Minħabba li kien hemm diversi ilmenti dwar l-ikel mogħti lill-priġunieri, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet għall-għarrieda mill-ispetturi tas-saħħa fil-ħabs? X’kien ir-riżultat ta’ dawn l-ispezzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar snin saru spezzjonjiet għal għarrieda mill-Ispetturi tas-Saħħa fil-kċina ta’ Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bir-riżultati li jidhru hawn taħt:
1. 2.7.2009 - Grade D;
2. 10.7.2010 – Grade C;
3. 14.4.2011 – Grade D;
4. 21.10.2011 – Grade D;
5. 25.6.2012 – Grade C.
Infurmat ukoll li fil-biċċa l-kbira l-ilmenti dwar l-ikel minn ċertu priġunieri kienu aktar dwar palat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk il-kunsilli lokali bħala gvern lokali sostnuti u ffinanzjati minn fondi pubbliċi;
a) humhiex obbligati fit-termini tal-liġi tal-kunsilli u/jew tar-regolamenti finanzjarji li jżommu inventarju tal-oġġetti permanenti li jippossedu, bħal
computers
, makkinarju, għamara, affarijiet elettroniċi eċċ.;
b) jekk oġġetti ta’ natura permanenti li jingħataw lill-istess kunsilli f'forma ta’ donazzjoni jew
sponsorships
għandhomx ikunu wkoll inkluż fl-imsemmi inventarju;
ċ) jekk teżistix proċedura li permezz tagħha oġġetti ta’ natura permanenti li jippossedu l-kunsilli, mixtrija jew mogħtija lilhom taħt forma ta’ donazzjoni jew
sponsorship
ma jibqgħux aktar tajbin għall-użu, jinqatgħux mill-istess inventarju; u
d) jikkonfermax li responsabbli għal dan huma s-sindki u s-segretarji eżekuttivi? Jekk le, min hu responsabbli li jsegwi din il-proċedura.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi), A.L. 155 tal-1993, (Regolament 39) “Is-Segretarju għandu joħloq, iżomm u jikkontrolla nventarju preċiż u aġġornat tal-beni u ta’ l-istokkijiet tal-Kunsill.” Ir-Regolamenti ma jispeċifikawx dwar dak li l-Onor. Interpellant sejjaħ “oġġetti ta’ natura permanenti li jingħataw lill-istess Kunsilli f’forma ta’ donazzjoni jew sponsorships”. Madankollu, ġa la darba tali oġġetti jsiru parti mill-beni u l-ħażniet tal-Kunsill, ir-Regolament 39 li semmejt japplika għalihom ukoll.
Għaldaqstant, kemm il-darba tali oġġetti jsiru parti mill-beni u l-ħażniet tal-Kunsill, f’każ li ma jibqgħux tajbin għall-użu japplika Regolament 41 (6) u (7) tal-istess Regolamenti Finanzjarji li semmejt. Dan jistipola li “Materjal, beni, stokkijiet jew tagħmir li ma jibqgħux tajbin għall-użu għandhom jitneħħew b’offerta kompetittiva, b’irkant pubbliku jew b’xi mezz ieħor approvat mill-Kunsill, u jinqatgħu mill-kontijiet tal-Kunsill” u “Is-Segretarju għandu jgħarraf lill-Kunsill b’kull tneħħija” Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi), A.L. 155 tal-1993 41 (6) u (7).
Finalment is-Segretarju Eżekuttiv huwa l-uffiċċjal responsabbli mill-inventarju.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 34694, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jinxtara l-apparat electronic tagging billi dan l-apparat jista’ jiġi introdott taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi jippermetti li meta priġunier jingħata l-parole, il-Bord tal-Parole jista’ jimponi kundizzjonijiet li huwa jqis xierqa, u dawn jistgħu jinkludu l-moniteraġġ elettroniku, iżda dan il-moniteraġġ mhuwiex prerekwiżit sabiex jaħdem l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi.
F’dan ir-rigward wieħed irid ifakkar li l-Att msemmi jistabilixxi forom oħra ta’ moniteraġġ, jiġifieri li monitraġġ li jsir mill-Parole Officer inkarigat minn kull persuna li se tingħata il-parole u dan jibqa’ essenzjali, irrespettivament minn jekk priġunier ikunx suġġett għall-moniteraġġ elettroniku jew le. Il-moniteraġġ elettroniku huwa għodda siewja, iżda fil-kuntest tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi, ta’ natura supplimentari.
Fil-kuntest preżenti qegħda tingħata prijorita’ għal aktar tisħieħ fl-ambitu tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kif ukoll tad-Dipartiment għall-Parole u Probation. Għaldaqstant huwa prematur li wieħed jagħti dati preċiżi għax-xiri ta’ sistema ta’ moniteraġġ elettroniku.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri fl-aħħar ħames snin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin minħabba li weħlu l-ħabs għax ma ħallsux il-manteniment lill-ulied jew lill-konjugi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi f dawn l-aħħar ħames snin il-persuni li daħlu fil-Faċilità Korretiva għax ma ħallsux il-manteniment huwa kif indikat hawn:
2008 8
2009 5
2010 27
2011 8
2012 3
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 35048, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm mid-69 persuna li weħlu sentenza ta’ prigunerija, sentenza ta’ priġunerija sospiża, probation, liberazzjoni kondizzjonata u kondizzjoni ta’ attendenza għal kura psikoloġika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi b’żieda mat-tagħrif mogħti bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35048, ninsab infurmat illi mid-69 persuna li ġew imressqa l-Qorti b’konnessjoni ma’ pornografija tat-tfal, matul dawn l-aħħar disa’ snin, kien hemm 49 persuna li kellhom il-kaz tagħhom deċiż. Il-pieni mogħtija kienu kif ġej:
Sentenza ta’ priġunerija
1
Sentenza ta’ priġunerija sospiża
9
Sentenza ta’ priġunerija sospiża u multa
5
Sentenza ta’ priġunerija sospiża u ordni ta’ superviżjoni
6
Sentenza ta’ priġunerija sospiża u attendenza għal kura psikoloġika
15
Probation
5
Probation
u trattament
2
Multa
5
Liberazzjoni kundizzjonata
1
Aġenzija Sapport — għajnuna lil persuni b'diżabilità fil-komunità
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 29678, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom jistennew is-37 persuna li jingħataw is-servizz fil-komunità wara li ġew approvati li jkollhom dan is-servizz?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li prezentament hemm tletin (30) persuna jistennew li jingħataw is-Servizz fil-Komunita wara li gew approvati li jkollhom dan is-servizz. Dan ghax kien hemm tnaqqis fil-‘waiting list’ minhabba li numru ta’ persuni bdew jiehdu s-servizz. Minn dawn it-tletin hemm hames persuni li diga qeghdin jiehdu s-servizz izda talbu zieda fuq in-numru ta’ sieghat li qed jiehdu. Hemm persuna li qed tistenna risposta meta se ssirilha operazzjoni qabel ma tkun tista’ tinghata s-servizz u persuna ohra li qed tistenna risposta ghal xoghol ghax ghanda bzonn xi ghajnuna ghal mat-tifel taghha. Ghaldaqstant dawn it-tnejn ta’ l-ahhar ma jistghux jinghataw is-servizz qabel ma jinfurmaw lill-Agenzija huma.
Ghalhekk huma tlieta u ghoxrin (23) is-sitwazzjonijiet li ghadhom ma bdewx jiehdu servizz. Minn dawn, hemm wiehed u ghoxrin persuna li qed tistenna servizz fil-Komunita ghal-socjalizazzjoni u hemm zewg persuni li ghandhom bzonn assistenza personali.
L-Agenzija taghmel l-almu taghha sabiex is-servizz jibda jigi pprovdut mill-aktar fis possibbli billi tevalwa kull sitwazzjoni li tigi approvata ghal Servizz fil-Komunita’ u tara kif is-servizz jista’ jibda jigi pprovdut specjalment f’dawk is-sitwazzjonijiet li jkollhom bzonn assistenza personali. L-Agenzija taghmel l-ahjar uzu mir-rizorsi taghha biex taqdi lill-klijenti li jkollhom bzonn dan is-servizz. Meta l-klijent jibda jinghata dan is-servizz, dan jibqa’ ghaddej ghal snin peress li n-natura tal-bzonn hi tali, ghaldaqstant, is-sitwazzjonijiet huwa rari li jinghalqu.
Fil-maggoranza tas-sitwazzjonijiet gew approvati s-servizz bejn l-2011 u 2012.
Peress li fil-Qorti t'Għawdex hemm nuqqas ta' staff u dan allura qed ipoġġi pressjoni żejda fuq il-ħaddiema, tista' l-Ministru tgħid meta se jiżdied l-istaff compliment fil-Qorti t'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li żewġ Deputati Reġistraturi ġew appuntati fil-Qorti tal-Maġistrati t'Għawdex riċentament. Wieħed beda u l-ieħor ser jibda fi żmien qasir.
Bini ta' Minsiteru u dipartiment kollha tal-gvern f'Għawdex — aċċessibilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru fil-bini tal-Ministeru u d-Dipartimenti kollha tal-Gvern f'Għawdex sabiex isiru iktar aċċessibli u tindika x'ġie imwettaq mil-lamenteli li ilhom isiru mill-Kummissjoni Nazzjoni Persuni b'Diżabilità f'dan il-rigward?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika l-perijodu li għalih qiegħda tirreferi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' mirja għat-traffic management li ġew approvati minn Transport Malta mill-1 ta' Jannar 2012 sal-lum fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? F'liema toroq ta' San Pawl (lokalità sħiħa) ġew approvati dawn il-mirja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din is-sena ġol-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar ġew approvati tliet mirja tat-toroq fi Triq San Pawl, Triq l-Għaxra ta’ Frar u fi Triq Manwel Bonnici rispettivament.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'bidliet saru fis-swimmers' zone li hemm taħt il-pjazza (fil-baħar) ta' Buġibba, meta mqabbla mas-sena l-oħra? X'wassal għal dawn il-bidliet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din is-sena inbidlet il-pożizzjoni tal-launching lane. Din ġiet installata quddiem is-slipway u l-moll li jintużaw minn numru ta' sidien li għandhom dgħajjes li jinżammu fil-boathouses li hemm taħt il-pjazza. Fiż-żona hemm ukoll operatur tal-watersports li jagħmel użu mill-moll biex jgħabbi u jniżżel il-klijenti mid-dgħajjes jew bċejjeċ oħra tal-baħar li għandu għall-kiri.
San Pawl il-Baħar — talbiet pendenti quddiem kunsill lokali rigward reserved parking bays
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il talba għamel il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar biex jitneħħew sinjali ta' reserved parking u fl-istess perjodu kemm-il talba għamel biex jinżebgħu reserved parking bays fl-istess lokalità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-applikazzjonijiet isiru mir-residenti direttament ma’ Transport Malta. Il-Kunsill Lokali għaddej b’eżerċizzju ta’ verifika ma’ Transport Malta fuq il-parkeġġi riservati fil-lokalità. La darba jkun lest dan l-eżerċizzju l-Kunsill Lokali ser jitlob il-permess biex ineħħi dawk il-parkeġġi li jirriżultaw li ma jkunux in regola.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il każ kien hemm fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, mill-1 ta' Jannar 2012 sal-lum, li fih il-kunsill approva li tiġi released l-garanzija li kien għamel mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar l-applikant ta' żviluppi partikolari wara li l-kunsill iċċertifika x-xogħol biex isiru sew u bla ħsarat fuq l-istess bankini? F'liema toroq kienu l-bankini li għalihom ġew approvati r-releases?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar 2012 sa llum il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar approva li jiġu released il-garanziji li kienu saru mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar relatati ma’ dawn il-permessi:
a. PA/03678/08 : Barkley Court, Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar ( 16.01.2012 )
b. PA/03891/08 : No 4, Dawret il-Gżejjer, San Pawl il-Baħar ( 02.02.2012 )
c. PA/03618/10 : No 37, Santa Maria, Triq l-Arznell, San Pawl il-Baħar ( 08.02.2012 )
d. PA/02202/07 : Il-Ġifen, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar ( 08.03.2012 )
e. PA/05785/09 : 81 / 83, Tedant, Triq San Publiju, San Pawl il-Baħar ( 08.03.2012 )
f. PA/05152/09 : Bognor Beach Flats, Plajjet Bognor, San Pawl il-Baħar ( 08.03.2012 )
g. PA/03983/07 : St. Mark, St. Chris Apartments, Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar ( 08.03.2012 )
h. PA/02903/07 : Site at Triq Ċensu Tanti c/w Triq il-Korp tal-Pijunieri, San Pawl il-Baħar ( 15.03.2012 )
i. PA/04878/07 : Site at Triq il-Preistorja c/w Triq l-Imġiebaħ, San Pawl il-Baħar ( 30.03.2012 )
j. PA/01391/10 : Falinda Crt / 9, Triq Santa Marija c/w Triq Sant Antnin, San Pawl il-Baħar ( 01.06.2012 )
k. PA/02356/10 : 24, Seastar, Triq Għajn Razul, San Pawl il-Baħar ( 05.06.2012 )
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kunsilliera jistgħux jirrekordjaw il-laqgħat tal-kunsilli? Jistgħu dawn l-istess laqgħat jiġu rekordjati permezz ta' tape recorders personali? F'każ li l-laqgħat jiġu rekordjati minn segretarji eżekuttivi, jistgħu dawn ir-recordings jingħataw u jinżammu mill-kunsilliera? F'kull każ jistgħu tali recordings jibqgħu jintużaw għal skop personali mill-kunsilliera, li l-istess kunsilliera jgħaddu dawn ir-recording personali lill-persuni mhux kunsilliera?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li skont l-Ordni Permanenti 14A. (9) fis-Sitt Skeda (Artikolu 43) fil-Liġi tal-Kunsilli Lokali (Kap 363) “Kunsill jista’, b’riżoluzzjoni, japprova r-rekordjar jew reġistrazzjoni oħra ta’ proċedimenti għall-iskop uniku li jiġi faċilitat l-abbozzar tal-Minuti. Dawk ir-reġistrazzjonijiet kollha jistgħu jitħassru wara li l-Minuti tal-laqgħa relattiva jkunu ġew approvati.” Għaldaqstant il-liġi teskludi li kunsillieri jistgħu jagħmlu recordings peress li s-Segretarju Eżekuttiv biss iniżżel il-minuti. Tali recordings ma jistgħux jingħataw lil, jew jinżammu minn, kunsillieri għall-ebda skop u wisq anqas jitgħaddew lill-persuni mhux kunsillieri.
Peress li fl-1992, meta ġiet imwaqqfa il-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma, l-ħaddiema li kienu impjegati tal-gvern li għażlu li jibqgħu mal-korporazzjoni kien ingħatalhom id-dritt li jkunu jistgħu jmorru lura f'xi dipartiment tal-gvern; u billi l-istess ħaddiema li kienu fir-Revenue Section tal-korporazzjoni wara kienu ġew assenjati mal-ARMS Ltd; u peress li dawn il-ħaddiema issa qed jiġi mitluba li jagħżlu bejn li jibqgħu ma' ARMS Ltd jew li jmorru lura mal-korporazzjoni, u peress li l-ftehim mal-unions kien jassigura li l-impjegati jistgħu jmorru lura mal-gvern biss f'każ li ARMS Ltd tiġi xolta, jista' l-Ministru jgħid jekk id-dritt li dawn l-impjegati, fil-każ li jagħżlu li jibqgħu mal-ARMS Ltd, hux se jibqagħlhom id-dritt li jmorru lura mal-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jingħalqu area offices tas-Social Security Department u liema huma l-lokalitajiet li se jkunu affetwati? Jista' jgħid kemm area offices se jiftħu ġodda fil-gżira Għawdxija?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ebda Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurta’ Soċjali m’hu se jingħalaq. Nikkonferma ukoll li m’hu se jinfetaħ ebda Uffiċċju Distrettwali ġdid ġewwa Għawdex. Inżid ninforma lill-Onor Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali bħalissa qiegħed jestendi s-servizzi tiegħu tal-Customer Care minn numru ta’ Kunsilli Lokali, fosthom il-Gudja, Ħ’Attard, il-Mellieħa, il-Għargħur, Pembroke, San Pawl il-Baħar u kif ukoll ix-Xagħra u l-Għarb Għawdex. Hemm ippjanati Kunsilli Lokali oħra fil-futur.
Jista' l-Ministru jgħid minn xiex se jkun magħmul il-pavimentar ta' Pjazza Paolino Vassallo Bormla, quddiem il-Każin tal-Banda San Ġorġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-pavimentar ta' Pjazza Paolino Vassallo f’Bormla jikkonsisti f’taħlita ta’ hardstone u blokok tal-konkrit hekk kif ippublikat fid-dokument tal-offerta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35609 u jgħid jekk il-kuntratti marbuta max-xogħol marbut mal-Baċir Nru.1 u l-madwar ingħatawx? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid fiex kienu jikkonsistu u lil min ingħataw? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn it-tenders?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra elenku tat-tenders li ngħataw s'issa.
Bormla — Triq it-8 ta' Diċembru - traffic impact assesment
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35608 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk sarx traffic impact assesment fuq Triq it-8 ta' Diċembru Bormla? Jekk fl-affermattiv jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jsir xi ħaġa sabiex jitneħħa l-periklu li jeżisti bħalissa f'din it-triq ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Infurmat li fil-proċess ta’ evaluazzjoni u konsultazzjoni ta’ l-applikazzjoni li kient ġiet sottomessa lil MEPA, PA 5522/2009, Transport Malta kienu approvaw il-proposta għax-xogholijiet fuq Triq it-8 ta’ Settembru ġewwa Bormla, li sussegwentament kienet ġiet ukoll approvata mill-MEPA.
Id- Direttorat tar –Restawr ma ġie qatt mitlub biex jagħmel Traffic Impact Assessment ta’ dan il-proġett mill- MEPA, minn Transport Malta jew minn xi entita oħra. Dan minħabba l-fatt li l-istess volum ta’ traffiku li jgħaddi minn din it-triq sejjer jibqa’ jgħaddi mill- istess triq peress li l-proġett fih innifsu m’għandux potenzjal li jiġġenera traffiku ġdid. Barra minn hekk iż-żewg karreġati kif proposti jikkumplimentaw iż-żewg karreġati li diġa jeżistu tul ix-xatt ta’ Bormla.
Dan il-proġett ta restawr u tisbiħ ta’ l-inħawi ta’ Couvre Porte jikkumplimenta mal-proġett ta’ tisbiħ ta’ Dock No.1 li qed jiġi implimentat mill- Grand Harbour Regeneration Corporation fil-konfini tal-Kunsill ta’ Bormla.