Legislature:
Category:
Reset
Active:

National Accounts — breakdown - diskrepanza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38001 u cioè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 37327, jista’ l-Ministru jispjega kif iċ-ċifri mogħtija lilu juru li fit-tieni kwart tas-sena 2012 in-nefqa kapitali tal-gvern kienet ta’ €49m, filwaqt li ċ-ċifri tal-finanzi pubbliċi ppubblikati ġimgħa ilu mill-NSO qed juru nefqa kapitali ta €9m biss, li jfisser diskrepanza ta' €40m? Din id-diskrepanza ta’ €40m fi n-nefqa kapitali hija dovuta għall-inkluzjoni tad-dħul tal-konċessjoni tal-lottu lill-Maltco, li qed titnaqqas min-nefqa kapitali tal-gvern fit-tieni kwart tal-2012? Jekk din mhiex ir-raġuni ta' din id-diskrepanza jista' l-Ministru jagħti spjega ċara?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — informazzjoni dwar l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29116 u jagħti rendikont ta' kemm daħlu impjegati fid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'liema rwoli u b'liema salarji mill-2004 sal-lum? Jista' jgħid jekk humiex Maltin jew barranin? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin? Għall-istess perjodu, jista' jgħid kemm irtiraw, irriżenjaw u tkeċċew nies mill-istess dipartimenti u entitajiet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — lista ta' tenders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31102 u 30889 u jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Apparat ta' Video Telemetry għal nies li jbatu bl-epilepsija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32528 u jikkonferma li hemm apparat ġdid tal-video telemetry għal nies li jbatu bl-epilepsija li ilu snin li nxtara imma qatt ma ntuża? Kemm ġie jiswa dan l-apparat?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-apparat għall-Video EEG Long Term Monitoring jinsab fin-Neuromedical Ward fl-isptar Mater Dei. Dan huwa servizz ġdid u speċjalizzat fil-qasam ta' l-Epilessija, u ilu li nbeda l-użu ta' dan l-apparat minn Mejju 2012. Il-kuntratt biex jinxtara l-apparat tal-Long Term EEG sewa €131,926.42 (li jinkludi 18% VAT ). Dawn għandhom jitħallsu fuq perjodu ta’ seba’ (7) snin. L-ispiża tkopri ukoll maintenance agreement għal seba’ (7) snin.
Leg 11 PQ #38431 Sitting 530 2012-11-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ħal Kirkop — skola sekondarja ġdida tal-bniet

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-iskola sekondarja ġdida tal-bniet ġewwa Ħal Kirkop u fuq il-faċilitajiet sportivi biswit l-iskola sekondarja ta' Santa Venera? Tista' tgħid xi spiża saret fuq dawn iż-żewġ proġett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-iskola sekondarja ġdida tal-bniet ġewwa Ħal Kirkop, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada ssottomettiet applikazzjoni l-MEPA u din għadha qegħda tiġi evalwata. S’issa l-ispiza fuq dan il-proġett hija ta’ €124,275 li jinkludu l-MEPA fees kif ukoll Environmental Impact Statement . Dwar il-proġett tal-faċilitajiet sportivi biswit l-iskola sekondarja ta’ Santa Venera, l- Letter of Acceptance inħarġet u qed nistennew biex toħroġ l- order to start works . S’issa l-ispiża fuq dan il-proġett hija ta’ €4542.24 li huma MEPA fees .
Leg 11 PQ #38432 Sitting 530 2012-11-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Fond għas-sostenibbilità tal-iskejjel privati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew utilizzati flus fl-2012 mill-fond għas-sostenibbilità tal-iskejjel privati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żieda fl-ammont massimu ta' tnaqqis f'taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ġenituri tat-tfal li jattendu l-iskejjel pivati li fl-2012 gawdew miż-żieda fl-ammont massimu ta' tnaqqis f'taxxa fuq il-miżati u kemm kien l-ammont iffrankat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #38434 Sitting 530 2012-11-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Fakultà ta' ICT u Health Biotechnology

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-fakultà ġdida tal-ICT, u faċilitajiet ta' Health Biotechnology? Tista' tgħid xi spiża saret fuq dawn iż-żewġ proġetti

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-proġett tal-Fakultà l-ġdida tal-ICT wasal fi stat avvanzat. Ix-xogħlijiet ta’ finishes, servizzi u installazzjonijiet ta' elettriku u xogħlijiet mekkaniċi għaddejjin b’ritmu mgħaġġel. L-ispiża s’issa fuq dan il-proġett laħqet is-somma ta’ 12.8 miljun ewro. Dwar il-proġett tal- Health Biotechnology , il-binja tinsab lesta ġebel u saqaf, u bħalissa qegħdin isiru x-xogħlijiet ta‘ tikħil u tibjid fuq il-faċċati kif ukoll installazzjoni tal-aperturi. L-offerti għat-tenders għax-xogħlijiet ta’ internal finishes kif ukoll servizzi ta' elettriku u xogħlijiet mekkaniċi qegħdin jiġu evalwati. L-ispiża s’issa fuq dan il-proġett laħqet is-somma ta’ 1.3 miljun ewro.
Leg 11 PQ #38435 Sitting 530 2012-11-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Għajnuna finanzjarja għal każini u baned

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar fuq l-iskema ta' għajnuna finanzjarja għal każini u baned biex tgħinhom fit-taħriġ u tagħlim mużikali taż-żgħażagħ u x'kien l-investiment li sar fuq din l-iskema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħala parti mill-Empowerment Programme fuq livell lokali Agenzija Żgħazagħ ħolqot proġett bl-isem ta’ ‘It-Taħriġ mużikali taż-żgħażagħ fil-Każini tal-Banda’. L-għan wara dan il-proġett kien illi l-Aġenzija tħeġġeġ aktar żgħażagħ jibbenefikaw mit-tagħlim tal-muzika li jingħata f’bosta lokalitajiet permezz tal-każini tal-banda f’għadd ta’ bliet u rħula kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Dan il-proġett kien jinvolvi għajnuna finanzjarja lill-każini tal-banda wara li dawn joħorġu b’inizjattivi li bihom jew iħeġġu aktar żgħażagħ jersqu lejn il-każini għat-tagħlim tal-mużika u/jew li l-każini jtejbu il-faċilitajiet ta’ tagħlim tal-mużika fi ħdan il-każin. Il-każini kienu mitluba jipproponu inizjattivi taħt waħda minn dawn iż-żewġ skemi: Skema A għal dawk l-inizjattivi li jiswew sa € 2,000.00, f’din l-iskema Aġenzija Żgħażagħ iffinanzjat 90% tas-somma jiġifieri sa massimu € 1,800.00, bil-parti l-oħra tiġi ffinanzjata mill-każin li jkun ibbenefika mill-proġett. Skema B għal dawk l-inizjattivi li jiswew sa € 4,000.00, f’din l-iskema Aġenzija Żgħażagħ iffinanzjat 80% tas-somma jiġifieri sa massimu ta €3,200.00, bil-parti l-oħra tiġi ffinanzjata mill-każin li jkun ibbenefika mill-proġett. Sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet total ta’ 36 każin tal-banda bagħtu l-proposti tagħhom. Minn dawn, 28 każin tal-banda ġew magħżula minn Bord tal-Għażla indipendenti maħtur minn Aġenzija Żgħażagħ sabiex jingħataw il-fondi. Il-baġit totali ta’ dan il-proġett kien dak ta’ € 75,000.00. Minn dawn € 68,978.89 marru bħala fondi għal iffinanzjar ta’ inizjattivi tat-28 proposta magħżula. Il-bqija tal-fond ġie utilizzat sabiex jitħaddem u jiġi kkordinat il-proġett fosthom sessjonijiet ta’ taħriġ lill-Każini tal-Banda dwar kif għandhom jimlew l-applikazzjonijiet tal-inizjattivi.

Għajnuna finanzjarja għall-każini tal-baned

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar fuq l-iskema ta' għajnuna finanzjarja għall-każini tal-baned biex tgħinhom fit-taħriġ u t-tagħlim mużikali taż-żgħażagħ u x'kien l-investiment li sar fuq din l-iskema?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #38453 Sitting 530 2012-11-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

talba għal homehelp

Question

Peress li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ġiet allokata sagħtejn fil-ġimgħa bħala għajnuna fid-dar u dan kien fl-20 ta' Ġunju 2012 u peress li sal-lum din l-għajnuna għadha ma ngħatatx, tista' l-Ministru tara li d-deċiżjoni tal-bord tal-ghajnuna fid-dar tiġi onorata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-persuna anzjana li għaliha saret referenza fil-mistoqsija, ġiet offruta Social Assistant madwar 4 ġimgħat ilu, li hija stess irrifjutat. Ninsab infurmata wkoll li proprju din il-ġimgħa ġiet avviċinata sabiex tingħata Social Assistant oħra li hi aċċettat u għalhekk is-servizz ser jibda jingħata fl-aħħar ta' din il-ġimgħa.
Leg 11 PQ #38465 Sitting 530 2012-11-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

tibdil fis-sillabu tas-SEC

Question

Tikkonferma l-Ministru li matul din is-sena skolastika l-istudenti jew xi studenti kellhom jixtri xi kotba huma fosthom tal-Malti u l-Ingliż minħabba li nbidel is-sillabu fil-livell tas-SEC? X’kienet ir-raġuni għal dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-prassi, mill-inqas għal dawn l-aħħar għaxar snin, hija li l-istudenti tal-Form 5 jakkwistaw huma l-kotba tal-litteratura tal-Malti u l-Ingliż. Dan isir kemm minħabba l-bidla fit-testi li sseħħ skont il-bidla fis-sillabi, l-aktar fil-każ tal-Ingliż, imma l-iktar minħabba li l-istudenti jkollhom bżonn jippersonalizzaw il-kotba tagħhom bin-noti personali marbuta mat-test. L-iskejjel huma dejjem attenti li f’każijiet ġenwini l-famlji jkunu mgħejjuna biex l-istudenti jkollhom il-kotba skolastiċi li jkollhom bżonn.

problemi fis-sistema tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn jista' jirrikorri l-pubbliku meta jkun hemm każ ta’ problema fis-sistema tad-drenaġġ li tista' tkun kkawżata lil terzi mill-ġirien li jgħixu fuq jew inkella fil-madwar ta’ xi post ta’ persuna oħra fejn ikun qed jirriżulta li qed ikun hemm problem fl-istess sistema tad-drenaġġ possibilment anke minħabba li servizzi ta’ drenaġġ ma jkunux saru kif suppost? X’rimedji jistgħu jsiru f’każijiet bħal dawn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #38475 Sitting 530 2012-11-28 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli lokali — events coordinator

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali għandhom persuni impjegati jew kuntrattati biex jagħmluha ta' events coordinators?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ Memo 47/2012 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #38476 Sitting 530 2012-11-28 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

tfal li daħlu fil-kindergarden classes

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien hemm tfal li daħlu fil-kindergarden classes fl-iskejjel tal-gvern fit-12-il distrett elettorali (lokal lokal) fil-bidu tas-sena skolastika kif ukoll maltul is-sena skolastika li għaddiet u fil-bidu tas-sena skolastika li qegħdin fiha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Spezzjonijiet fi ħwienet tal-laħam minħabba livel ta' sanità

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 37868, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk waqt tali spjegazzjonijiet isirux verifiki ukoll dwar jekk id-deskrizzjoni mogħtija tkunx korretta jew le, ukoll dwar jekk dak il-laħam inkunx prodott lokalment, inkella introdott fis-suq lokali kemm mill-Unjoni Ewropea kif ukoll minn pajjiżi terzi?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li waqt l-ispezzjonijiet kif indikati fir-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37868, kemm id-deskrizzjoni fuq it-tikketta tal-prodott jew tal-maħfen tiġi verifikata kif ukoll il-pajjiż tal-oriġini tal-laħam li tista` tiġi verifikata minn numru tal-istabbiliment ta’ fejn saret il-qatla.

Għawdex — karkassi ta' annimali maqtula

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar jew x'se jsir mill-karkassi tal-nagħaġ u mogħoż li nqatlu mis-Servizzi Veterinarji ġewwa razzett ġewwa Għawdex tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38240.

valur ta' annimali li nqatlu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'valur fis-suq kellhom il-mogħoż u n-nagħaġ li inqatlu mis-Servizzi Veterinarji ġewwa r-razzett tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament dan l-aħħar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38240.

spejjeż biex jinqatlu annimali

Question

Jista' l-Ministru jagħti break down tal-ispejjeż kollha li kienu involuti, kif ukoll il-valur tal-mogħoż maqtula, u pagi tal-pulizija li qed jagħmlu l-għassa eċċ. biex twetqet il-operazzjoni ħalli 212-il mogħża u nagħġa fir-razzett tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament jiġu maqtula?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38240.

merħliet ta' nagħaġ u mogħoż

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-popolazzjoni tal-merħliet ta' nagħaġ u mogħoż fil-gżejjer Maltin u Għawdxin? Jista' jgħid kemm-il kilo ta' ġbejniet jiġi produċut f'Malta u Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 36007 u 36517, ninfurmah li skont ir-reġistru l-popolazzjoni f’Malta u Għawdex ta’ nagħaġ u mogħoż tlaħħaq 16,602 ras. Kuljum dan ir-reġistru jiġu reġistrati annimali ġodda u jinqatgħu dawk li jinqatlu jew imutu.