-Furjana (l-Isptar Boffa) peress li dan illum qed jagħmel ix-xogħol ta' trattament ta' pazjenti bil-kanċer?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fil-preżent għad ma hemmx pjanijiet ta’ kif se jintuża l-Isptar Sir Paul Boffa wara li jkun lest l-isptar il-gdid tal-onkoloġija.