Jista' l-Ministru jitlob lill-Transport Malta biex tinsisti ma' korporazzjoni kkonċernata ħalli t-tappieri tal-ħadid li hemm hekk kif wieħed joħroġ mill-Magħtab fid-direzzjoni tan-Naxxar, fid-direzzjoni Salina/Naxxar, jitqegħdu b'mod tajjeb għaliex qed nirriskjaw li dawn it-tappieri jikkawżaw xi inċidenti tat-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Xogħol meħtieġ għaċ-ċertifikazzjoni konformi mal-Global GAP
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx spetturi Maltin li jagħmlu x-xogħol meħtieġ biex sar iċ-ċertifikazzjoni ħalli bdiewa Maltin ikunu konformi mal-Global GAP u li dawn l-esperti Maltin li ħadu sehem f'dan ix-xogħol ukoll għadhom ma tħallsux tax-xogħol li għamlu fl-2009?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbiltà tal-Gvern fejn tidħol l-esportazzjoni u importazzjoni hija waħda limitata għall-fatt li jekk prodott li jkun qiegħed ikun impurtat jew esportat huwiex ħieles minn mard ta’ kwarantina jew le, skont kif inhu stipulata fil-ligijiet rispettivi. Il-Global GAP hija inizjattiva privata li għamluha l-esportaturi għall-valur miżjud. Għaldaqstant il-Gvern m’għandu ebda spetturi fuq din iċ-ċertifikazzjoni.
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mgħotija għall-Mistoqsijiet Parlamentari 35510 u 35511, nikkonferma li l-Gvern ta l-assistenza tiegħu sabiex din iċ-ċertifikazzjoni sseħħ. Madankollu niġbed l-attenzjoni li l-esperti Maltin għamlu dan ix-xogħol ta’ ċertifikazzjoni fuq bażi personali fi ftehim privat mal-esportaturi u għalhekk fil-każ li għad hemm ħlasijiet pendenti għal dan ix-xogħol privat hija kwistjoni purament kummerċjali bejn żewġ partijiet privati.
Jaħsibx il-Ministru li n-nuqqas ta' pagament lid-ditta Olandiza li għamlet iċ-ċertifikazzjoni jista' b'xi mod jaffettwa ir-reputazzjoni tal-bdiewa Maltin u ta' Malta b'mod ġenerali u li reputazzjoni ħażina tista' ukoll tafettwa l-esportazzjoni tal-patata minn Malta għal dan il-pajjiż?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari nru.35512,ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlas kollu dovut mill-Gvern sar. Jidher li xi bdiewa/esportaturi għadhom ma tħallsux minħabba xi kwistjoni kummerċjali, u għalhekk mhijiex materja li jista jintervjeni l-Gvern fiha b’ mod dirett.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa ż-żmien ta' stennija qabel pazjenti li għandhom bżonn it-trattament għall-cancer tat-tyriod magħruf bħala Iodine jkunu jistgħu jibdew jingħatawlhom dan it-trattament? Veru li ż-żmien ta' stennija issa laħaq is-sitt xhur qabel ma jibdew il-kura meħtieġa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta’ pazjenti li qed jistennew għall-kura tar-radio-iodine huwa ta’ 41.
Bħalissa fil-kamra tar-radio iodine unit ġewwa l-isptar Sir Paul Boffa qed jiġi trattat pazjent fil-ġimgħa, pero’ qed isir xogħol biex jitjieb is-servizz u minn pazjent wieħed fil-ġimgha jiżdied għal erbgħa u b’hekk inlaħħqu maż-żieda fin-numru ta’ pazjenti.
Jista' l-Ministru jintervjeni biex ma jibqax ikun hemm faċilità waħda biss li tipprovdi l-kura tat-trattament għall-kanċer tat-tyriod magħruf bħala Iodine minħabba li din qed iġġib ħafna tensjoni żejda u stress qawwi fuq pazjenti li jkollhom bżonn din il-kura minħabba l-fatt li dawn qed ikollhom jistennew xhur sħaħ qabel ma jibdew il-kura?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-Isptar Boffa għandu ppjanat xogħol sabiex in-numru ta’ pazjenti li jiġu mogħtija trattament għall-kanċer tat-Tyroid ser jiżdied minn wieħed għal erbgħa fil-ġimgħa. Dan ix-xogħol mistenni jdum madwar xhar u ser jibda fil-ġimgħat li ġejjin.
Waiting list tal-persuni li għandhom bżonn il-kura tal-kanċer
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-waiting list ta' pazjenti li għandhom bżonn it-trattament għall-kanċer magħruf bħala il-kanċer tat-tyriod - Iodine?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35515.
Persuni b'diżabilità — faċilitajiet biex jagħtu sapport
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn faċilitajiet kemm tal-gvern kif ukoll tal-privat li jagħtu s-sapport biex persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jmorru jgħixu fihom b'mod indipendenti jew semi indipendenti u jibqgħu fil-komunità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-dar tal-komunità Madonna tal-Mellieħa nbniet b’mod li tilqa’ għall-ħtiġijiet tal-anzjani kif ukoll tal-persuni b’diżabilità. Meta nbniet din id-dar tal-komunità kien hemm id-deciżjoni li din tkun residenza fil-komunita’, kemm għal persuni b’diżabilita’, kif wkoll għall-anzjani. Din id-dar fil-komunità toffri diversi servizzi li jinkludu wkoll day centre, night shelter u berġa. Id-Djar oħra kif ukoll ir-residenza ta’ San Vinċenz de Paule jilqgħu wkoll numru ta’ persuni b’diżabilita’.
Sadattant nirreferi lill-Onor. Interpellnat lill-Ministru konċernat sabiex jkunu jistgħu jingħatw aktar dettalji dwar x’hemm f’dan il-qasam.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — entitajiet tal-internal audit
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li preżentament għandhom funzjoni ta' internal audit? Jista' jgħid liema minn dawn l-entitajiet irrikorrew għas-servizz ta' ditti tal-awdituri biex jingħatalhom dan is-servizz? F'kull każ, jista' jgħid:
a) liema ditta tal-awdituri ġiet mqabbda;
b) kemm qed tiġi mħallsa kull sena tal-funzjoni tal-internal audit;
ċ) f'kull każ, min huma l-awdituri esterni u jekk l-awdituri interni humiex l-istess ditta? F'każ li l-istess, kemm qed jitħallsu tal-funzjoni tal-awditjar estern;
d) kemm huwa t-turnover tal-entità li taqa' taħt il-Ministeru; u
e) kemm għandha impjegati l-entità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fost l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, Transport Malta u MITA jagħmlu użu minn servizzi ta’ awdituri interni.
Transport Malta tagħmel użu mill-awdituri interni “PriceWaterhouse Coopers” (PWC). Fis-sena 2011 ġew mħallsa €61,087 – ir-rata mhix waħda fissa u tvarja skont ix-xogħol assenjat.
L-awdituri esterni ta’ Transport Malta huma Ernst & Young filwaqt li l-
operating turnover
ta’ Transport Malta matul is-sena 2011 kien ta’ €44,651,624. Sal-31 ta’ Diċembru 2011 Transport Malta kellha 553 impjegati.
Il-MITA wkoll għandha funzjoni ta’
internal audit
u ma’ irrikoritx għall-ditti ta’ awdituri biex jingħatalha dan is-servizz.
It
-turnover
tal-MITA hi ta’ circa Eur 30,000,000 fis-sena’ u timpjega tlett mija u ħamsa u sittin persuna (365).
Rigward l-Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni, ninsab infurmat li fil-preżent l'Awtotrita' qegħda fil-proċess finali li jingħata tender lil ditta ta' Awdituri sabiex jiġu mqabbda bħala
'Internal Auditors'.
Tajjeb ukoll li nfakkru lill-Onor. Interpellant, illi d-dipartimenti u l-entitajiet, b’mod partikolari fejn ma hemmx ‘
Internal Audit’ ad hoc,
jagħmlu użu mill-“
Internal Audit and Investigations Department.”
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — entitajiet tal-internal audit
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li preżentament għandhom funzjoni ta' internal audit? Jista' jgħid liema minn dawn l-entitajiet irrikorrew għas-servizz ta' ditti tal-awdituri biex jingħatalhom dan is-servizz? F'kull każ, jista' jgħid:
a) liema ditta tal-awdituri ġiet mqabbda;
b) kemm qed tiġi mħallsa kull sena tal-funzjoni tal-internal audit;
ċ) f'kull każ, min huma l-awdituri esterni u jekk l-awdituri interni humiex l-istess ditta? F'każ li l-istess, kemm qed jitħallsu tal-funzjoni tal-awditjar estern;
d) kemm huwa t-turnover tal-entità li taqa' taħt il-Ministeru; u
e) kemm għandha impjegati l-entità?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — entitajiet tal-internal audit
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li preżentament għandhom funzjoni ta' internal audit? Jista' jgħid liema minn dawn l-entitajiet irrikorrew għas-servizz ta' ditti tal-awdituri biex jingħatalhom dan is-servizz? F'kull każ, jista' jgħid:
a) liema ditta tal-awdituri ġiet mqabbda;
b) kemm qed tiġi mħallsa kull sena tal-funzjoni tal-internal audit;
ċ) f'kull każ, min huma l-awdituri esterni u jekk l-awdituri interni humiex l-istess ditta? F'każ li l-istess, kemm qed jitħallsu tal-funzjoni tal-awditjar estern;
d) kemm huwa t-turnover tal-entità li taqa' taħt il-Ministeru; u
e) kemm għandha impjegati l-entità?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-WasteServ Malta Ltd tuża s-servizzi tal-kumpanija ta’ awdituri Grant Thorton bħala internal auditors għall-ħlas ta’ € 8,504.76 (vat eskluż) għas-sena 2011. Għar-rigward tal-funzjoni ta’ awdituri esterni, dan isir minn kumpanijsa oħra; BDO Malta.
It-turnover minn sorsi esterni (jiġifieri bis-sovvenzjoni tal-gvern imnaqqsa) kien ta’ €7,197,560 matul is-sena 2011. Fl-aħħar ta’ Diċembru 2011 ll-kumpanija Wasteserv kellha 95 l-impjegat.
Min-naħa l-oħra, preżentament l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorzi ma' għandhiex funzjoni ta' internal audit u bħala awdituri esterni tuza is-servizzi tal-kumpanija ta’ awdituri Grant Thornton. Għall-funzjoni tal-awditjar estern għar-rapport finanzjarju tas-sena 2011din il-kumpanija tħallset is-somma €5,050.
It-turnover ta’ din l-Awtorità għas-sena 2011 kien ta’ €1,888,528. Tajjeb li ngħid ukoll li din l-Awtorità ma tirċievi ebda sovvenzjoni mill-Gvern Ċentral. Preżentament l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Risorzi għandha 44 impjegat. (35 impjegat tal-Awtorità; 6 impjegati tas-Servizz Pubbliku; u 3 impjegati tal-MEPA)
Tajjeb li nfakkar lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartimenti u 1-entitajiet, b’mod partikolari fejn ma hemmx ‘Internal Audit’ ad hoc, skont il-ħtieġa, jagħmlu użu mill-Internal Audit and Investigations Department.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — entitajiet tal-internal audit
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li preżentament għandhom funzjoni ta' internal audit? Jista' jgħid liema minn dawn l-entitajiet irrikorrew għas-servizz ta' ditti tal-awdituri biex jingħatalhom dan is-servizz? F'kull każ, jista' jgħid:
a) liema ditta tal-awdituri ġiet mqabbda;
b) kemm qed tiġi mħallsa kull sena tal-funzjoni tal-internal audit;
ċ) f'kull każ, min huma l-awdituri esterni u jekk l-awdituri interni humiex l-istess ditta? F'każ li l-istess, kemm qed jitħallsu tal-funzjoni tal-awditjar estern;
d) kemm huwa t-turnover tal-entità li taqa' taħt il-Ministeru; u
e) kemm għandha impjegati l-entità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità m’għandux dipartiment b’funzjoni ta’ internal audit. Madankollu, eżerċizzji ta’ internal audit jistgħu isiru mid-Dipartiment tal-Internal Audit and Investigation, fuq bażi regolari jew meta tinħass il-ħtieġa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li preżentament għandhom funzjoni ta' internal audit? Jista' jgħid liema minn dawn l-entitajiet irrikorrew għas-servizz ta' ditti tal-awdituri biex jingħatalhom dan is-servizz? F'kull każ, jista' jgħid:
a) liema ditta tal-awdituri ġiet mqabbda;
b) kemm qed tiġi mħallsa kull sena tal-funzjoni tal-internal audit;
ċ) f'kull każ, min huma l-awdituri esterni u jekk l-awdituri interni humiex l-istess ditta? F'każ li l-istess, kemm qed jitħallsu tal-funzjoni tal-awditjar estern;
d) kemm huwa t-turnover tal-entità li taqa' taħt il-Ministeru; u
e) kemm għandha impjegati l-entità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ma hemm ebda entita’ jew awtorità li taqa’ taħt dan il-Ministeru li għandha funzjoni ta’ internal audit jew li rrikorriet għal servizz ta’ ditti tal-awdituri biex jingħatala dan is-servizz. Tajjeb ukoll infakkar lill-Onor Interpellant illi d-Dipartimenti u l-entitatijiet kollha, b’mod partikulari fejn ma hemmx internal audit ad hoc, jagħmlu użu mill-Internal Audit and Investigations Department.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — entitajiet tal-internal audit
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li preżentament għandhom funzjoni ta' internal audit? Jista' jgħid liema minn dawn l-entitajiet irrikorrew għas-servizz ta' ditti tal-awdituri biex jingħatalhom dan is-servizz? F'kull każ, jista' jgħid:
a) liema ditta tal-awdituri ġiet mqabbda;
b) kemm qed tiġi mħallsa kull sena tal-funzjoni tal-internal audit;
ċ) f'kull każ, min huma l-awdituri esterni u jekk l-awdituri interni humiex l-istess ditta? F'każ li l-istess, kemm qed jitħallsu tal-funzjoni tal-awditjar estern;
d) kemm huwa t-turnover tal-entità li taqa' taħt il-Ministeru; u
e) kemm għandha impjegati l-entità?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm hemm kunsilli lokali li bbenifikaw mill-iskema Binja Tiegħi, id-Dar Tiegħi?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi matul l-2011 ibbenefikaw 17-il kunsill lokali minn din l-iskema li permezz tagħha saru xogħlijiet ta’ manutenzjoni fi 199 binja bi spiża ta’ €995,000.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-estensjoni tas-sistema tad-drenaġġ għar-residenti fil-villaġġ tal-Baħrija u dan sabiex il-fawran tad-drenaġġ fl-inħawi tal-Marġa ma jkompliex jiżbroffa fil-wied tal-inħawi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li minħabba li dan ix-xogħol għadu pendenti l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma qed tieħu ħsieb li l-fosos tal-Baħrija ikunu l-ħin kollu mnaddfa biex jiġi evitat fawran ta’ drenaġġ.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35253, jista' l-Prim Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għar-rigward tax-xogħlijiet mill-Kunsill tal-Imqabba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Infurmat mill-Kunsill Lokali li dan ix-xogħol ingħata permezz ta’ tender.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35253, jista' l-Prim Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għar-rigward tax-xogħlijiet mill-Kunsill taż-Żurrieq ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Infurmat mill-kunsill lokali li dan ix-xogħol ingħata permezz ta’ tender.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35253, jista' l-Prim Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għar-rigward tax-xogħlijiet mill-Kunsill ta' Ħal Kirkop?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Infurmat mill-kunsill lokali li dan ix-xogħol kollu jingħata b’tender.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm kunsilli lokali li bejn Jannar 2012 sal-lum weħlu xi multa/penali ta’ kull xorta mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali ? Jekk fl-affermattiv, min huma l-kunsilli lokali, x'inhu l-ammont ta' kull multa u x'inhuma r-raġunijiet għall-istess multa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.