Legislature:
Category:
Reset
Active:

Koperattivi Malta — investigazzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35491, jista' l-Ministru jindika x'inhuma l-punti li wasslu għall-investigazzjoni li tinsab għaddejja bħalissa dwar Koperattivi Malta li l-operat tagħha huwa finanzjat mill-fond ċentrali tal-koperattivi?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi l-investigazzjoni qed issir fuq talba mill-Kumitat tal-Fond Ċentrali tal-Koperattivi wara allegazzjonijiet ta’ skorrettezza fl-amministrazzjoni ta’ Koperattivi Malta.
Leg 11 PQ #35859 Sitting 493 2012-06-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — re-employment u reinstatement

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm tibdil fil-policies tar-re-employment u reinstatement fis-Servizz Pubbliku mil-2008 'l hawn? Kemm-il talba għal re-employment u reinstatement saret mill-2008 sal-lum? Kemm-il talba ġiet milqugħa u kemm ġew rifjutati? Kemm-il talba hemm pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-tibdil fil-policies tar-re-employment u re-instatement fis-Servizz Pubbliku, mill-2008 ‘l hawn, jinkludi kunsiderazzjoni xierqa, bi dritt ta’ appell lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, ta’ applikazzjonijiet kif ġej:- · Minn ex-uffiċjali pubbliċi li jkunu skontaw sentenza ta’ ħabs ta’ mhux aktar minn tliet snin jew li jkunu tkeċċew mis-Servizz minħabba każijiet relatati mad-drogi jekk ikunu qagħdu għall- programm ta’ Riabilitazzjoni; · Minn ex-membri tal-forzi tal-ordni li jistgħu jiġu ngaġġati fi gradi oħra; u · Minn ex-uffiċjali pubbliċi li qegħdin mhux anqas minn sentejn qabel l-irtirar statutorju mis-Servizz. Kunsiderazzjonijiet oħra ewlenin huma: - · Ir- re-employment/re-instatement ta’ ex-uffiċjali fi gradi ta’ Infermiera jiġu kkunsidrati, fl-interess pubbliku, skont il-Ftehim milħuq mal-Union rispettiva fil-25 t’Ottubru 2007; · F’każijiet ta’ tkeċċija, applikazzjonijiet jiġu kunsidrati mhux qabel sitt xhur, iżda mhux aktar tard minn sentejn, mid-data ta’ tkeċċija jew ħruġ mill-ħabs, liema l-każ l-aħħar; u · Ir- re-employment/re-instatement isir wara assessjar minn Bord kompetenti sabiex jiġi żgurat li l-ex-uffiċjali pubbliċi għad għandhom il-kapaċitajiet meħtieġa fit-twettiq tad-dmirijiet tal- grad li fih ikunu qed jitolbu li jiġu ri-ingaġġati. Aktar dettalji tat-tibdil li seħħ fir- re-employment u re-instatement policies huwa aċċessibli mill-verżjoni on-line tal- Public Service Management Code (sezzjoni 1.6.3 sa 1.6.5.) li tinsab www.mpo.gov.mt/managementcode.html Rigward l-istatistika mitluba, ninsab infurmat li, mil-2008 sal-lum, kien hemm: 88 talba għal re-employment li minnhom intlaqgħu 53, ma ntlaqgħux 12, u baqa’ 23 li għadhom qed jiġu kkunsidrati; fil waqt li għar re-instatement kien hemm 30 talba li minnhom intlaqgħu 18, ma ntlaqgħux 3, u 9 għadhom qed jiġu kkunsidrati.
Leg 11 PQ #35860 Sitting 493 2012-06-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

Korrispondenza bejn il-PPCD u l-Kunsilli lokali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35690, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra speċifikament kull korrispondenza li kien hemm mill-1 ta' Frar 2010 sat-30 ta' Ġunju 2010 bejn il-PPCD u l-kunsilli lokali msemmija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35361.

Sptar Mater Dei — kwestjoni dwar parkeġġ

Question

Peress li persuni Għawdxin li jmorru l-Isptar Mater Dei għall-appuntamenti qed jilmentaw għaliex mhux jitħallew jużaw il-parkeġġ tal-outpatients minkejja li jkun hemm l-ispazju għax qed jiġu nfurmati li dawk il-parking slots huma bbukjati peress li meta provaw jibbukkjaw qalulhom li ma jistgħux isiru bookings, jista' l-Ministru jgħid allura l-pożizzjoni x'inhi biex ikunu jistgħu jużaw dan il-parkeġġ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Parkeġġ tal-Out Patient Department huwa għall-użu ta’ tliet kategoriji ta’ pazjenti: 1. Hemm 20 Parking Bay għal pazjenti li jagħmlu użu frequenti mill-Isptar għal-trattament. 2. 9 Parking Bays għal pazjenti tar- Renal Unit . 3. 27 Parking Bays għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Il-parkeġġi hawn fuq imsemmija huma kollha għall-użu tal-poplu Malti, Għawdxi kif ukoll viżitaturi barranin. Peress illi dan il-parkeġġ jiflaħ ammont limitat ta’ vetturi, jitmexxa bis-sistema ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Il-parkeġġ ta’ użu frequenti jitħaddem bis-sistema ta’ permessi li jiġu bbukkjati fil- Pay Station bejn is-06:00 a.m. u 12:00 p.m.. Dawn il-permessi joħorgu jew għal tlett ijiem jew għal xahar bi ħlas. Meta dawn ikunu meħudin kollha ma jkunx hemm aktar spazju għal permessi. Fil-każ illi dan il-parkeġġ ikun mimli, dejjem hemm il-parkeġġ tal-viżitaturi li qiegħed ftit metri l-bogħod mill- Out Patient Department u servut bil-kumditajiet kollha nkluż faċilitajiet għal persuni bi bżonnijiet speċjali.

ilment dwar il-kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-għaliex l-ilment tal-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament mal-ARMS Ltd dwar il-meter tad-dawl li n-numru tiegħu fuq il-kont ma jaqbilx mal-meter li hemm imwaħħal fid-dar tiegħu sal-lum għadu ħadd ma mar jiċċekja dwaru minkejja li dan l-anzjan ilu jmur l-uffiċċju ta' l-ARMS Ltd għal dawn l-aħħar xhur?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.

Skejjel f'Għawdex — learning Zones

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema skejjel f'Għawdex u Malta hemm learning zones u tgħid kemm tfal f'kull skola li jagħmlu użu minn dawn iż-żoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tal-Istandards fil-Ħarsien Soċjali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26702, jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Istandards fil-Ħarsien Soċjali għandux issa l-istandards meħtieġa u jekk sarux konsultazzjonijiet pubbliċi u mal-entitajiet oħra biex jibdew isiru spezzjonijiet regolari fid-Djar Residenzjali tal-Persuni b’Diżabilità u fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum bħalma jsiru fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn l-istandards qed jinħadmu. Malli jkunu lesti bħala draft jinbeda proċess ta' konsultazzjoni pubblika u mal-entitajiet li jipprovdu dan is-servizz. Sadanittant, l-Aġenzija Sapport fi hdan il-Fondazzjoni tal-Ħarsien tas-Servizzi Socjali tilqa' u tinvestiga kull ilment li jista' jkun hemm fl-għoti tas-servizzi lil persuni b'diżabiltà.
Leg 11 PQ #35869 Sitting 493 2012-06-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Intern

Persuni li daħlu l-Ħabs minħabba drogi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu priġunieri relatati ma’ droga fil-Facilità Korrettiva ta’ Kordin f’din il-leġislatura? Kemm minnhom huma traffikanti ta’ droga? Kemm minnhom irċevew il-programm ta’ riabilitazzjoni minħabba din il-problema serja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitlulba mill-Onorevoli Interpellant.

MEPA — Direttur għall-Ħarsien tal-Ambjent - rapport tal-awditur

Question

Jista l-Ministru jpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra r-rapport tal-awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-ħatra tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala direttur għall-Ħarsien tal-Ambjent fl-istess awtorità?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dettalji mitluba.
Leg 11 PQ #35891 Sitting 493 2012-06-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

cleaner li ma ħadux iż-żieda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għal-liema raġuni l-part-time cleaners mal-gvern huma l-uniċi ħaddiema li ma ħadux iż-żieda tal-għoli tal-ħajja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 35689.

Bormla u Wied il-Għajn — servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa u s-servizz tat-trasport pubbliku bejn Bormla u Wied il-Għajn jerġa' jkun kif kien sa ftit ilu, u cioè li mhux is-servizz bejn dawn il-lokalitajiet jieqaf fit-8.00 p.m.?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

CCTV cameras

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permess bil-liġi li residenzi privati jwaħħlu CCTV cameras iħarsu fuq residenzi tal-ġirien tagħhom?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli INterpellant illi skont artikolu 5(a) tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, l-Att ma japplikax “għall-ipproċessar ta’ data personali meta dak l-ipproċessar jitwettaq minn persuna naturali fil-kors ta’ attivita` purament personali”. Fil-kuntest ta’ CCTV cameras, fejn dawn jitwaħħlu minn persuni fuq residenzi privati u r-rekordjar tal-immaġini tramite l-istess apparat jintuża biss għal skop purament personali, l-Att ma japplikax. Il-provvedimenti tal-Att japplikaw fejn l-irrekordjar ta’ immaġini permezz ta’ dawn il-cameras imur oltre minn dak purament personali bħal, per eżempju, f’każi fejn l-immaġini jiġu live-streamed fuq l-internet jew inkella ppubblikati fuq xi mezz ta’ komunikazzjoni. Madankollu dan l-Uffiċċju dejjem jirrakomanda illi fejn persuni jwaħħlu CCTV cameras fuq r-residenzi privati, huma għandhom jiżguraw illi jillimitataw ir-rekordjar mill-apparat sal-perimitru tal-propjeta` tagħhom, mingħajr ma jaqbdu żoni pubbliċi jew propjetajiet biswit tagħhom. Tajjeb ukoll li jingħad illi fejn persuna tħoss li xi CCTV camera mwaħħla fuq residenza privata tkun qed toħolqilha fastidju, l-każ għandu jiġi rappurtat lill-Pulizija.

San Ġiljan u Tas-Sliema — rotta ċirkulari

Question

Jista' l-Ministru jara li l-karozza ċirkulari li konna drajna sa Lulju 2011 terġa' tibda għar-residenti kemm ta' San Ġiljan u Tas-Sliema? Għaldaqstant, jista' l-Ministru jinfurmani meta dan is-servizz se jerġa' jitħalla jibda? Min se jagħmel dan is-servizz u r-rotot ġew stabiliti mal-kunsilli rispettivi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Transport Malta — investigazzjoni fuq parking space il-Mosta

Question

Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta, jinvestiga jekk is-sinjali li jidhru fir-ritratt li qed jintbagħat separatament, fejn jidher li quddiem garaxx hemm żewġt postijiet ta' parkeġġ riservati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ma' tapprovax kaxxi sofor quddiem garaxxijiet fejn hemm vetturi bil-mutur minħabba li, skont il-liġi, ma' jistax isir ostaklu quddiem garaxx, u kaxxi sofor huma kaxxi ta' parkeġġ bħal kaxxi bojod. Infurmat ukoll li Transport Malta se tinforma b'dan lill-Kunsill Lokali u toħroġ enforcement notification.

Maintenance Technician Course — success rate tal-eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35714 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hi s-success rate tal-istudenti li qagħdu għall-eżamijiet tas-sena kurrenti 2011/2012 tal-Kors tal-Mcast li jismu Maintenance Technician Course (leading to part 66 cat b 1.1)?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta għad m’għandhiex statistika tal-eżamijiet tas-sena kurrenti 2011/2012 tal-kors tal-MCAST li jismu Aircraft Maintenance Technician Course leading to Part 66 Cat B1 and B2.

kiri ta' appartament

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ġiet mitluba tħallas €800 għall-kiri tal-appartmenti, meta kull ma jaqbdu fis-sena hu €678?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni in kwestjoni għas-sena 2012 kellhom dħul ta’ €9552 u mhux €678 kif intqal fil-mistoqsija. Il-Kera sussidjata għalhekk hija ta’ €700 fis-sena . L-inkwilini ġew informati b’dan nhar il-21 ta’ Ġunju 2012.
Leg 11 PQ #35905 Sitting 493 2012-06-25 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru tal-Intern

liċenzja tan-nar li għadha ma ħarġitx

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex ir-riżultati tal-eżami tal-Liċenzja B tan-Nar tal-Art/Ajru biex persuni jkunu jistgħu jitilgħu fil-kmamar tan-nar biex jaħdmu n-nar fl-assistenza ta' persuni kwalifikati b'liċenzja A għadhom ma ħarġux meta dawn suppost ilhom li ngħataw lil dawk li poġġew għall-istess eżami?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-karti tal-eżami imsemmi mill-Onorevoli Interpellant għadhom qed ikunu ipproċessati mid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni. Infurmat ukoll, madankollu, li ħafna minn dawk li applikaw huma fil-preżent diġà detenturi tal-Liċenzja D, u għalhekk diġà qegħdin f’pożizzjoni li jgħinu fil-kmamar tan-nar.

Kalaxlokk — ħaddiema li m'għandhomx nofs ta' nhari

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk l-ex ħaddiema tal-Kalaxlokk u li llum ġew assensjati u għandhom impjieg f'dipartiment tal-gvern ma jgawdux u mhumiex intitolati għall-istess drittijiet u benefiċċji bħall-ħaddiema tal-gvern oħra u fil-fatt ma jgawdux minn nofs ta' nhari fil-ġranet tas-sajf kif inhuma intitolati ħaddiema oħra fl-istess postijiet tax-xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħaddiema ta’ Kalaxlokk li ġew ingaġġati mal-Malta Industrial Parks, jaħdmu mis-06:00hrs sas-13:00hrs kif irregolat mil-ftehim kollettiv bejn il-General Workers’ Union u Kalaxlokk.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — allowances mħallsa lill-Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.