Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar spezzjonijiet tat-tankijiet għal ħażna tal-ilma kontra viri relatati mal-istess fl-istabbiliment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dpartiment ma jagħmel l-ebda spezzjonijiet għall-viri fl-ilma. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-mikrobu tal-leġjonella, ir-responsabbilita` sabiex jittieħdu kampjuni tal-ilma sabiex jiġu ttestjati għall-mikrobu tal-leġjonella huwa tal-operatur tal-istabbiliment skont kif stipulat fir-Regolamenti tal-2006 dwar il-Kontroll tal-Leġjonella (AL5/2006) - liema testijiet għandhom isiru darba kull sitt xhur.
L-aħħar verifiki li saru minn uffiċċjali fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali permezz ta’
Legionella audit
kien f’Diċembru tal-2010 fejn l-istabbiliment indikat ġie klassifikat b’riskju baxx u medju (
Low/Medium Risk
). Wara dan l-
audit
dan l-istabbiliment għalaq minħabba xogħolijiet ta’ rinnovazzjoni u ta’ estensjoni. Normalment
audits
f’stabbilimenti ta’ dan it-tip isiru darba fis-sena u peress li dan l-istabbiliment għadu kif reġa fetaħ hemm ippjanant
audit
għall-21 ta’ Ġunju, 2012.
Awtorità tax-Xogħol — permessi tax-xogħol għall persuni ta' nazzjonalità barranija
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuni kollha ta' nazzjonalità barranija fil-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament humiex koperti bil-permessi relattivi tal-Awtorità tax-Xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-aħħar ta’ Diċembru 2011 (skont l-aħħar informazzjoni ppublikata), in-numru ta’ persuni li jahdmu mas-Sea Bank Hotel huwa ta 265, li minnhom 90 huma ta’ nazzjonalita’ barranija li għandhom engagement form mal-ETC.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hiex eżentata milli toħroġ irċevuta fiskali lir-residenti, stante li jidher li din hija l-prassi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-lukanda msemmija hija awtorizzata li toħroġ irċevuti permezz ta’ sistema komputerizzata b’numru ta’ eżenzjoni maħruġ mid-Dipartiment tal-VAT minflok ricevuta fiskali minn cash register fiskali jew mill-kotba ufficcjali tad-Dipartiment tal-VAT.
Ċentri ta' Matul il-Jum — impjegati li ma baqgħux jaħdmu
Question
Jista' l-Ministru jindika kemm kienu dawk l-impjegati li ma baqgħux jaħdmu fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum minn 2004 sal-lum? X'kienu l-grades tagħhom? Kemm daħlu impjegati ġodda minflokhom biex jaħdmu f'dawn iċ-ċentri?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-ONorevoli Interpellant li l-Agenzija SAPPORT bdiet tassumi t-tmexxija taċ-Ċentri ta' Matul il-Jum mis-sena 2007 u ghaldaqstant m’ghandhiex dettalji ta’ dawk l-impjegati li ma baqghux jahdmu maċ-Ċentri qabel din is-sena. Fis-sena 2008 l-Agenzija SAPPORT bdiet tassumi r-responsabbilta’ amministrattiva tal-impjegati taghha ghaċ-Ċentri ta' Matul il-Jum u ghaldaqstant l-informazzjoni moghtija fit-tabella t’hawn taht tirrifletti mis-sena 2008 ‘il quddiem.
Impjegati li tterminaw
Grad
Impjegati godda
40
Care/Support Workers
51
1
Services Executive
1
4
Social Workers
9
2
Head
2 Leaders (titlu ġdid)
7
Professional Support Workers (PSW)
9
2
Occupational Therapists
2 Professional Support Workers
1
Kok
0
2
Administrative Support Worker
2
1
Customer Care Clerk
1
2
Nurses
2
1
Health Attendant
0
2
Assistant Heads
0
1
Senior Tradesman
0
3
General Hand
0
1
Labourer
0
2
Driver
1
TOTALS
72
80
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-kċina l-kbira li hemm fiċ-Ċentru tal-Matul il-Jum f'Wied il-Għajn? Kemm kien joħroġ ikel minn din il-kċina qabel l-2004? Kemm qed jiġu ppreparati snacks llum f'din il-kċina? Fiex jikkonsistu dawn is-snacks?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kcina l-kbira li hemm fic-Centru ta’ Matul il-Jum ta’ Wied il-Ghajn saret fis-sena 1998 u giet inawgurata fit-3 ta’ Lulju ta’ l-istess sena. L-Agenzija SAPPORT bdiet tassumi r-responsabbilta’ u t-tmexxija ta’ dawn ic-Centri mill-2007 u ghaldaqstant m’ghandha l-ebda dettalji ta’ kemm giet tiswa din il-kcina minhabba l-fatt li fl-1998 ic-Centri ma kienux mmexxija minnha.
Il-kcina l-kbira ta’ Wied il-Ghajn qabel kienet tintuza biex jigi preparat l-ikel kollu li jintuza mic-Centri ta’ Matul il-Jum madwar Malta izda llum il-gurnata fiha qed jigi preparat l-i
snack
ghall-klijenti ta’ Wied il-Ghajn biss. L-i
snack
tac-centri l-ohra qed jigi preparat fic-Centri rispettivi taghhom. Dawn is-
snacks
jikkonsistu f’ikel nutrittiv bhal laham, tigieg, hut, patata, ghagin, torti, haxix, insalata, ftajjar u panini.
Dawn l-i
snacks
gew imfassla wara konsultazzjoni ma’
nutritionist
kif ukoll ma’
speech language therapists.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm coaches tal-Gvern fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum qabel l-2004? Kemm hemm llum coaches biex ikunu jistgħu jintużaw regolarment mill-persuni b'diżabilità li jattendu fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qabel is-sena 2007, meta ċ-Ċentri bdew jiġu amministrati mill-Aġenzija Sapport l-ammont ta’ coaches tal-Gvern li kienu jintuzaw fic-centri ta’ Matul il-Jum kien dak ta’ sitta. Fis-sena 2012, l-ammont ta’ coaches li qed jintuzaw regolarment mill-persuni b’dizabilita’ fic-Centri ta’ Matul il-Jum huwa ta’ tlieta. Dan it-tnaqqis sar wara li gew skreppjati numru ta’ coaches peress li ma kienx finanzjarjament vijabbli li jigu msewwija. L-Agenzija Sapport tutilizza s-servizz ta' coaches u minibuses privati ukoll.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti matul is-sena 2011 li ma resqux għall-eżamijiet tas-SEC (O'Level)? Tista' tgħid kemm minn dawn l-istudenti daħlu fil-Foundation Course tal-MCAST għas-sena Akkademika 2011/2012?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar l-istudenti li attendew l-iskejjel tal-Gvern, l-iskejjel indipendenti u tal-knisja fis-sena skolastika 2010-2011.
L-MCAST m’għandux informazzjoni dwar studenti li ma resqux għall-eżamijiet tas-SEC (O'Level) matul is-sena 2011 jew f’xi sena oħra. Għalhekk l-informazzjoni dwar l-istudenti li daħlu fil-Foundatiuon Course ma tistax tingħata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Forzi Armati li ngħataw uniformijiet għall-okkażjonijiet ċerimonjali? Ma jidhirlux li l-persentaġġ tal-membri fil-Forzi Armati li għandhom uniformijiet għall-okkazzjonijiet ċerimonjali jista' jikber? Jista' jgħid jekk hux konxju tal-fatt li b'konsegwenza ta' ftit uniformijiet tal-okkazjonijiet ċerimonjali, qed ibati l-istess grupp ta' membri tal-Forzi Armati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fil-Forzi Armati ta’ Malta bħalissa hemm 960 membru, minn total ta’ 1,553, li għandhom uniformi ċerimonjali. Membri li għandhom il fuq minn ħamsin sena, u li bħalissa jammonatw għal 110, bħala Policy tal-Armata huma eżenti miċ-ċerimonjal. L-Armata kull sena talloka budget speċifiku biex jiġu magħmula numru ta’uniformijiet ċerimonjali li huma magħmulin made to measure għad daqs tal-individwu. Fl-aħħar sentejn u nofs l-Armata nefqet madwar €50,000 għal dan l-iskop.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi problema bejn l-OMAS u l-Forzi Armati dwar il-ħruġ ta' permessi għall-membri tal-Forzi Armati li jaħdmu fl-Ajruport? Jista' għaliex dawn il-permessi jieħdu fit-tul biex joħorġu permessi ġodda għall-membri tal-Forzi Armati li jaħdmu fuq is-sigurtà tal-Ajruport? Jista' jgħid jekk dawn il-permessi humiex miżumin bħalissa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ma teżisti l-ebda problema bejn l- OMAS u l - FAM dwar il-ħruġ ta’ permessi għall-membri tal-FAM li jaħdmu fuq is-sigurta tal-ajruport. Ġeneralment il- permessi ma jieħdux fit - tul meta wieħed jikkunsidra li l-proċess jinvolvi kontribut minn diversi entitajiet inkluż background vetting. Bħalissa hemm numru żgħir ta’ applikazzjonijiet li qed jigu pproċessati.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — xogħlijiet fuq katui tad-drenaġġ
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33828, billi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma taqa taħt id-Dikasteru tal-istess Ministru, jista' jinvestiga jekk hux minnu jew le li l-Kunsill tal-Msida, kellu jiftiehem biss mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kif kellu jsiru ix-xogħol u mhux kif allegatament ġara li l-kunsill jiġi informat mill-kuntrattur li għax il-Korporazzjoni m'għandhiex flus biżżejjed il-biċċa l-kbira tal-ispiża kellha tinħarr mill-kunsill innifsu dwar it-tisijiet fi Triq Giorgio Mitrovich Street fl-Imsida dwar l-problema tal-katusi mifqugħa tad-drenaġġ? Li kieku kien hekk, għaliex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma innifisha ma kellix tikkomunika direttament mal-kunsill hi u mhux tramite l-kuntrattur? Jista' jinvestiga l-każ u jgħarraf il-kamra x'inhu l-pożizzjoni uffiċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma dwar dan kollu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ I-Ilma mhijiex konxja ta’ x’arranġamenti kien hemm bejn il-kuntrattur u l-Kunsill Lokali msemmi.
Ix-xogħol relatat ma’ bankini beda mill-Kunsill Lokali. Il-proċedura f’dan il-każ hija li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ I-Ilma toħroġ Letter of Acceptance lill-kuntrattur magħżul mill-Kunsill Lokali. Eventwalment inħarġu żewġt LA’s, LA 601/11 (drenaġġ) u LA 143/09 (ilma).
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30501, jista' l-Ministru jindika x-xogħlijiet li saru sal-lum fid-direttorat tal-Land Transport? Jista' jgħid x'tip u min esegwixxa dawn ix-xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta kienet ħarġet tender għal servizzi ta’ konsulenza u surveys għas-soqfa kollha tal-uffiċini tal-Licencing & Testing Department f’Hornworks Ditch. Dan it-tender kien ingħata lill-perit Pierre Farrugia. Rapport dettaljat li jinkludi testijiet li saru u rakkomandazzjonijiet għal tiswijiet ġie mgħoddi lil Transport Malta. Ix-xogħlijiet, li saru f’żewġ fażijiet, bdew b’mod immedjat u kienu jikkonsistu fil-bdil ta’ xorok tal-ħadid f’Hall B u tiswijiet ta’ ħsarat oħra f’Halls A, B u C. Ix-xogħlijiet saru minn M.C Deguara Bld.Contractors..
Peress li l-proġett taċ-Ċirkewwa ħoloq konvenjent għall-uffiċini tal-Gozo Channel, jista' l-Ministru jgħid jekk kenitx Transport Malta li għamlet tajjeb sabiex jingħataw uffiċini temporanji? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta kellhiex toħroġ xi tip ta' kumpens jew kellhiex tagħmel tajjeb għal dan b'nefqa ta' kirjiet sabiex l-kumpanija tal-Gozo Channel ikollha minn fejn topera?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-uffiċini minn fejn kienet topera l-Gozo Channel kellhom jitwaqqgħu kif ippjanat bħala parti mill-proġett taċ-Ċirkewwa. Waqt ix-xogħlijiet, il-Gozo Channel ġew ipprovduti minn Transport Malta b’uffiċċju operattiv ġewwa ‘t-tinda’ temporanja sabiex jipprovdu servizz lill-passiġġieri li jgħaddu minn dan it-terminal. Dan sar bi ftehim mal-Gozo Channel u ma kienx jinkludi xi ħlas ta' kumpens jew kirjiet ta’ uffiċini.
Jista' l-Ministru jgħid, in kwandu jirrigwarda l-allegazzjonijiet da parti tas-CO tad-Direttorat tal-Infurzar ta Trasport Malta ġewwa l-Freeport, li rrżultaw in fondati u bla bażi, x'passi se jittieħdu/jew ġew meħuda fil-konfront tal-istess uffiċċjal li għandu wkoll konnessjoni mal-istess Freeport?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar ċar fil-mistoqsija tiegħu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm dropouts mill-MCAST bejn l-2000 u din is-sena, sena b’sena? Tista' taqsam it-tweġiba tagħha skont il-livelli li fihom waqfu mill-kors l-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-istudenti li kienu Form 5, bejn is-sena 2000 u din is-sena, fl-iskejjel sekondarji tal-gvern, tal-knisja u indipendenti, li m'għamlux O'levels? Tista' taqsam it-tweġiba tagħha skont l-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ intervisti li saru mal-Prim Ministru fil-kapaċità kostituzzjonali tiegħu, mal-Prim Ministru bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, mal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-kapaċità kostituzzjonali tiegħu, mal-Kap tal-Oppożizzjoni bħala Mexxej tal-Partit Laburista, mal-Ministri u mas-Segretarji Parlamentari, mal-Assistenti Parlamentari u mal-Kelliema tal-Grupp Parlamentari Laburista, li kienu mxandra fil-bulettini tal-aħbarijiet tat-8.00 pm ta’ TVM fl-2011 u bejn Jannar u Mejju 2012, b’mod separat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) kemm persuni ġew imħarrka b'sewqan bi
speed
eċċessiv bejn l-2008 u llum, sena b’sena b’mod separat ? Kemm minnhom instabu ħatja ? Kemm minnhom ingħataw sentenzi ta’ priġunerija ? Kemm minnhom kienu jinvolvu inċidenti fatali;
b) kemm persuni ġew imħarrka għax saqu b'periklu għal sewwieqa oħra bejn l-2008 u llum, sena b’sena b’mod separat ? Kemm minnhom instabu ħatja ? Kemm minnhom ingħataw sentenzi ta’ priġunerija ? Kemm minnhom kienu jinvolvu inċidenti fatali; u
ċ) kemm persuni ġew imħarrka għax saqu taht l-effett tal-alkohol bejn l-2008 u llum, sena b’sena b’mod separat ? Kemm minnhom instabu ħatja ? Kemm minnhom ingħataw sentenzi ta’ priġunerija ? Kemm minnhom kienu jinvolvu inċidenti fatali ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, ma jinżammx taħt forma ta’ statistika.
Peress li ħafna Għawdxin investew fi quad bike biex imorru għax-xogħol Malta ta' kuljum u jiffrankaw l-ispejjeż tal-karozza, peress li issa l-quad bikes qed jintalbu jħallsu prezz tal-biljett daqs karozza u allura dan ifisser spejjeż żejda ta kuljum, jista' l-Ministru jgħid għaliex dawn l-Għawdxin issa qed jiġu mitluba jħallsu ta' karozza?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi il-prezzijiet tal-Gozo Channel huma bbazati fuq d-daqs tal-vettura u għalhekk peress illi quad bike huwa kbir daqs uħud mic-city cars li hawn fiċ-ċirkolazzjoni, il-kumpanija tħoss li għandhom iħallsu l-istess ammont daqs vetturi oħra iżgħar minn 5 metri.
Peress li kien hemm diversi applikanti Għawdxin għal Diploma in Business and Management u peress li meta applikaw kienu qalulhom li jekk ikun hemm biżżejjed applikanti dan il-kors isir Għawdex u peress li kien hemm madwar 50 applikant iżda dan il-kors xorta ma sarx Għawdex, tista' l-Ministru tagħti spjegazzjoni għal dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Università ta’ Malta ma toffrix kors li jwassal għal “Diploma in Business and Management”.
L-Università toffri Higher Diploma in Administration and Management li għalih ġew aċċettati żewġ applikanti Għawdxin. Toffri ukoll regolarment Diploma in Commerce fil-Kampus ta’ Għawdex.
Jista' l-Ministru jikkonferma fiex waslet l-applikazzjoni u f'liema fażi tal-proċess tinsab l-applikazzjoni dwar il-pontoon mwiegħed fil-marina tal-Gżira Gardens lura fl 2010 mill-Ministru Gatt?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni.