Legislature:
Category:
Reset
Active:

ticket booths fl-area tal-Viset

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-booths li minnhom ibiegħu tickets għall-buses li jinsabu fl-area tal-Viset fejn jorbtu l-cruiseliners għandhomx il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet ikkonċernati fosthom tad-Dipartimentt tat-Trade?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35667.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'kull segretarjat tal-Ministeru tiegħu li mhumiex civil servants? Xi grad għandhom? X'inhu xogħolhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor.Interpellant jispeċifika għal liema Segretarjat/i fi ħdan il-Ministeru qed jirreferi.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'kull segretarjat tal-Ministeru tiegħu li mhumiex civil servants? Xi grad għandhom? X'inhu xogħolhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat hekk: Fl-uffiċċju tas-Segretarjat tal-Ministru hemm tmienja min-nies li m’humiex uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Dawn jokkupaw il-gradi ta’ Communications Coordinator, Policy Coordinator, Messaġġier, Member of Secretariat Pool, u Xufier. Fl-ufficcju tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari hemm tmienja min-nies li mhumiex tas-Servizz Pubbliku. Dawn jokkupaw il-gradi ta’ Kap tas-Segretarjat, Segretarju Privat, Secretariat Officer, Member of Secretariat Pool, u Xufier/Security Officer. Dawn kollha jagħmlu dmirijiet marbuta mal-gradi tagħhom.
Leg 11 PQ #35580 Sitting 492 2012-06-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tal-Intern

Ministeru tal-Intern — ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'kull segretarjat tal-Ministeru tiegħu li mhumiex civil servants? Xi grad għandhom? X'inhu xogħolhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. F’kull każ, il-persuna ndikata tagħmel ix-xogħol abbinat mal-pożizzjoni li qed tokkupa.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'kull segretarjat tal-Ministeru tiegħu li mhumiex civil servants? Xi grad għandhom? X'inhu xogħolhom?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor. Nterpellant illi fis-Segretarjat tiegħi hemm 5 ħaddiema li m’humiex civil servants. Dawn impjegati kif ġej: 1 – Assistant Private Secretary 1 – Communications Co-ordinator 1 – Policy Co-ordinator (Turizmu) 1 – Secretariat Officer 1 - Driver

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'kull segretarjat tal-Ministeru tiegħu li mhumiex civil servants? Xi grad għandhom? X'inhu xogħolhom?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'kull segretarjat tal-Ministeru tiegħu li mhumiex civil servants? Xi grad għandhom? X'inhu xogħolhom?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-Segretarjat tiegħi hawn 6 persuni li mhumiex taċ-Ċivil fil-gradi ta’ Kap tas-Segratarjat, 2 Uffiċjali tas-Segretarjat, Charwoman kif ukoll 2 xufiera.

Transport Malta — bagi u pontoons għall-cruiseliners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il notifika rċeviet Transport Malta biex cruiseliners jorbtu mal-bagi jew mal-pontoons f’Għawdex? Meta rċeviethom? Fejn se jorbtu u meta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bejn l-aħħar tas-sena l-oħra u l-bidu ta’ din is-sena Transport Malta rċeviet 16-il notifika biex cruise liners jankraw viċin Għawdex, prinċiparjament barra l-port tal-Imġarr. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji.

Esportazzjoni ta' affarijiet ta' merċa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34942 u 35206 u jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta' affarijiet ta' merċa (goods) xahar b'xahar fl-2011 u sal-aħħar ta' April 2012 maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Industrial Park — applikazzjoni għall-Micro-Enterprise Park fix-Xewkija

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 35205, jista’ l-Ministru jgħid meta mistenni li l-Malta Industrial Parks tissottometti lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar l-applikazzjoni għal Micro-enterprise Park fix-Xewkija?. Jista’ jgħid fejn jinsab is-sit propost għal dan il-Park? Jista’ jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra site plan tal-sit?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi bħalissa l-MEPA qeda tiddiskuti l-proposti tal-Malta Industrial Parks u għalhekk l-iScreening Process relatat mal-SME Park in kwistjoni ġie estiż sal-1 ta’ Settembru 2012. Is-sit huwa magħruf bħala Tal-Barmil u jinsab fi Triq il-Madonna tar-Rummiena, fix-Xewkija. Kopja tal-pjanta tas-sit qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Investiment Barrani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment barrani f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar tal-2010 u tal-2011? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont il-pajjiż minn fejn ġie l-investiment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Servizzi tal-Arju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi tal-ajru qed joperaw fil-preżent bejn Malta u Għawdex fuq servizz skedat? Meta bdew joperaw? Jista’ jgħid fejn qed jatterrraw f’Għawdex? Jista’ jgħid jekk hux mistenni li jkun hemm xi servizz ġdid fix-xhur li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ebda servizz tal-ajru m’hu qed jopera fil-preżent bejn Malta u Għawdex fuq servizz skedat. Peress illi ma nistax nipprevedi il-futur, ma nistax nirrispondi għall-aħħar parti tad-domanda.

Feasibility Study tal-ferry service bejn Għawdex u Sqallija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa mill-Gvern fuq ir-rapport Cavalgo dwar “feasibility study for the development of ferry services between Gozo and Sicily and the formulation of a strategic Plan for Mġarr” li sar fl-2007? Jista’ jgħid jekk il-Gvern jaqbilx mar-rakkmandazzjonijiet li saru fir-rapport? Jekk fl-affermattiv x’għamel s’issa fuqha? Meta mistennija jibdew jitwettqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-rapport li sar fl-2007 ikkunsidra servizz ta’ ferry bejn Għawdex u Sqallija u t-tkabbir tal-port tal-Imġarr. Il-possibilta ta konnessjoni. bil-baħar bejn Għawdex u Sqallija hi xi ħaġa li l-gvern jinkoraġixxi iżda ovvjament trid tkun ekonomikament vijabbli għal min jidħol għaliha mis-settur privat. Dwar it-tkabbir tal-Port tal-Imġarr, il-gvern jidhirlu li hu aktar bżonnjuz li ninvestu f’mina.

Enemalta — chief internal audit officer

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-aħħar li dehret fil-gazzetta call for application għall-chief internal audit officer mal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jgħid għalfejn qatt ma ġie impjegat chief officer f'din il-kariga, meta f'perjodu minnhom fil-korporazzjoni kien hemm saħansitra seba' chief officers oħra u ħadd fil-kariga ta' chief officer internal audit? Jista' jgħid jekk hemmx pjan li dan il-post jibqa' battal?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Enemalta — kwestjoni dwar min kien imexxi l-canteen

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata ta' kemm dam fil-canteen tal-Korporazzjoni Enemalta jiġi operat mill-kuntrattur li ismu qed jintbagħat separatament? Jista' jgħid kemm-il darba f'dawn is-snin inħareġ tender pubbliku fejn kulħadd seta' jittenderja u f'liema dati? Jista' l-Ministru li huwa wkoll responsabli mid-Dipartiment tal-VAT jgħid jekk dan il-kuntrattur kellux cash registers irreġistrati fuq dawn il-canteens u kemm inħarġu rċevuti u kemm tħallset VAT minn dan il-kuntrattur li kien jopera l-canteens kemm fil-Marsa u kemm f'Delimara? Jista' jikkonferma li l-operat tal-canteens taqa' taħt ir-responsabbiltà taċ-chief human resources tal-korporazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #35658 Sitting 492 2012-06-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

TVM — Rights għall-logħob tal-Euro Cup 2012

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew jiswew ir-rights li xtrat TVM għal-logħob tal-football Euro 2012?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Staff klerikali li għandhom degree mill-Università

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35190 u jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant tkun iktar speċifika u tgħid x'qed tifhem eżatt meta tgħid "staff klerikali".

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Staff klerikali li għandhom degree mill-Università

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35191 u jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Kummenti tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali — figuri tal-NSO

Question

B'referenza għall-kummenti tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali dwar il-figuri tal-NSO, jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi jżid ma' dan li ġej: a) li skont hu, hemm statistical fuzziness fil-figuri ppublikati; b) li skont hu, "the situation could be different from what appears at first sight"; u ċ) li fil-fehma tiegħu, għandha tingħata spjegazzjoni dettaljata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #35727 Sitting 492 2012-06-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Operaturi tal-bejgħ ta' ikel u xorb — permessi

Question

B'referenza ghar-risposta ta' 35391, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dawk kollha li kellhom permessi biex jarmaw f'okkazjoni ndikata mxewx mal-kundizzjonijiet li kellhom imposti fuqhom? Billi wara l-attività kien hemm ħafna attività fuq il-media, jista' jagħti tagħrif dwar jekk ittieħdux passi kontra xi wieħed, jew aktar minn dawk li kellhom il-permessi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li dawk kollha li applikaw u armaw, imxew mal-kundizzjonijiet imposti u għaldaqstant ma kienx hemm ħtieġa li jittieħdu passi fil-konfront tagħhom.